Opossum nanu mistur ta' Chacoan
Opossum nanu mistur ta' Chacoan | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill,1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray,1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae |
Ġeneru: | Cryptonanus (Voss et al.,2005) |
Speċi: | C. chacoensis |
Isem binominali | |
Cryptonanus chacoensis (Moojen,1943) |
L-Opossum nanu mistur ta' Chacoan jew Opossum grazzjuż ta' Chacoan, magħruf xjentifikament bħala Cryptonanus chacoensis, huwa mammiferu marsupjal, tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi nani mistura, nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel.
Dan l-opossum nanu mistur huwa marsupjal b' abitudni notturna (attiv bil-lejl) b' attivita minima matul il-ġurnata. Cryptonanus chacoensis jgħix f' abitat varjat minn foresti subtropikali u tropiklai umdi, foresti temperati u foresti bl-arbuxelli tax-xewk imsejħin "Caatinga" u artijiet tal-ħaxix b' arbuxelli u siġar imdaqsa imsejħin "Cerrado". Dan huwa mammiferu primarjament arborju (jgħix fis-siġar), għalkemm jingħzel ma' l-art biex jiekol xi frott u jikaċċa.
Dan il-marsupjal għandu is-snien żgħar ħafna minn 4.9 sa 5.4 millimetri, il-pil ta' taħt żaqqu fl-abjad u l-mara jkollha 9 "mammae" (żejżiet), li jkunu ppożizjonati 4 , 1 u 4.
Dieta
[immodifika | immodifika s-sors]L-Opossum nanu mistur ta' Chacoan huwa marsupjal b' dieta omnivora, u tikkonsisti minn frott, insetti u annimali vertebrati u invertebrati żagħar oħra.
Distribuzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Cryptonanus chacoensis huwa speċi b' distribuzjoni vasta (it- tieni l' akbar fost l-ispeċi fil-ġeneru Cryptonanus) fil-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel, mifruxa fil-provinċi ta' Chaco, Jujuy, Buenos Aires, Entre Rios, Formosa u Misiones fl-Arġentina, fin-Nofs in-nhar tal-Brażil, fil-provinċi ta' Alto Paraguay, Caazapá, Canindeyú, Chaco, Concepción, Cordillera, Paraguarí u Presidente Hayes, fil-Paragwaj, fil-ponta estrema fil-Majjistral ta' l-Urugwaj u hemm probabilita kbira li jinsab fil-Bolivja ukoll.
Klassifikazjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Sinonimi
[immodifika | immodifika s-sors]"Marmosa agilis chacoensis" u "Gracilinanus chacoensis" huma sinonimi jew l-istess bħal u jirreferu għal Cryptonanus chacoensis ta' Tate, 1931.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Anderson, S. 1997. Mammals of Bolivia, taxonomy and distribution. Bulletin of the American Museum of Natural History 231:1-652.
- Massoia, E. & Fornes, A. 1972. Presencia y rasgos etoecológicos de Marmosa agilis chacoensis Tate en la provincias de Buenos Aires, Entre Ríos, y Misiones (Mammalia-Marsupialia-Didelphidae). Revista de Investigaciones Agropecuarias (Serie 1), Biología y Producción Animal 9:71-82.
- Tate, G.H.H. 1931. Brief diagnoses of twenty-six apparently new forms of Marmosa (Marsupialia) from South America. American Museum Novitates 493:1–14.
- Voss, R.S., Lunde, D.P. & Jansa, S.A. 2005. On the Contents of Gracilinanus Gardner & Creighton, 1989, with the Description of a Previously Unrecognized Clade of Small Didelphid Marsupials. American Museum Novitates 3482:1-34, 25 juli 2005. Tista tara il- fajl hawn.