Claude Joseph Rouget de Lisle
Claude Joseph Rouget de Lisle | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Lons-le-Saunier, 10 Mejju 1760 |
Nazzjonalità | Franza |
L-ewwel lingwa | Franċiż |
Mewt | Choisy-le-Roi, 26 Ġunju 1836 |
Post tad-dfin |
Volta tal-Gvernaturi Qabar ta’ Rouget de Lisle |
Familja | |
Konjuga/i | Not married |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Franċiż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kompożitur poeta kittieb drammaturgu inġinier bniedem militari kompożitur tal-kanzunetti |
Xogħlijiet importanti |
Marseillaise tal-Ħaddiema Le Chant des Girondins La Marseillaise La marseillaise de la Commune |
Premjijiet | |
Moviment | mużika klassika |
Moviment artistiku | mużika klassika |
Claude Joseph Rouget de Lisle (bil-Franċiż: [klod ʒɔzɛf ʁuʒɛ d(ə) lil]), xi kultant spellut de l'Isle jew de Lile[1] (twieled fl-10 ta’ Mejju 1760 – miet fis-26 ta’ Ġunju 1836)[2], kien uffiċjal tal-armata Franċiża fil-Gwerer Rivoluzzjonarji Franċiżi. Huwa magħruf l-iktar għax kiteb il-lirika u l-mużika tax-Chant de guerre pour l'armée du Rhin fl-1792, li iktar ’il quddiem saret magħrufa bħala La Marseillaise u saret l-innu nazzjonali Franċiż.
Ħajja bikrija
[immodifika | immodifika s-sors]Rouget de Lisle twieled f’Lons-le-Saunier, x’aktarx f’jum meta kien hemm is-suq. Il-ġenituri tiegħu kienu jgħixu fil-villaġġ viċin ta’ Montaigu.[3] Fil-post preċiż fejn twieled twaħħlet plakka bħala mafkar u fl-1882, fiċ-ċentru tar-raħal, tpoġġiet statwa tiegħu. Huwa kien l-ewwel iben ta’ Claude Ignace Rouget (twieled fil-5 ta’ April 1735 – miet fis-6 ta’ Awwissu 1792 f’Orgelet) u ta’ Jeanne Madeleine Gaillande (twieldet fit-2 ta’ Lulju 1734 – mietet fl-20 ta’ Marzu 1811).[4]
Fl-1784, huwa ġie msieħeb fil-"Les Frères discrets", loġġa tal-mażuni f’Charleville, ftit wara li ġie promoss bħala uffiċjal.[5]
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa ssieħeb fl-armata bħala inġinier u kiseb il-grad ta’ kaptan. Huwa kien irjalista bħal missieru u rrifjuta li jieħu l-ġurament tal-fedeltà fir-rigward tal-kostituzzjoni l-ġdida.[1] Rouget de Lisle nqabad u ntefa’ l-ħabs fl-1793, u ffranka l-giljottina bi żbrixx. Huwa nħeles matul ir-Reazzjoni Termidorjana u rtira lejn Montaigu.[1]
La Marseillaise
[immodifika | immodifika s-sors]Il-kanzunetta li għamlitu famuż, "La Marseillaise", ikkomponiha fi Strasburgu, fejn kien hemm il-gwarniġjon ta’ Rouget de Lisle f’April 1792. Franza kienet għadha kemm iddikjarat gwerra kontra l-Awstrija, u s-sindku ta’ Strasburgu u l-kap għoli tal-loġġa tal-mażuni lokali, il-Baruni Philippe-Frédéric de Dietrich, organizzaw ċena għall-uffiċjali tal-gwarniġjon, fejn ilmenta li Franza ma kellhiex innu nazzjonali. Rouget de Lisle rritorna lejn il-kwartieri tiegħu u qalb mument ta’ eċitament patrijottiku kiteb il-lirika. Il-biċċa mużikali fil-bidu kien jisimha Chant de guerre pour l'armée du Rhin ("Kanzunetta tal-Gwerra għall-Armata tar-Renu") u mbagħad ingħatat l-isem ta’ Marseillaise mill-adozzjoni tagħha mill-voluntiera ta’ Provençal li Barbaroux daħħal f’Pariġi u li kienu prominenti fl-attakk kontra l-Palazz ta’ Tuileries fl-10 ta’ Awwissu 1792.[2]
Wara l-gwerra, Rouget de Lisle kiteb xi kanzunetti oħra tal-istess tip bħall-"Marseillaise", u fl-1825 huwa ppubblika x-Chants français (Kanzunetti Franċiżi) fejn ikkonverta f’mużika ħamsin poeżija ta’ diversi awturi. L-Essais en vers et en prose (Esejs dwar il-Versi u l-Proża, 1797) jinkludu l-Marseillaise; il-proża sentimentali ta’ Adelaide et Monville; u xi poeżiji okkażjonali. Huwa reġa’ lura għall-ħajja pubblika wara r-Rivoluzzjoni ta’ Lulju; Louis Philippe tah l-ġieħ tal-Leġjun tal-Unur.[2][6][7]
Mewt
[immodifika | immodifika s-sors]Rouget de Lisle miet fil-faqar f’Choisy-le-Roi, Val de Marne.[8] L-irmied tiegħu ġie ttrasferit miċ-ċimiterju ta’ Choisy-le-Roi għall-Invalides fl-14 ta’ Lulju 1915, matul l-Ewwel Gwerra Dinjija.[8][9][10]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Brian N. Morton, Donald C. Spinelli, Beaumarchais and the American Revolution (Lexington Books, 2003), p. 303, ISBN 9780739104682.
- ^ a b ċ Chisholm, 1911.
- ^ "Lons, une "petite" ville en lettres capitales - La Terre de Chez Nous - Franche-Comté Belfort". www.laterredecheznous.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-03-13. Miġbur 2021-06-26.
- ^ "Family Tree Rouget".
- ^ Dictionnaire Universelle de la Franc-Maçonnerie, ed. Jode and Cara (Larousse, 2011).
- ^ Harry Thurston Peck, Frank Richard Stockton, Nathan Haskell Dole, Julian Hawthorne, Caroline Ticknor: The World's Great Masterpieces (American Literary Society, 1901), p. 9577.
- ^ The New York Times Current History: The European War, Volume 16, 1918. p. 200.
- ^ a b Norman Davies: Europe: A history, p. 718.
- ^ Hawera & Normanby Star. "The Marsellaise. Honouring its author". paperspast.natlib.govt.nz. Miġbur 2021-06-26.
- ^ The Argus (Australia). "Tribute to Composer".