Aqbeż għall-kontentut

Charles Jean de la Vallée-Poussin

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Charles Jean de la Vallée-Poussin
Ħajja
Twelid Leuven, 14 Awwissu 1866
Nazzjonalità Belġju
L-ewwel lingwa Franċiż
Mewt Brussell, 2 Marzu 1962
Familja
Missier Charles-Louis-Joseph-Xavier de la Vallée Poussin
Edukazzjoni
Alma mater Università Kattolika ta' Leuven
Università Kattolika ta' Leuven
Heilige Drievuldigheidscollege (en) Translate
Direttur tat-teżi Louis-Philippe Gilbert (en) Translate
Studenti dottorali Georges Lemaître (mul) Translate
Fernand Simonart (en) Translate
Lingwi Franċiż
Għalliema Louis-Philippe Gilbert (en) Translate
Studenti
uri
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni matematiku
għalliem fl-università
Impjegaturi Università ta' Harvard
Università ta' Pariġi
Università Kattolika ta' Leuven
Premjijiet
Sħubija Akkademja Nazzjonali tax-Xjenzi
Akkademja Papali tax-Xjenzi
Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi
Accademia dei Lincei
Académie des sciences, belles-lettres et arts de Rouen (en) Translate
The Royal Academies for Science and the Arts of Belgium (en) Translate
Akkademja Franċiża tax-Xjenzi

Charles-Jean Étienne Gustave Nicolas, magħruf ukoll bħala l-Baruni de la Vallée Poussin (twieled fl-14 ta' Awwissu 1866 – miet fit-2 ta' Marzu 1962) kien matematiku Belġjan. Huwa magħruf l-iktar talli wera bil-provi t-teorema tan-numri primi.

Ir-re tal-Belġju tah it-titlu ta' baruni.

De la Vallée Poussin twieled f'Leuven, il-Belġju. Studja l-matematika fl-Università Kattolika ta' Leuven taħt zijuh Louis-Philippe Gilbert, wara li kien kiseb il-baċellerat tiegħu fl-inġinerija. De la Vallée Poussin ġie mħeġġeġ jistudja għal dottorat fil-fiżika u fil-matematika, u fl-1891, meta kellu 25 sena biss, sar assistent professur fl-analiżi matematika.

De la Vallée Poussin sar professur fl-istess università (bħal missieru, Charles Louis de la Vallée Poussin, li kien jgħallem il-mineraloġija u l-ġeoloġija) fl-1892. De la Vallée Poussin ingħata post Gilbert meta miet. Meta kien professur hemmhekk, de la Vallée Poussin wettaq riċerka fl-analiżi matematika u fit-teorija tan-numri, u fl-1905 ingħata l-Premju Deċennali għall-Matematika Pura 1894–1903. Huwa ngħata dan il-premju għat-tieni darba fl-1924 għax-xogħol tiegħu matul l-1914-1923.

Fl-1898, de la Vallée Poussin inħatar bħala l-korrispondent tal-Akkademja Rjali Belġjana tax-Xjenzi, u sar Membru tal-Akkademja fl-1908. Fl-1923 sar il-President tad-Diviżjoni tax-Xjenzi.

F'Awwissu 1914, de la Vallée Poussin ħarab minn Leuven meta kienet qed tinqered mill-invażjoni tal-Armata Ġermaniża fl-Ewwel Gwerra Dinjija, u ġie mistieden jgħallem fl-Università ta' Harvard fl-Istati Uniti u aċċetta din l-istedina. Fl-1918, de la Vallée Poussin reġa' lura fl-Ewropa biex jaċċetta li jkun professur f'Pariġi, Franza, fil-Collège de France u fis-Sorbonne.

Wara li l-gwerra ntemmet, de la Vallée Poussin reġa' lura l-Belġju, inħolqot l-Unjoni Internazzjonali tal-Matematiċi, u ġie mistieden isir il-President tagħha. Bejn l-1918 u l-1925, de la Vallée Poussin ivvjaġġa ħafna, u għamel lekċers f'Ġinevra, l-Iżvizzera, fi Strasburgu, Franza, u f'Madrid, Spanja, u mbagħad fl-Istati Uniti fejn ta lekċers fl-Universitajiet ta' Chicago, ta' California, ta' Pennsylvania, u fl-Universitajiet ta' Brown, ta' Yale, ta' Princeton, ta' Columbia, u fir-Rice Institute of Houston.

Huwa ngħata l-Prix Poncelet fl-1916.[1] De la Vallée Poussin ingħata dottorati honoris causa mill-Universitajiet ta' Pariġi, ta' Toronto, ta' Strasburgu, u ta' Oslo, kif ukoll it-titlu ta' Msieħeb tal-Istitut ta' Franza, u ta' Membru tal-Akkademja Papali tax-Xjenzi[2] u tal-Accademia Nazionale dei Lincei, f'Madrid, f'Napli, u f'Boston. Huwa ngħata wkoll it-titlu ta' Baruni mir-Re Albert I tal-Belġju fl-1928.

Fl-1961, de la Vallée Poussin kellu frattura fi spalltu, u dan l-aċċident u l-kumplikazzjonijiet li ġab miegħu wasslu għal mewtu f'Watermael-Boitsfort, qrib Brussell, il-Belġju, ftit xhur wara.[3]

Student minn tiegħu, Georges Lemaître, kien l-ewwel wieħed li ppropona t-teorija tal-Big Bang għall-formazzjoni tal-univers.

Għalkemm l-ewwel interessi matematiċi tiegħu kienu fl-analiżi, sar famuż ħesrem meta wera bil-provi t-teorema tan-numri primi b'mod indipendenti minn Jacques Hadamard fl-1896.

Wara dan, beda jinteressa ruħu fit-teorija tal-approssimazzjoni. Huwa ddefinixxa, għal kwalunkwe funzjoni kontinwa f fuq l-intervall standard , is-somom

,

fejn

u

Il-Graff ta' Poussin

huma l-vetturi tal-bażi doppja fir-rigward tal-bażi tal-polinomji ta' Chebyshev (definiti bħala

Ta' min jinnota li l-formula hija valida wkoll jekk tkun is-somma ta' Fourier ta' -funzjoni perjodika b'tali mod li

Finalment, is-somom ta' de la Vallée Poussin jistgħu jiġu evalwati f'termini tal-hekk imsejħa somom ta' Fejér (eż. )

Il-qofol huwa marbut () u jobdi l-proprjetà

, if

Iktar 'il quddiem, huwa ħadem fuq it-teorija potenzjali u fuq l-analiżi kumplessa.

Huwa ppubblika wkoll kontroeżempju tal-prova falza ta' Alfred Kempe tat-teorema tal-erba' kuluri. Il-graff ta' Poussin, il-graff li uża għal dan il-kontroeżempju, ingħatat kunjomu.

Cours d’analyse

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kotba akkademiċi tal-analiżi matematika tiegħu kienu referenza għal żmien twil u kellhom influwenza internazzjonali.

It-tieni edizzjoni (1909-1912) hija notevoli għall-introduzzjoni tagħha għall-integral ta' Lebesgue. Fl-1912 kien "l-uniku ktieb akkademiku dwar l-analiżi li kien fih kemm l-integral ta' Lebesgue kif ukoll l-applikazzjoni tiegħu għas-serje ta' Fourier, u teorija ġenerali tal-approssimazzjoni tal-funzjonijiet bil-polinomji".[4]

It-tielet edizzjoni (1914) introduċiet id-definizzjoni klassika ta' differenzjabbiltà bis-saħħa ta' Otto Stolz. It-tieni volum ta' din it-tielet edizzjoni nħarqet fin-nar ta' Louvain matul l-invażjoni Ġermaniża.

L-edizzjonijiet ta' wara kienu ferm iktar konservattivi, u essenzjalment reġgħu lura għall-ewwel edizzjoni. Mit-tmien edizzjoni, Fernand Simonart ħa ħsieb ir-reviżjoni u l-pubblikazzjoni tal-Cours d’analyse.

Għażla ta' pubblikazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Œuvres, vol. 1 (Bijografija u t-teorija tan-numri), 2000 (eds. Mawhin, Butzer, Vetro), vols. 2 sa 4 ippjanati
  • Cours d´Analyse, 2 vols., 1903, 1906 (is-seba' edizzjoni, 1938), Stampat mill-ġdid mit-tieni edizzjoni tal-1912 u tal-1914 minn Jacques Gabay, ISBN 2-87647-227-9, (jittratta biss l-analiżi reali).[5] Online:
    • Cours d'analyse infinitésimale, Tome I[6]
    • Cours d'analyse infinitésimale, Tome II
  • Integrals de Lebesgue, fonctions d´ensemble, classes de Baire[7], it-tieni edizzjoni, 1934, Stampat mill-ġdid minn Jacques Gabay, ISBN 2-87647-159-0
  • Le potentiel logarithmique, balayage et representation conforme, Pariġi, Löwen 1949
  • Recherches analytiques de la théorie des nombres premiers, Annales de la Societe Scientifique de Bruxelles vol. 20 B, 1896, pp. 183–256, 281–352, 363–397, vol. 21 B, pp. 351–368 (it-teorija tan-numri primi)
  • Sur la fonction Zeta de Riemann et le nombre des nombres premiers inferieur a une limite donnée, Mémoires couronnés de l Academie de Belgique, vol. 59, 1899, pp. 1–74
  • Leçons sur l'approximation des fonctions d'une variable réelle, Pariġi, Gauthier-Villars, 1919[8], 1952
  1. ^ "Gallica -". visualiseur.bnf.fr. Miġbur 2022-08-14.
  2. ^ "Homepage". www.pas.va (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-14.
  3. ^ Burkill, J. C. (1964). "Charles-Joseph de la Vallée Poussin". Journal of the London Mathematical Society (bl-Ingliż). s1-39 (1): 165–175.
  4. ^ Mawhin, Jean (19 September 2014). "The Cours d'Analyse Infinitésimale of Charles-Jean de La Vallée Poussin: From Innovation to Tradition". Jahresbericht der Deutschen Mathematiker-Vereinigung. 116 (4): 243–259.
  5. ^ Porter, M. B. (1915). "Review: Cours d'Analyse Infinitésmale, by Ch.-J. de la Vallée Poussin". Bull. Amer. Math. Soc. 22 (2): 77–85.
  6. ^ Porter, M. B. (1925). "Review: Cours d'Analyse Infinitésimale, Tome I, by Ch. J. de la Vallée Poussin". Bull. Amer. Math. Soc. 31 (1): 83.
  7. ^ Carmichael, R. D. (1918). "Review: Integrals de Lebesgue, Fonctions d'Ensemble, Classes de Baire, by C. de la Vallée Poussin". Bull. Amer. Math. Soc. 24 (7): 348–355.
  8. ^ Jackson, Dunham (1922). "Review: Leçons sur l'approximation des fonctions d'une variable réelle, by C. de la Vallée Poussin". Bull. Amer. Math. Soc. 28 (1): 59–61. doi:10.1090/S0002-9904-1922-03513-6.