Aqbeż għall-kontentut

Idriss Carlos Kameni

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Carlos Kameni)
Carlos Kameni
Informazzjoni personali
Isem sħiħIdriss Carlos Kameni
Twelid18 ta' Frar 1984 (1984-02-18) (40 sena)
DoualaKamerun
Tul1.84 m
RwolGowler
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliArta Solar 7
Mixtliet
1995–2000Kadji Sports
Karriera professjonali
SninKlabb
2000–2004Le Havre
2002–2003Saint-Étienne (self)
2004–2012Espanyol
2012–2017Málaga
2017–2019Fenerbahçe
2021–Arta Solar 7
Tim nazzjonali
1999Kamerun U20
2000Kamerun U23
2001–Kamerun

Idriss Carlos Kameni (twieled fit-18 ta' Frar 1984) huwa plejer tal-futbol Kamerunjan li jilgħab bħala gowler.

Hu qatta l-maġġoranza kbira tal-karriera tiegħu fi Spanja, l-aktar ma' Espanyol, li deher f'229 logħob uffiċjali matul il-kors ta' tmien staġuni f'La Liga.

Kameni sar Kamerunjan internazzjonali qabel ma' kellu 20 sena', hu rrappreżenta l-pajjiżu f'żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja u ħames edizzjonijiet tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani.

Huwa twieled ġewwa Douala, Kameni kien innotat meta kellu 16-il sena, hu sar l-iżgħar plejer li rebaħ il-midalja tad-deheb Olimpika, fl-2000.[1] Dan il-midalja għamiltu famuż hekk kif hu ssieħeb mal-klabb Franċiż Le Havre imma ma setax jilgħab fl-ewwel tim, u baqgħa fuq il-bank tar-riżerva matul il-waqfa ta' erba' snin, hu kien misluf ukoll lil AS Saint-Étienne iżda naqas li jilgħab. Fl-2001, kien viċin li jissieħeb ma' Juventus.[2]

Kameni mar ma klabb tal-Premier League Wolverhampton Wanderers b'self għall-istaġun 2003–04, iżda l-ftehim waqa wara li ma ngħatax permess ta' xogħol fir-Renju Unit.[3]

Fl-età ta' 20 sena, Kameni ffirma mal-klabb Spanjol RCD Espanyol f'Lulju 2004, għal US$600,000,[4] u sar gowler tal-ewwel għażla fit-tieni sena tiegħu. Kmieni fl-2006, il-klabb projbita żewġ partitarji għall-abbużi razzjali lejn il-plejer.[5]

Fl-istaġun 2008–09, staġun mimli tensjoni għal Espanyol, fejn kienu kklassifikati mal-aħħar tlieta għal perjodu twil, Kameni kellu żewġ inċidenti: l-ewwel, hu kellu konfrontazzjoni fiżika ma' partitarju (li l-ewwel insulta l-plejer) wara sessjoni ta' taħriġ f'Jannar,[6] imbagħad iġġieled ma sieħbu tat-tim Grégory Béranger għal darb'oħra fit-taħriġ, f'Mejju.[7] Huwa xorta deher f'37 minn 38 logħbiet, hu kien essenzjali għall-ġenb tal-manteniment u matul il-kampanja, hu kiser ir-rekord ta' Thomas N'Kono fejn għamel 497 minuta mingħajr ma qala' gowl.

Wara żewġ staġuni bħala l-ewwel gowler, Kameni nieżel għat-tielet għażla għall-istaġun 2011–12, mal-istess kowċ Arġentin Mauricio Pochettino. Fit-13 ta' Jannar 2012 hu ffirma ma' Málaga CF.[8] Fil-25 ta' Marzu, hu ddebuta magħhom fil-kampjonat wara li daħal sostitut minflok Wilfredo Caballero matul rebħa ta' 2–1 kontra l-eks tim tiegħu Espanyol, filwaqt hu żam clean sheet matul il-ħin tiegħu fil-grawnd.[9]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Kameni sar Kamerunjan internazzjonali fl-età ta' 17-il sena, hu kien inkluż f'ħafna skwadri nazzjonali speċjalment għat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani 2002, 2004, 2006 u Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani 2008. Barra minn hekk huwa wkoll irrappreżenta n-nazzjon fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2003, ma din l-iskwadra hu spiċċa t-tieni post wara Franza.

Fl-2002, fl-età ta' 18-il sena, Kameni kien inkluż fl-iskwadra għat-Tazza tad-Dinja 2002. Huwa ġie msemmi l-Aqwa Gowler Afrikan għall-istaġun 2006–07,[10] wara li spiċċa runner-up fl-istaġun preċedenti.

Kameni kien ukoll magħżul għall-iskwadra għat-Tazza tad-Dinja 2010 fl-Afrika t'Isfel, hu kien mistenni li jibda minn ħafna osservaturi. Madankollu, hu spiċċa fuq il-bank hekk kif il-kowċ Paul Le Guen prefera lil Souleymanou Hamidou, u t-tim nazzjonali tiegħu kien l-ewwel li ġie eliminat mit-turnew, eventwalment tilfu t-tliet logħbiet tal-grupp.

Espanyol

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]
  • L-Aqwa Gowler Afrikan: 2006–07, 2007–08

Ħajja personali

[immodifika | immodifika s-sors]

Ħu Kameni, Mathurin, huwa plejer tal-futbol li jilgħab ukoll bħala gowler.

  1. ^ "Cameroon: Idriss Kameni" (bl-Ingliż). BBC. 2002-05-20.
  2. ^ "Juventus want Cameroon keeper" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2001-11-01.
  3. ^ "Wolves wait on Kameni verdict" (bl-Ingliż). BBC. 2003-08-21.
  4. ^ Minshull, Phil (2004-07-28). "Espanyol sign Kameni" (bl-Ingliż). BBC.
  5. ^ "Espanyol suspend fans over racism" (bl-Ingliż). BBC. 2006-02-11.
  6. ^ "Kameni se encara con un aficionado después del entrenamiento" [Kameni confronts fan after training] (bl-Ispanjol). Marca. 2009-01-05.
  7. ^ "Incidente entre Béranger y Kameni" [Incident between Béranger and Kameni] (bl-Ispanjol). El Espanyol. 2009-05-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-05-18. Miġbur 2013-08-27.
  8. ^ "Official: Malaga signs Espanyol's Carlos Kameni on a free transfer" (bl-Ingliż). Goal.com. 2012-01-13.
  9. ^ "Kameni: "No me imaginaba un debut así ni en sueños"" [Kameni: "Not even in my wildest dreams did I imagine such a debut"] (bl-Ispanjol). Marca. 2012-03-27.
  10. ^ "Who is Who in the Lions Den" (bl-Ingliż). The Post Online. 2008-01-07.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]