Bryan Cristante
| | |||
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Twelid | 3 ta' Marzu 1995 San Vito al Tagliamento, Italja | ||
| Tul | 1.88 m | ||
| Rwol | Midfilder | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb attwali | Roma | ||
| Numru | 4 | ||
| Mixtliet | |||
| 2006–2009 | Liventina Gorghense | ||
| 2009–2013 | Milan | ||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 2011–2014 | Milan | ||
| 2014–2018 | Benfica | ||
| 2016 | → Palermo (self) | ||
| 2016–2017 | → Pescara (self) | ||
| 2017–2018 | → Atalanta (self) | ||
| 2018–2019 | Atalanta | ||
| 2018–2019 | → Roma (self) | ||
| 2019– | Roma | ||
| Tim nazzjonali | |||
| 2017– | Italja | ||
Bryan Cristante (twieled fit-3 ta' Marzu 1995) huwa futboler professjonali Taljan li jilgħab bħala midfilder mal-klabb tas-Serie A Milan. Huwa għandu passaport Kanadiż, minħabba li missieru twieled hemmhekk.[1]
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Cristante twieled f'San Vito al Tagliamento iżda trabba ġewwa San Giovanni di Casarsa, fejn beda jilgħab il-futbol bħala tfajjel.[2] Huwa mexa lejn Liventina Gorghense, klabb tad-dilettanti fil-provinċja ta' Treviso, qabel ma ssieħeb ma AC Milan fl-2009.[3] Matul iż-żmien tiegħu fl-akkademja ta' AC Milan, hu kien membru tal-iskwadra tal-U15 li rebħet il-Campionato Giovanissimi Nazionali fl-2010,[4] fejn hemmhekk skorja tmien gowls,[2] huwa wkoll kien membru tal-iskwadra tal-U17 li rebħet il-Campionato Allievi Nazionali fl-2011.[5]
Huwa għamel id-debutt professjonali tiegħu għall-klabb fis-6 ta' Diċembru 2011, fl-età ta' 16-il sena u 278 ġranet, fejn ħareġ bħala sostitut minflok Robinho fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League kontra Viktoria Plzeň, il-logħba kienet spiċċat fid-dro ta' 2–2.[6] Hu b'hekk sar l-iżgħar plejer ta' Milan li lagħab fiċ-Champions League u t-tielet l-iżgħar ta' kull żmien.[7][8]
Cristante kien elett bħala l-aqwa plejer fit-Torneo di Viareggio 2013. Fl-4 ta' Marzu 2013, Cristante ffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu, li jżommu f'Milan sal-2018. Huwa se jissieħeb fl-ewwel skwadra fil-bidu tal-istaġun 2013/2014.[9]
Statistika
[immodifika | immodifika s-sors]- Aġġornati sal-1 ta' Lulju 2013
| Tim | Staġun | Kampjonat domestiku | Tazza domestika | Kompetizzjonijiet Ewropej[a] | Kompetizzjonijiet oħra[b] | Total | |||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
| Milan | 2011–12 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 |
| 2012–13 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | – | 0 | 0 | ||
| 2013–14 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | – | 0 | 0 | ||
| Total tal-karriera | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 | |
- Noti
- ↑ Il-kompetizzjonijiet Ewropej jinkludu l-UEFA Champions League.
- ↑ Kompetizzjonijiet oħra jinkludu s-Supercoppa Italiana.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "Milan: chi è Cristante: "Mi rivedo in Aquilani"" (bit-Taljan). La Gazzetta dello Sport. 2011-12-07. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-06-23. Miġbur 2012-08-24.
- 1 2 Gambino, Simone (2011-12-07). "An introduction to Bryan Cristante - AC Milan's 16-year-old Champions League wonderkid" (bl-Ingliż). Goal. Miġbur 2012-08-24.
- ↑ Mazzara, Pietro (2011-12-04). "DNA vincente e serietà: ecco chi è Bryan Cristante". milannews.it (bit-Taljan). Miġbur 2011-12-15.
- ↑ "Campionato Giovanissimi Nazionali 2009/10" (bit-Taljan). AC Milan. Miġbur 2012-08-24.
- ↑ "Campionato Allievi Nazionali 2010/11" (bit-Taljan). AC Milan. Miġbur 2012-08-24.
- ↑ Holyman, Ian (2011-12-06). "Plzeň secure late draw with Milan to end on a high". Union of European Football Associations. Miġbur 2011-12-07.
- ↑ Gaetano De Stefano (2011-12-07). "Pato and Robinho not enough, AC Milan fluff the finish in Prague". La Gazzetta dello Sport. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-06-08. Miġbur 2012-08-24.
- ↑ Lu. Guaz. (2011-12-07). "Cristante, il suo nome nella storia" (bit-Taljan). Il Giorno. Miġbur 2012-08-24.
- ↑ "Bryan Cristante: il gioellino della "Cantera" rossonera". milanpassion.it (bit-Taljan). Miġbur 2013-06-03.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- (IT) Dehriet internazzjonali fuq figc.it
- Bryan Cristante fuq National-Football-Teams.com