Battaljun Mediku tal-Ospedalieri
Il-Battaljun Mediku tal-Ospedalieri (bl-Ukren: Медичний батальйон Госпітальєри) huma battaljun mediku volontarju Ukren li ilu jipprovdi l-ewwel għajnuna u jevakwa s-suldati Ukreni midruba fl-invażjoni Russa tal-Ukrajna mill-2014.[1] L-islogan tagħhom huwa "F'ġieħ kull ħajja!".
Skont diversi rapporti tal-mezzi tax-xandir, sal-aħħar tal-2018, il-Battaljun Mediku tal-Ospedalieri kien evakwa jew offra trattament lil xi 2,750 suldat Ukren matul il-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja.[2][3][4]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Battaljun Mediku tal-Ospedalieri ġie stabbilit fis-6 ta' Lulju 2014, mill-voluntiera medika Yana Zinkevych, li dak iż-żmien kellha 18-il sena. F'intervista iktar 'il quddiem, Yana ddeskriviet kif il-ħruxija tal-battalji fil-villaġġi Ukreni ta' Karlivka u ta' Pisky waslulha biex taħseb dwar il-ħtieġa ta' unità medika tal-voluntiera.
L-unità ħadet isem il-Kavallieri Ospedalieri, ordni militari Kristjan Medjevali. Fil-bidu tal-2016, ittieħdet taħt il-patroċinju tal-Korp Ukren tal-Voluntiera, li kien parti mill-Organizzazzjoni tas-Settur tal-Lemin.[5]
Meta Dmytro Yarosh ifforma l-Armata tal-Voluntieri Ukreni (UDA) fl-2015, il-Battaljun Mediku tal-Ospedalieri sar id-diviżjoni strutturali tagħha.[6][7]
Yana Zinkevych hija l-kap tas-Servizz Mediku fl-Armata tal-Voluntieri Ukreni u l-kmandant permanenti tal-Battaljun Mediku tal-Ospedalieri.[8][9] Minn Marzu 2017, il-Battaljun Mediku tal-Ospedalieri jikkonsisti minn 60 persuna (u mija oħra bħala riżerva).[10]
Fl-2019 inħolqot impriża muniċipali msejħa l-"Ospedalieri ta' Dnipro", ibbażata fuq il-Battaljun Mediku tal-Ospedalieri tal-Armata tal-Voluntieri Ukreni. Din l-impriża ngħatat finanzjament mill-baġit tal-belt ta' Dnipro.
Attività
[immodifika | immodifika s-sors]Il-battaljun mediku demilitarizzat jipprovdi assistenza lill-voluntieri, lill-militar u liċ-ċivili kollha fiż-żona tal-gwerra li jkollhom bżonn l-ewwel għajnuna, intervent mediku ta' emerġenza jew trattament terapewtiku. Il-membri tal-battaljun jevakwaw, jistabbilizzaw u jittrasportaw il-midruba miż-żona tal-gwerra lejn il-kwartieri ġenerali jew lejn l-isptarijiet tal-front.
Il-voluntieri tal-battaljun mediku jipprovdu appoġġ kostanti lill-midruba fil-belt ta' Dnipro fl-Isptar ta' Mechnikov – post fejn jiġu ttrasportati l-maġġoranza ta' dawk li jindarbu b'mod gravi. Il-Battaljun Mediku tal-Ospedalieri jipprovdi wkoll appoġġ u riabilitazzjoni lill-midruba u lill-familji tagħhom wara li jinħarġu mill-isptarijiet.
Il-Battaljun Mediku tal-Ospedalieri qed jopera fiż-żona tal-gwerra sabiex jipprovdi assistenza lill-militar Ukren, kemm lill-unitajiet tal-voluntieri kif ukoll lill-Forzi Armati uffiċjali. Xi rappreżentanti tal-Battaljun Mediku tal-Ospedalieri jiġu ppożizzjonati fiż-żona tal-gwerra flimkien mal-militar Ukren. B'hekk ikun jista' jipprovdi assistenza iktar effiċjenti u immedjata matul xi battalja u tiżdied il-probabbiltà ta' evakwazzjoni ta' suċċess u tal-irkupru tal-midruba. Hemm ukoll karigi permanenti fl-isptarijiet tal-front, bħal fil-belt ta' Avdiivka, fejn il-Battaljun Mediku tal-Ospedalieri jipprovdi appoġġ lit-tobba tas-66 Sptar Lokali.
Missjoni importanti oħra tal-Battaljun Mediku tal-Ospedalieri hija t-taħriġ mediku u tattiku. Dan it-taħriġ isir darba fix-xahar mill-bidu tar-rebbiegħa sal-aħħar tal-ħarifa f'bażi f'Pavlohrad.[11] It-taħriġ jingħata mill-għalliema mediċi tal-esperjenza li kienu preżenti fil-front huma stess. It-taħriġ huwa popolari kemm mal-militar kif ukoll maċ-ċivili, peress li l-għarfien u l-ħiliet li jinkisbu matul it-taħriġ huma effettivi ferm matul l-emerġenzi fil-ħajja ċivili wkoll. Sa Novembru 2021, kważi 2,000 ruħ temmew dan it-taħriġ li jdum madwar ġimgħa.
Fl-2015, wieħed mal-operaturi paramediċi tal-battaljun, Yevhen Titarenko, u Natalia Khazan ġibdu film imsejjaħ "Gwerra għall-Paċi", ibbażat fuq 120 siegħa ta' filmati dokumentarji li nġibdu fil-front. Il-filmati nġibdu mir-reġista nnifsu waqt li kien qed jaħdem bħala operatur paramediku fil-battaljun.[12]
Il-Battaljun Mediku tal-Ospedalieri għadhom iwettqu x-xogħol tagħhom matul l-invażjoni Russa tal-Ukrajna tal-2022, jaċċettaq voluntieri ġodda, u jiġbru l-fondi għat-tiswijiet tal-vetturi, għall-fjuwil u għall-provvisti mediċi.[13] Sa Ġunju 2023, il-battaljun kien magħmul minn iktar minn 1,000 ruħ.[14]
Unuri u premjijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Battaljun Mediku tal-Ospedalieri kiseb ir-rispett fost is-suldati u l-appoġġ morali mill-poplu Ukren. L-attivitajiet tal-membri tiegħu jqajmu l-interess ta' diversi artisti, poeti, kittieba, kantanti u reġisti kontemporanji.
Uffiċjal permanenti tal-Battaljun Mediku tal-Ospedalieri, Yana Zinkevych, ingħatat ġieħ statali "Għall-Merti tat-Tielet Grad", il-premju Għas-Salvazzjoni tal-Ħajjiet, il-Premju tal-Ħiliet Marzjali, il-ġieħ ta' "Eroj tal-Poplu Ukren" u l-Premju tat-30 Stilla tal-Ukrajna.[15]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ enteringmode (2023-06-08). "We Stand With Ukraine". ICDS (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-01.
- ^ admin (2021-11-23). ""Accident Operations Forces" – How Ukrainian "Hospitallers" Are Hardening Military Paramedics" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-01.
- ^ "Газета "НИВА"". web.archive.org. 2018-09-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-09-04. Miġbur 2024-06-01.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Свобода, Радіо (2019-02-08). "Батальйон «Госпітальєри» отримав бюджетне фінансування й став комунальним підприємством у Дніпрі" (bl-Ukren). Miġbur 2024-06-01.
- ^ "News - League of Ukrainian Canadians". www.lucorg.com (bl-Ingliż). 2021-01-20. Miġbur 2024-06-01.
- ^ "«Щоби забрати поранених вночі, ми їдемо навпомацки». Як воює парамедик із «Госпітальєрів»". tvoemisto.tv. Miġbur 2024-06-01.
- ^ "Заява командирів і бійців бойових батальйонів ДУК ПС". web.archive.org. 2017-08-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-08-30. Miġbur 2024-06-01.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Яна Зінкевич". www.museumsun.org. Miġbur 2024-06-01.
- ^ Sengupta, Kim (2022-03-09). "Sister act: The twins who have volunteered to work in a Kyiv medical battalion" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-01.
- ^ "Медбатальйон «Госпітальєри» набирає добровольців на вишколи. Як долучитися. Відео". tvoemisto.tv. Miġbur 2024-06-01.
- ^ "Добровольчий медичний батальйон "Госпітальєри" відзначає шосту річницю і просить про підтримку". novynarnia.com (bl-Ukren). 2020-07-06. Miġbur 2024-06-01.
- ^ "Ми всі – частина цієї війни. Чому варто побувати в музеї АТО в Дніпрі (ФОТО)" (bl-Ukren). 2019-09-26. Miġbur 2024-06-01.
- ^ "Ми всі – частина цієї війни. Чому варто побувати в музеї АТО в Дніпрі (ФОТО)" (bl-Ukren). 2019-09-26. Miġbur 2024-06-01.
- ^ Reporter, Khaleda Rahman Senior News (2022-02-24). "How to Help the People of Ukraine". Newsweek (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-01.
- ^ Staff, Euromaidan Press (2021-12-30). "U.S.-Ukraine Foundation honors 30 Stars of Ukraine". Euromaidan Press (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-01.