Aqbeż għall-kontentut

Baħar Tirren

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Baħar Terren)
Il-Baħar Tirren

Il-Baħar Tirren, jifforma parti mill-baħar nofsani tal-Mediterran, 'il barra mill-kosta tal-punent tal-Italja. Dan il-baħar huwa msemmi għall-poplu Tirren, li kienu identifikati sa mis-6 seklu qabel l-era Kristjana flimkien mal-Etruski tal-Italja. L-isem tal-baħar Tirren huwa dderivat mill-kelma Griega li tirreferi għall-Etruski, poplu li jingħad li kienu emigranti ġejjin minn Lidja, mmexxija mill-prinċep Tyrrhenus. F'dan il-perjodu, ir-residenza tal-Etruski kienet l-art li tmiss mal-kosta, fejn xi darba għad ried ikun hemm ir-reġjun ta' Toskana, u dak kien il-punt minn meta bdew isejħu lill-ilmijiet tal-viċin bħala l-Baħar tal-Etruski.

Il-baħar huwa mdawwar minn bosta artijiet, fosthom wieħed jista' jinnota lil Korsika, Sardinja (lejn il-punent), it-Toskana, Lazjo, Campania, Basilicata, il-Kalabrija (lejn il-lvant) u 'l Sqallija (lejn in-nofsinhar). Il-fond massimu tal-baħar huwa ta' 3,785 metru (12,418 pied). Il-baħar Tirren jinsab fil-post eżatt fejn jiltaqgħu l-qiegħan tal-Ewropa u tal-Afrika, għalhekk il-katina muntanjuża u l-vulkani attivi bħalma huwa l-Marsili, jinsabu fil-vixxri tiegħu. It-tmint igżejjer ta' Aeolian u ta' Ustika jinsabu lejn il-parti tan-nofsinhar tal-baħar, voldieri ftit metri lejn it-tramuntana ta' Sqallija.

L-Organizzazzjoni Internazzjonali Idrografika tiddifenixxi il-limiti tal-baħar Tirren b'dawn it-termini.:[1]

  • Fl-Istrett ta' Messina: Linja li tgħaqqad lill-estrem Nordiku ta' Capo Paci (15°42'P) mal-estrem tal-lvant tal-gżira ta' Sqallija, Cape Palero (38°16'T).
  • Fuq l-ilbiċ: linja li tibda minn Cape Lilibero (l-estrem tal-punent ta' Sqallija) u li tibqa' sejra sal-estrem tan-nofsinhar ta' Cape Teulada (8°38'P) f'Sardinja.
  • Fl-Istrett ta' Bonifacio: Linja li tgħaqqad lill-estrem tal-punent ta' Cape Testa (41°14'T) f'Sardinja mal-estrem tal-ilbiċ ta' Cape Feno (41°23'T) f'Korsika.

) u allura minn hemm wieħed jista' jkompli billi jgħaqqad lil Tino u l-gżejjer ta' Palmarja mal-punt ta' San Pietru (44°03′N 9°50′E / 44.05°N 9.833°E / 44.05; 9.833 ) fuq il-kosta tal-Italja.

Wieħed għandu mnejn jinnota bl-erba' fetħiet eżistenti li jieħduk lil hinn mill-baħar Tirren (Mit-tramuntana san-Nofsinhar):

Fetħa Destinazzjoni Wisa' Baħar konness
Kanal ta' Korsika bejn Toskana u Korsika 42°50′N 9°45′E / 42.833°N 9.75°E / 42.833; 9.75 Xi 80 kilometru Baħar Liguri
Strett ta' Bonifacio bejn Korsika u Sardinja 11-il kilometru Baħar Mediterran (proprju)
Mingħajr Isem bejn Sardinja and Sqallija Xi 290 kilometru Baħar Mediterran (proprju)
Strett ta' Messina bejn Sqallija u Kalabrija fuq it-takkuna tal-Italja 3 kilometri Baħar Jonju

Baċiri u Portijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Baħar Tirren huwa maqsum f'żewġ baċiri jew pjanuri, il-pjanura ta' Vavilox u ta' Marsili. Dawn huma seperati minn xulxin permezz ta' xifer sotterran, magħruf bħala l-pont ta' Issel, imsemmi wara Arturo Issel. Il-portijiet prinċipali tal-baħar Tirren fl-Italja huma: Napli, Palermo, Ruma, Salerno, Trapani, Gioia, Tauro u Cagliari. L-iktar port importanti ġewwa Franza huwa Bastia. Għalkemm il-frażi " Il-port ta' Ruma" hija użata frekwentament, ir-realtà tgħid li m'hemm l-ebda port viċin il-belt kapitali tal-Italja, Ruma. Minflok il-frażi "Il-port ta' Ruma" qiegħda tirreferi għall-faċilitajiet marittimi f'Civitavecchia, xi 42 mil lejn il-majjistral ta' Ruma, il-belt kapitali li tant wirtet storja.

Skont il-mitoloġija Griega, huwa maħsub li l-irdum minsub 'il fuq mill-baħar Tirren seta' serva ta' dar għall-erbat irjieħ miżmuma minn Aeolus. L-irjieħ imsemmija f'din il-mitoloġija huma Mistral mill-wied ta' Rhône, Libeccio li kien ġej mill-ilbiċ u Sicorro u Ostro li kien joqogħdu lejn l-inħawi tan-nofsinhar.

  1. ^ "Limits of Oceans and Seas, 3rd edition" (PDF) (bl-Ingliż). International Hydrographic Organization. 1953. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2011-10-08. Miġbur 2010-02-06.

Koordinati: 40°N 12°E / 40°N 12°E / 40; 12