Aqbeż għall-kontentut

Ayn Rand

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ayn Rand
Ħajja
Isem propju Алиса Зиновьевна Розенбаум, Alisa Zinovyevna Rosenbaumu אליסה זינובייבנה רוזנבאום
Twelid San Pietruburgu, 2 Frar 1905
Nazzjonalità Imperu Russu
Unjoni Sovjetika
Stati Uniti tal-Amerka
Repubblika Russa
Repubblika Sovjetika Federali Soċjalista Russa
Repubblika Soċjalista Federali Sovjetika Russa
statelessness (en) Translate
Grupp etniku il-Lhud
L-ewwel lingwa Russu
Mewt Manhattanu Belt ta' New York, 6 Marzu 1982
Post tad-dfin Kensico Cemetery (en) Translate
Kawża tal-mewt kawżi naturali (attakk tal-qalb)
Familja
Konjuga/i Frank O'Connor  (15 April 1929 -  9 Novembru 1979)
Edukazzjoni
Alma mater Università Statali ta' San Pietruburgu
Lingwi Russu
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni drammaturgu
filosofu
rumanzier
xeneġġatur
kritiku letterarju
saġġist
ġurnalist
kittieb tal-fantaxjenza
kittieb
Impjegaturi Università Statali ta' San Pietruburgu
Xogħlijiet importanti Atlas Shrugged (mul) Translate
The Fountainhead (en) Translate
We the Living (en) Translate
Anthem (en) Translate
The Virtue of Selfishness (en) Translate
Premjijiet
Nominat għal
uri
  • [[National Book Award for Fiction (en) ]]
    (1958) : [[Atlas Shrugged (mul) ]]
Influwenzat minn Aristotile
Ludwig von Mises (mul) Translate
Carl Menger (mul) Translate
Isabel Paterson (en) Translate
Tumas t'Akwinu
Albert Jay Nock (en) Translate
Fyodor Dostoyevsky (en) Translate
Victor Hugo (mul) Translate
Edmond Rostand (mul) Translate
Friedrich Schiller (mul) Translate
Russian symbolism (en) Translate
Rose Wilder Lane (en) Translate
Sħubija American Writers Association (en) Translate
Motion Picture Alliance for the Preservation of American Ideals (en) Translate
Psewdonomu Ayn Rand
Moviment artistiku objectivism (en) Translate
dystopia (en) Translate

Alice O'Connor (imwielda Alisa Zinovyevna Rosenbaum; [a] 2 ta’ Frar 1905 – 6 ta’ Marzu 1982), kienet awtriċi Amerikana u filosofa li twieldet ir-Russja. Hi magħrufa għall-kitbiet fittizji u għall-iżvilupp tas-sistema filosofika li sejħitilha l-Oġġettiviżmu. Hi twieldet u rċeviet l-edukazzjoni fir-Russja, iżda marret tgħix fl-Istati Uniti fl-1926. Wara li kitbet żewġ rumanzi li inizjalment ma kinux ta’ suċċess u anke żewġ drammi għal Broadway, Rand irnexxielha tikseb il-fama bir-rumanz tal-1943 The Fountainhead. Fl-1957, ippubblikat ir-rumanz li nbiegħ l-aktar, Atlas Shrugged. Aktar tard, sakemm mietet fl-1982, hi bdiet tikteb kitbiet mhux fittizji biex tippromwovi l-filosofija tagħha, ippublikat perjodiċi tagħha stess u ħarġet għadd ta’ ġabriet ta’ esejs.

Rand ħadmet favur ir-raġuni u ċaħdet il-fidi u r-reliġjon. Hi appoġġjat l-egoiżmu razzjonali u etiku għall-kuntrarju tal- altruiżmu . Fil-politika, hi kkundannat l-użu tal-vjolenza u appoġġjat il-kapitaliżmu laissez-faire, li ddefinitu bħala s-sistema bbażata fuq ir-rikonoxximent tad-drittijiet tal-individwi, inkluż id-drittijiet tal-proprjetà privata . Għalkemm hi opponiet il-libertariżmu, li ħarset lejh bħala anarkiżmu, Rand spiss tiġi assoċjata mal-moviment libertarju tal-Istati Uniti modern. Fl-arti, hi ppromwoviet ir-realiżmu romantiku. Hi kienet tikkritika bl-aħrax, ħafna mill-filosfi u t-tradizzjonijiet filosofiċi li kienet taf bihom, ħlief għal xi eċċezzjonijiet.

Inbiegħu aktar minn 37 miljun kopja tal-kotba tagħha. Ix-xogħlijiet fittizji tagħha rċevew reċensjonijiet imħalltin minn kritiċi tal-letteratura, b’uħud mir-reċensjonijiet li maż-żmien bdew isiru aktar negattivi.[2] Għalkemm l-interess akkademiku għall-ideat tagħha kiber wara mewtha[3], filosofi akkademiċi ġeneralment injoraw jew ċaħdu l-filosofija ta’ Rand, għax skonthom l-istil tagħha kien polemiku u li l-ideat neqsin mir-rigorożità metodoloġika. Ix-xogħlijiet tagħha influwenzaw xi libertarji tal-lemin u konservattivi. Il-moviment Oġġettivist ixerred l-ideat tagħha, kemm fil-pubbliku kif ukoll fl-akkademja.

Rand, twieldet bl-isem ta’ Alisa Zinovyevna Rosenbaum fit-2 ta’ Frar, 1905, ġo familja borġiża Lhudija f’San Pietruburgu li dak iż-żmien kien jagħmel parti mil-Imperu Russu. [4] Hija kienet l-ikbar fost it-tlitt ibniet ta’ Zinovy Zakharovich Rosenbaum, spiżjar, u Anna Borisovna (née Kaplan). [4] Meta seħħet ir-Rivoluzzjoni ta’ Ottubru u meta t-tmexxija Bolxevista taħt Vladimir Lenin ħarbtet ħajjet familtha, Rand kellha 12-il sena. L-istat ħa f’idejh l-ispiżerija ta’ missierha, [4] u familtha ħarbet lejn il-belt ta’ Yevpatoria fil-Krimea, li inizjalment kienet taħt L-Armata l-Bajda waqt il-Gwerra Ċivili tar-Russja. [4] Wara li ggradwat mill-iskola sekondarja ta’ hemmhekk f’Ġunju tal-1921, [4] marret lura ma’ familtha f’Petrograd (li dak iż-żmien kien l-isem ta’ San Pietruburgu) [b] fejn għaddew minn tbatija kbira, tant li xi drabi batew il-ġuħ.[6]

Book cover with black-and-white drawings and text in Russian
L-ewwel xogħol ippubblikat ta' Rand kien monografiku bir-Russu dwar l-attriċi Pola Negri.

Meta l-universitajiet Russi nfetħu għan-nisa wara r-rivoluzzjoni, Rand kienet fost l-ewwel li rreġistraw fl-Università tal-Istat ta’ Petrograd. [7] Meta kellha 16-il sena, bdiet l-istudji tagħha fid-Dipartiment tal-Pedagoġija Soċjali, u speċjalizzat fl-Istorja. [6] Hija kienet waħda mill-ħafna studenti borġiżi li tkeċċew mill-università ftit qabel gradwaw. Wara lmenti minn grupp ta’ xjentisti barranin li kienu qed iżuru l-università, ħafna minn dawn l-istudenti tkeċċew, Rand inkluża, iżda wara reġgħu daħluhom. [4] [8] Hi lestiet l-istudji tagħha fl-università li f’Ottubru tal-1924 biddlet isimha għall-Università tal-Istat Leningrad f’Ottubru. Imbagħad studjat għal sena fl-Iskola tal-Istat Tekhnikum għall-Arti tal-Films f’Leningrad. Għal assenjament, Rand kitbet esej fuq l-attriċi Pollakka Pola Negri; li kien l-ewwel pubblikazzjoni tagħha. Sa dan iż-żmien, kienet iddeċidiet li l-kunjom professjonali għall-kitba kellu jkun Rand, [8] u użat isimha Ayn (ippronunzjat /aɪn/). [2] [ċ]

Lejn l-aħħar tal-1925 Rand ingħatat visa sabiex iżżur xi qraba f’Chicago. [7] Hi waslet fil-Belt ta’ New York fid-19 ta’ Frar, 1926. [4] Peress li kien beħsiebha tibqa’ toqgħod fl-Istati Uniti biex issir xeneġġatriċi, għexet għal ftit xhur ma’ qrabatha sabiex titgħallem l-Ingliż [14] qabel ma marret Hollywood f’Kalifornja.

[4]

F’Hollywood iltaqgħet mad-direttur Cecil B. DeMille b’kumbinazzjoni, li wassalha biex taħdem parti minuri fil-film tiegħu The King of Kings u wara ħadmet bħala xeneġġatriċi apprendista.[8] Waqt li kienet qiegħda taħdem fuq The King of Kings, iltaqgħet mal-attur ambizzjuż Frank O'Connor; u żżewġu fil-15 ta’ April, 1929. Hija ngħatat ir-residenza permanenti Amerikana f’Lulju 1929 u saret ċittadina Amerikana fit-3 ta’ Marzu, 1931. [8] [4] [d] Hi ppruvat tieħu lill-ġenituri tagħha u lill-ħutha fl-Istati Uniti, imma ma rnexxilhomx iġibu permess sabiex jemigraw.      [4] [8]

  1. ^ Mudell:Lang-ru, Mudell:IPA-ru. Most sources transliterate her given name as either Alisa or Alissa.[1]
  2. ^ The city was renamed Petrograd from the Germanic Saint Petersburg in 1914 because Russia was at war with Germany. In 1924 it was renamed Leningrad. The name Saint Petersburg was restored in 1991.[5]
  3. ^ She may have taken Rand as her surname because it is graphically similar to a vowelless excerpt Рзнб of her birth surname Розенбаум in Cyrillic.[9][10] Rand said Ayn was adapted from a Finnic name.[11] Some biographical sources question this, suggesting it may come from a nickname based on the Hebrew word עין (ayin, meaning 'eye').[12] Letters from Rand's family do not use such a nickname for her.[13]
  4. ^ Rand's immigration papers anglicized her given name as Alice,[15] so her legal married name became Alice O'Connor, but she did not use that name publicly or with friends.[16][17]
  1. ^ Gladstein 1999, p. 121.
  2. ^ a b Gladstein 1999.
  3. ^ Cocks 2020.
  4. ^ a b ċ d e f ġ g h Heller 2009.
  5. ^ Ioffe 2022.
  6. ^ a b Sciabarra 2013.
  7. ^ a b Burns 2009.
  8. ^ a b ċ d e Britting 2004.
  9. ^ Gladstein 2010, p. 7.
  10. ^ Heller 2009, p. 55.
  11. ^ Burns 2009, pp. 19, 301.
  12. ^ Heller 2009, pp. 55–57.
  13. ^ Milgram, Shoshana. "The Life of Ayn Rand: Writing, Reading, and Related Life Events". In Script error: The function "ċita harvard" does not exist..
  14. ^ Hicks.
  15. ^ Heller 2009, p. 53.
  16. ^ Milgram, Shoshana. "The Life of Ayn Rand: Writing, Reading, and Related Life Events". In Script error: The function "ċita harvard" does not exist..
  17. ^ Branden 1986, p. 72.