Arti Paleolitika fl-Għerien tat-Tramuntana ta' Spanja
L-Arti Paleolitika fl-Għerien tat-Tramuntana ta' Spanja, magħruf ukoll bit-titlu itwal bħala l-Għar ta' Altamira u l-Arti Paleolitika fl-Għerien tat-Tramuntana ta' Spanja (bl-Ispanjol: Cueva de Altamira y arte rupestre paleolítico del Norte de España) huwa raggruppament ta' 18-il għar fit-Tramuntana ta' Spanja, li flimkien jirrappreżentaw l-apoġew tal-arti Paleolitika Superjuri fl-għerien tal-Ewropa bejn 35,000 u 11,000 sena ilu (l-Era ta' Aurignac, l-Era Gravettjana, l-Era Solutreana, l-Era Magdalenjana, u l-Era Aziljana). Fl-2008, dawn l-għerien ġew iddeżinjati b'mod kollettiv bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]
L-iżjed għar ewlieni huwa l-Għar ta' Altamira, li jinsab fir-raħal ta' Santillana del Mar f'Cantabria. Għadha meqjusa bħala waħda mill-iżjed ċikli importanti ta' pitturi tal-preistorja, li oriġinaw fil-perjodi Magdalenjani u Solutreani taż-Żmien Paleolitiku Superjuri. L-istil artistiku tal-għar jirrappreżenta l-iskola Franko-Cantabriana, u huwa kkaratterizzat mir-realiżmu tar-rappreżentazzjonijiet ta' figuri ta' annimali.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]L-Għar ta' Altamira ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1985. Fl-2008, is-sit ġie estiż biex jinkludi wkoll 17-il għar oħra b'arti Paleolitika fi tliet komunitajiet awtonomi fit-Tramuntana ta' Spanja: Asturias, Cantabria u l-Pajjiż Bask.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[1]
Lista ta' għerien
[immodifika | immodifika s-sors]Kodiċi | Isem | Raħal u Reġjun | Koordinati | Żona ta' lqugħ | |
---|---|---|---|---|---|
310-001 | Għar ta' Altamira | Santillana del Mar; Cantabria | 43°22′57″N 04°07′13″W / 43.3825°N 4.12028°W
|
16-il ettaru | |
310-002 | Għar tal-Peña de Candamo | Candamo, San Román; Asturias | 43°27′21″N 6°4′21″W / 43.45583°N 6.0725°W
|
100 ettaru | |
310-003 | Għar ta' Tito Bustillo | Ribadesella, Asturias | 43°27′39″N 5°4′4″W / 43.46083°N 5.06778°W
|
243 ettaru | |
310-004 | Għar ta' La Covaciella | Cabrales, Asturias | 43°19′5″N 4°52′30″W / 43.31806°N 4.875°W
|
11.3-il ettaru | |
310-005 | Għar ta' Llonín | Peñamellera Alta, Asturias | 43°19′50″N 4°38′43″W / 43.33056°N 4.64528°W
|
17.4-il ettaru | |
310-006 | Għar ta' Pindal | Ribadedeva, Asturias | 43°23′51″N 4°31′58″W / 43.3975°N 4.53278°W
|
69.4 ettaru | |
310-007 | Għar ta' Chufín | Rionansa, Cantabria | 43°17′26″N 4°27′29″W / 43.29056°N 4.45806°W
|
16.7-il ettaru | |
310-008 | Għar tal-Hornos de la Peña | San Felices de Buelna, Cantabria | 43°15′40″N 4°1′47″W / 43.26111°N 4.02972°W
|
25 ettaru | |
310-009 | Għar ta' El Castillo | Puente Viesgo, Cantabria | 43°17′33″N 3°57′56″W / 43.2924°N 3.9655°W
|
69 ettaru | |
310-010 | Għar ta' Las Monedas | Puente Viesgo, Cantabria | 43°17′20″N 3°58′03″W / 43.289°N 3.9675°W
|
69 ettaru | |
310-011 | Għar ta' La Pasiega | Puente Viesgo, Cantabria | 43°17′20″N 3°57′58″W / 43.289°N 3.966°W
|
69 ettaru | |
310-012 | Għar ta' Las Chimeneas | Puente Viesgo, Cantabria | 43°17′29″N 3°57′52″W / 43.2914°N 3.9644°W
|
69 ettaru | |
310-013 | Għar ta' El Pendo | Camargo, Cantabria | 43°23′17″N 3°54′44″W / 43.38806°N 3.91222°W
|
64 ettaru | |
310-014 | Għar ta' La Garma | Ribamontán al Monte, Cantabria | 43°25′50″N 3°39′57″W / 43.43056°N 3.66583°W
|
100 ettaru | |
310-015 | Għar ta' Covalanas | Ramales de la Victoria, Cantabria | 43°14′44″N 3°27′08″W / 43.24556°N 3.45222°W
|
1,374 ettaru | |
310-016 | Għar ta' Santimamiñe | Vizcaya, Cortézubi, Pajjiż Bask | 43°20′47″N 2°38′12″W / 43.34639°N 2.63667°W
|
99 ettaru | |
310-017 | Għar ta' Ekain | Guipúzcoa, Deva, Pajjiż Bask | 43°14′09″N 02°16′31″W / 43.23583°N 2.27528°W
|
14.6-il ettaru | |
310-018 | Għar ta' Altxerri | Guipúzcoa, Aia, Pajjiż Bask | 43°16′7″N 02°08′02″W / 43.26861°N 2.13389°W
|
15-il ettaru |
Ara wkoll
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Cave of Altamira and Paleolithic Cave Art of Northern Spain". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-12.