Anna Frank
Anne Frank (12 Ġunju 1929 – Frar jew Marzu 1945) hija waħda mill-vittmi Lhud l-aktar magħrufa u diskussi tal-Olokawst. Hi rikonoxxuta għall-kwalità tal-kitba tagħha u d-djarju tagħha sar wieħed mill-aktar kotba li jinqraw fid-dinja, tant li kien il-bażi għal diversi xeneġġjaturi ta' films u reċti.
Twieldet fil-belt ta' Frankfurt il-Ġermanja u għexet il-parti l-kbira ta' ħajjitha f'Amsterdam jew qrib tagħha, fl-Olanda. In-nazzjonalità tagħha kienet uffiċjalment Ġermaniża sal-1941, iżda tilfet din in-nazzjonalità minħabba l-politika kontra r-razza Semitika tal-Ġermanja Nazista (il-Liġijiet Nuremberg). Hija kisbet fama internazzjonali wara mewtha meta ġie ppubblikat id-djarju tagħha li fih kitbet l-esperjenzi tagħha matul l-okkupazzjoni Ġermaniża tal-Olanda fit-Tieni Gwerra Dinjija.
Il-familja Frank iċċaqalqet mill-Ġermanja għal Amsterdam fl-1933, is-sena li fiha n-Nazisti kisbu l-kontroll fuq il-Ġermanja, sal-bidu tas-sena 1940, iżda n-Nazi ma damux ma okkupaw ukoll dan il-pajjiż u l-familja Frank kellha tibqa' Amsterdam minħabba l-okkupazzjoni Nazista fl-Olanda. Minħabba din l-akbar persekuzzjoni tal-popolazzjoni Lhudija f'Lulju 1942, il-familja għexet fil-moħba tal-kmamar ta' ħabib missier Anne, Otto Frank. Wara sentejn, il-familja Frank flimkien ma' xi nies oħra ġew skoperti u għalhekk ittieħdu lejn kampijiet ta' konċentrament. Anne Frank u oħtha Margot, imbagħad ġew trasferiti lejn il-kamp ta' konċentrament Bergen-Belsen, fejn it-tnejn mietu f'Marzu tal-1945.
Otto Frank, l-uniku superstiti tal-familja, kif intemmet il-gwerra mar lura Amsterdam fejn sab id-djarju ta' Anne, u l-isforzi tiegħu wasslu għall-pubblikazzjoni tad-djarju fl-1947. Id-djarju ġie tradott mil-lingwa oriġinali tiegħu għall-Ingliż fl-1952 bit-titlu A Young Girl's Diary. Illum id-djarju nsibuh f'bosta lingwi.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Anna Frank |
Fil-Wikikwota hemm kollezzjoni ta' kwotazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma': Anna Frank |