Angelina Mango

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Angelina Mango
Ħajja
Isem propju Angelina Mango
Twelid Maratea, 10 April 2001 (23 sena)
Nazzjonalità Italja
L-ewwel lingwa Taljan
Familja
Missier Mango
Omm Laura Valente
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantawtur
personaġġ televiżiv
Piż 57 kg
Għoli 164 cm
Premjijiet

Angelina Mango (twieldet l-10 ta' April 2001) hija kantanta u kantawtriċi Taljana. Fl-2023 hija pparteċipat fit-22 edizzjoni tat-talent show Taljan Amici ta' Maria De Filippi, u ġiet fit-tieni post inġenerali u rebħet il-kategorija tal-kant. Hija rebħet il-Premju Lunezia għall-valur letterarju u mużikali tal-kanzunetta Ci pensiamo domani.[1] Hija rebħet il-Festival ta' Sanremo tal-2024 bil-kanzunetta tagħha La noia, li biha se tirrappreżenta l-Italja fil-Festival tal-Eurovision tal-2024.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

2001−2019: Ħajja bikrija[immodifika | immodifika s-sors]

Angelina Mango twieldet fl-10 ta' April 2001 f'Maratea, fil-provinċja ta' Potenza, Basilicata. Ommha hi Laura Valente, eks kantanta tal-grupp mużikali pop Matia Bazar, u Giuseppe Mango, magħruf sempliċement bħala Mango.[2][3][4][5] Hija trabbiet f'Lagonegro, fil-provinċja ta' Potenza wkoll, flimkien ma' ħuha l-kbir Filippo (li twieled 1995), u t-tnejn għandhom għall-qalbhom il-mużika.[6] Peress li trabbiet f'ambjent ta' familja mużikali, hija tgħallmet tkanta u ddoqq il-pjanu u l-kitarra ta' età żgħira.[7]

F'Settembru 2014, Angelina Mango nkitbet fil-liċeo xjentifiku, qabel ma ssospendiet l-istudji tagħha meta miet missierha fit-8 ta' Diċembru 2014.[8] Fl-2016 marret tgħix f'Milan mal-familja tagħha, fejn kompliet l-istudji tagħha u bdiet tkanta fi grupp mużikali fejn ħuha kien idoqq it-tnabar.[9]

2020–2021: Monolocale[immodifika | immodifika s-sors]

Fit-13 ta' Novembru 2020, Angelina Mango ħarġet l-ewwel single tagħha Va tutto bene, li antiċipa l-EP tad-debutt tagħha Monolocale.[10][11][12][13] Fl-2021 hija fetħet il-kunċerti tal-Parola Tour ta' Giovanni Caccamo u ta' Michele Placido, u kantat f'Novembru 2021 matul il-Ġimgħa Mużikali ta' Milan.[14] Fl-istess perjodu, hija ħadet sehem fis-selezzjonijiet ta' Sanremo Giovani, bil-kanzunetta La tua buona colazione, iżda ma ntgħażlitx fost il-finalisti.[15][16]

2022–2023: parteċipazzjoni f'Amici, u l-EP Voglia di vivere[immodifika | immodifika s-sors]

Wara li ffirmat kuntratt ma' Sony Music u bdiet tikteb u tipproduċi kanzunetti ġodda flimkien mal-produttur Enrico Bruni, Angelina Mango pparteċipat fil-Kunċert tal-1 ta' Mejju u fil-kompetizzjoni mużikali Musica da bere fl-2022, fejn rebħet il-Premju Live.[17][18] Fl-istess sena wkoll, hija bdiet tippubblika xi singles, fosthom Formica, Walkman (prodott minn Tiziano Ferro),[19] u Rituali. F'Settembru 2022, hija ħadet sehem bħala mistiedna fil-programm imxandar fuq Rai 3 Via dei Matti nº0.[20]

F'Novembru 2022, Angelina Mango ddaħħlet bħala kompetitriċi fit-22 edizzjoni tat-talent show mużikali mxandar fuq Canale 5, Amici ta' Maria De Filippi, fejn spiċċat fit-tieni post inġenerali u rebħet il-kategorija tal-kant.[21][22] Hija fetħet il-kunċert ta' Elisa fl-Auditorium Parco della Musica f'Ruma f'Diċembru, u kantat fil-kunċert imxandar fuq Canale 5, Capodanno in musica.[23][24] Matul il-parteċipazzjoni tagħha f'Amici, hija ħarġet is-singles Voglia di vivere u Mani vuote.[25][26]

Fit-12 ta' Mejju 2023, Angelina Mango ħarġet is-single Ci pensiamo domani, li antiċipat l-EP tagħha Voglia di vivere, li ħarġet fid-19 ta' Mejju 2023. Ci pensiamo domani telgħet fl-ewwel għaxar pożizzjonijiet fil-klassifika tas-singles u ġiet iċċertifikata bħala diska tal-platinum tripla talli bigħet iktar minn 300,000 kopja.[27] L-EP iddebuttat fit-tieni post fil-klassifika tal-albums Taljani u ġiet iċċertifikata bħala diska tad-deheb talli bigħet iktar minn 25,000 kopja.[28][29] F'Ġunju u f'Lulju 2023, hija pparteċipat f'xi festivals organizzati mix-xandara nazzjonali tar-radju u tat-televiżjoni, fosthom Battiti Live u TIM Summer Hits. Fis-6 ta' Ottubru 2023, hija ħarġet is-single Che t'o dico a fa', li waslet fit-tieni post fil-klassifika tas-singles Taljana u ġiet iċċertifikata bħala diska platinum.[30]

2024: il-Festival ta' Sanremo u l-Festival tal-Eurovision[immodifika | immodifika s-sors]

Angelina Mango kkompetiet fil-Festival ta' Sanremo tal-2024 u rebħet bil-kanzunetta La noia.[31] L-għada filgħodu li rebħet, hija kkonfermat li se tirrappreżenta lill-Italja fil-Festival tal-Eurovision tal-2024.

Diskografija[immodifika | immodifika s-sors]

Id-diskografija tal-kantanta u l-kantawtriċi Angelina Mango tikkonsisti minn żewġ EPs u disa' singles bħala artista ewlenija.

EPs[immodifika | immodifika s-sors]

Lista ta' EPs, bil-pożizzjonijiet fil-klassifiki u ċertifikazzjonijiet
Titlu Dettalji Pożizzjonijiet ewlenin fil-klassifiki Ċertifikazzjonijiet
ITA
Monolocale
  • Maħruġa: it-13 ta' Novembru 2020
  • Tikketta: Disincanto
  • Format: CD, download diġitali, streaming
Voglia di vivere
  • Maħruġa: id-19 ta' Mejju 2023
  • Tikketta: 21CO, BMG
  • Format: CD, download diġitali, streaming
2
  • FIMI: Gold

Singles[immodifika | immodifika s-sors]

Bħala artista ewlenija[immodifika | immodifika s-sors]

Lista ta' singles bħala artista ewlenija, bil-pożizzjonijiet fil-klassifiki, is-sena tal-ħruġ u l-isem tal-album
Titlu Sena Pożizzjonijiet ewlenin fil-klassifiki Ċertifikazzjoni Album
ITA
Formica 2022 Singles mhux f'album
Walkman
Rituali
Voglia di vivere 2023 87
  • FIMI: Gold
Voglia di vivere
Mani vuote
Ci pensiamo domani 7
  • FIMI: 3× Platinum
Che t'o dico a fa' 2
  • FIMI: Platinum
TBA
Fila indiana 37
La noia 2024 4
"—" tirrappreżenta single li ma kklassifikatx jew ma nħarġitx.

Dehriet bħala mistiedna[immodifika | immodifika s-sors]

Lista ta' dehriet bħala mistiedna mhux ta' singles, ma' artisti oħra tal-ispettaklu, bis-sena tal-ħruġ u l-isem tal-album
Titlu Sena Artisti oħra Album
Get Back 2013 Mango L'amore è invisibile

Televiżjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Sena Titlu Network Rwol Noti
2022–2023 Amici ta' Maria De Filippi Canale 5 Kontestanta Rebbieħa tal-kategorija tal-kant
2024 Festival ta' Sanremo tal-2024 Rai 1 Festival mużikali annwali – Rebbieħa bil-kanzunetta La noia

Premjijiet u nominazzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Sena Premju Nominazzjoni Xogħol Riżultat
2022 Musica da bere Premju Live Rebħet
2023 Premju tal-Kritika L-ewwel post fil-kategorija tal-kant Amici di Maria De Filippi
Premju tar-Radju
Premju Lunezia Valur letterarju u mużiukali Ci pensiamo domani

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Sanremo 2024, Angelina Mango: "Ho un cognome importante ma sarò me stessa. Mi godrò la gara e non vi deluderò"". la Repubblica (bit-Taljan). 2024-01-18. Miġbur 2024-02-14.
  2. ^ Sanna, Andrea (2024-02-10). "Chi è Angelina, figlia di Mango? Età, fidanzato e Instagram" (bit-Taljan). Miġbur 2024-02-15.
  3. ^ https://www.ilsussidiario.net/autori/serena-granato (2023-05-20). "Angelina Mango: chi é la mamma Laura Valente/ Anche lei una famosa cantante". IlSussidiario.net (bit-Taljan). Miġbur 2024-02-15.
  4. ^ D'Ambrosio, Viola (2022-11-21). "Angelina Mango è figlia di Mango, ma chi è sua madre?" (bit-Taljan). Miġbur 2024-02-15.
  5. ^ Italia, Emanuela (2024-02-11). "Chi è Angelina Mango: Età, Padre Pino Mango, Amici, Fidanzato, Sanremo e Instagram" (bit-Taljan). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-12-11. Miġbur 2024-02-15.
  6. ^ Redazione (2023-05-15). "Chi è il fratello di Angelina Mango, Filippo?". TAG24 (bit-Taljan). Miġbur 2024-02-15.
  7. ^ "Angelina Mango, chi è, biografia, storia". Mediaset Infinity.
  8. ^ "Amici, Angelina Mango parla della morte del padre: "È stato pesante, si è scatenato l'inferno e tutto era sotto le telecamere"". Il Fatto Quotidiano (bit-Taljan). 2022-12-03. Miġbur 2024-02-15.
  9. ^ "Angelina Mango: carriera, Amici, vita privata, chi sono i genitori". www.libero.it (bit-Taljan). Miġbur 2024-02-15.
  10. ^ s.r.l, Rockol com. "√ Debutta con un EP Angelina, figlia di Mango e Laura Valente". Rockol (bit-Taljan). Miġbur 2024-02-15.
  11. ^ "Monolocale, l'EP di Angelina Mango". www.ilmessaggero.it (bit-Taljan). 2020-11-11. Miġbur 2024-02-15.
  12. ^ "Angelina Mango all'esordio senza il peso dei genitori: "Ma a loro devo la mia passione"". Music Fanpage (bit-Taljan). 2020-12-08. Miġbur 2024-02-15.
  13. ^ "Angelina Mango: «Da mio padre spero di aver preso l'ironia» | Rolling Stone Italia" (bit-Taljan). 2020-11-13. Miġbur 2024-02-15.
  14. ^ s.r.l, Rockol com. "√ Milano Music Week 2021: chi è Angelina Mango, dal vivo a Rockol Ubiqo - Generazione Z Stage". Rockol (bit-Taljan). Miġbur 2024-02-15.
  15. ^ Gradi, Stefano (2023-05-17). "Angelina Mango e "Voglia di vivere": «Non bisogna solo pensare ai problemi, ma godersi la realtà, le cose che ci fanno stare bene»" (bit-Taljan). Miġbur 2024-02-15.
  16. ^ "Angelina Mango: «Fiera del mio cognome. Alcuni episodi mi hanno ferita. Ecco perché non canto canzoni di papà»". www.ilgazzettino.it (bit-Taljan). 2023-05-16. Miġbur 2024-02-15.
  17. ^ SanGiorgi, Giordano. "MUSICA DA BERE_Vince la cantautrice bresciana MIGLIO. Ad Angelina Mango il Premio Live – MEI – Meeting degli Indipendenti" (bit-Taljan). Miġbur 2024-02-15.
  18. ^ "Angelina conquista tutti. Dopo "Amici" arriva "Voglia di vivere": il suo nuovo disco". la Repubblica (bit-Taljan). 2023-05-17. Miġbur 2024-02-15.
  19. ^ s.r.l, Rockol com. "√ Il nuovo brano di Angelina Mango è prodotto da Tiziano Ferro". Rockol (bit-Taljan). Miġbur 2024-02-15.
  20. ^ "Via dei matti n. 0, una settimana con cantanti, musicisti e cantautori". RAI Ufficio Stampa. Miġbur 2024-02-15.
  21. ^ "Angelina Mango da Amici 2023 al primo EP: "Prima scrivevo solo pezzi tristi, ora sono cambiata"". Music Fanpage (bit-Taljan). 2023-05-18. Miġbur 2024-02-15.
  22. ^ Nast, Condé (2022-11-21). "Amici 22: Angelina Mango, figlia di Mango e Laura Valente, entra nel cast. E la polemica è servita". Vanity Fair Italia (bit-Taljan). Miġbur 2024-02-15.
  23. ^ "Capodanno in musica su Canale 5: la scaletta dei cantanti e degli ospiti con Federica Panicucci". Music Fanpage (bit-Taljan). 2022-12-31. Miġbur 2024-02-15.
  24. ^ "Amici 22, Isobel e Angelina si esibiranno al concerto di Elisa". Spettacolo Fanpage (bit-Taljan). 2022-12-18. Miġbur 2024-02-15.
  25. ^ "Il testo e di significato di Voglia di vivere, l'inedito di Angelina Mango ad Amici 2022". Music Fanpage (bit-Taljan). 2022-11-21. Miġbur 2024-02-15.
  26. ^ "Il testo e il significato di Mani Vuote, Angelina racconta le proprie mancanze ad Amici 22". Music Fanpage (bit-Taljan). 2023-03-14. Miġbur 2024-02-15.
  27. ^ Chianese, Vincenzo (2023-08-28). "Angelina non si ferma più: la sua "Ci Pensiamo Domani" conquista il Doppio Platino" (bit-Taljan). Miġbur 2024-02-15.
  28. ^ Chianese, Vincenzo (2023-05-27). "Debutto BOOM per Angelina Mango: il suo album al secondo posto in classifica" (bit-Taljan). Miġbur 2024-02-15.
  29. ^ Redazione (2023-08-21). "Angelina Mango disco d'oro per l'EP "Voglia di vivere" e nuovi sold out in tour". All Music Italia (bit-Taljan). Miġbur 2024-02-15.
  30. ^ "Il testo e il significato di Che t'o dico a fa', la nuova canzone di Angelina Mango". Fanpage (bit-Taljan). 2023-12-21. Miġbur 2024-02-15.
  31. ^ Gradi, Stefano (2024-02-11). "Sanremo 2024: i cantanti e le canzoni, gli ospiti e i conduttori. Tutto sul Festival" (bit-Taljan). Miġbur 2024-02-15.