Aleksandr Yakovlevich Khinchin

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Aleksandr Yakovlevich Khinchin
Ħajja
Isem propju Александр Яковлевич Хинчин
Twelid Kondrovo, 7 Lulju 1894 (Julian)
Nazzjonalità Imperu Russu
Unjoni Sovjetika
Mewt Moska, 18 Novembru 1959
Post tad-dfin Donskoe Cemetery (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Università Statali ta’ Moska
Fakultà tal-Fiżika u tal-Matematika tal-Università Imperjali ta’ Moska
(1911 - 1916)
Livell tal-edukazzjoni Dottorat tax-Xjenzi fil-Fiżika u fil-Matematika
Direttur tat-teżi Nikolai Luzin
Studenti dottorali Alexander Gelfond (en) Translate
Boris Gnedenko (en) Translate
Nickolay Romanov (en) Translate
Alexander Buchstab (en) Translate
Dmitry Raikov (en) Translate
Lingwi Russu
Għalliema Nikolai Luzin
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni matematiku
Impjegaturi Università Statali ta’ Moska  (1927 -  1935)
Università Statali ta’ Saratov  (1935 -  1937)
Università Statali ta’ Moska  (1937 -  1959)
Xogħlijiet importanti Law of the iterated logarithm (en) Translate
The flow of homogeneous events (en) Translate
Khinchin's constant (en) Translate
Wiener–Khinchin theorem (en) Translate
Khinchin integral (en) Translate
Q28057431 Translate
Khintchine inequality (en) Translate
Birkhoff–Khinchin theorem (en) Translate
Premjijiet
Sħubija Akkademja tax-Xjenzi tal-URSS

Aleksandr Yakovlevich Khinchin (bir-Russu: Алекса́ндр Я́ковлевич Хи́нчин, bil-Franċiż: Alexandre Khintchine; twieled fid-19 ta’ Lulju 1894 – miet fit-18 ta’ Novembru 1959) kien matematiku Sovjetiku u wieħed mill-iktar kontributuri sinifikanti tal-iskola Sovjetika tat-teorija tal-probabbiltà.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa twieled fil-villaġġ ta’ Kondrovo, fil-Governorat ta’ Kaluga, l-Imperu Russu. Hu u jistudja fl-Università Statali ta’ Moska, huwa sar wieħed mill-ewwel segwaċi tal-iskola famuża ta’ Luzin. Khinchin iggradwa mill-università fl-1916 u sitt snin wara sar professur full-time hemmhekk sa mewtu.[1]

Ix-xogħlijiet bikrin ta’ Khinchin iffukaw fuq l-analiżi reali. Iktar ’il quddiem huwa applika metodi mit-teorija metrika tal-funzjonijiet għall-problemi fit-teorija tal-probabbiltà u fit-teorija tan-numri. Huwa sar wieħed mill-fundaturi tat-teorija moderna tal-probabbiltà, u skopra l-liġi tal-logaritmu iterat fl-1924, kiseb riżultati importanti fil-qasam tat-teoremi tal-limiti, ta definizzjoni ta’ proċess stazzjonarju u stabbilixxa l-pedamenti għat-teorija ta’ tali proċessi.[2]

Khinchin għamel kontributi sinifikanti fit-teorija metrika tal-approssimazzjonijiet ta’ Djofantinu u stabbilixxa riżultat importanti għall-frazzjonijiet kontinwi reali sempliċi, filwaqt li skopra proprjetà ta’ tali numri li wasslet għal dak li issa huwa magħruf bħala l-kostanti ta’ Khinchin. Huwa ppubblika wkoll diversi xogħlijiet importanti dwar il-fiżika statistika, fejn huwa uża l-metodi tat-teorija tal-probabbiltà, u dwar it-teorija tal-informazzjoni, it-teorija tat-tqegħid fi kju, u l-analiżi matematika.[3]

Fl-1939 Khinchin ġie elett bħala Membru Korrispondenti tal-Akkademja tax-Xjenzi tal-Unjoni Sovjetika. Huwa ngħata l-Premju Stalin fl-1941, l-Ordni ta’ Lenin, tliet Ordnijiet oħra, u medalji.[4]

Biblijografija[immodifika | immodifika s-sors]

  • Sur la Loi des Grandes Nombres, in Comptes Rendus de l'Académie des Sciences, Pariġi, 1929
  • Asymptotische Gesetze der Wahrscheinlichkeitsrechnung, Berlin: Julius Springer, 1933
  • Continued Fractions, Mineola, N.Y. : Dover Publications, 1997, ISBN 0-486-69630-8 (ippubblikat l-ewwel darba f’Moska, 1935)
  • Three Pearls of Number Theory, Mineola, NY : Dover Publications, 1998, ISBN 0-486-40026-3 (ippubblikat l-ewwel darba f’Moska u f’Leningrad, 1947)
  • Mathematical Foundations of Quantum Statistics, Mineola, N.Y. : Dover Publications, 1998, ISBN 0-486-40025-5 (ippubblikat l-ewwel darba f’Moska u f’Leningrad, 1951; tradott fl-1960 minn Irwin Shapiro)
  • Mathematical Foundations of Information Theory, Dover Publications, 1957, ISBN 9780486604343

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Aleksandr Khinchin - The Mathematics Genealogy Project". mathgenealogy.org. Miġbur 2021-07-19.
  2. ^ "Aleksandr Yakovlevich Khinchin - Biography". Maths History (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-19.
  3. ^ Khinchin, Aleksandr (1957). Mathematical Foundations of Information Theory. Dover Publications. ISBN 9780486604343.
  4. ^ "Persons: Khinchin, Aleksandr Yakovlevich". www.mathnet.ru. Miġbur 2021-07-19.