Liebru ta' Granada

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Wikipedija:Kif taqra' taxoboxHow to read a taxobox
Liebru ta' Granada
Liebru ta' Granada Lepus granatensis
Liebru ta' Granada Lepus granatensis
Klassifikazzjoni Xjentifika
Renju: Animalia
Fajlum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Lepus
Speċi: L. granatensis
Isem binominali
Lepus granatensis
(Rosenhauser, 1856)
Sottospeċi

Il-Liebru ta' Granada jew kif inhu magħruf xjentifikament Lepus granatensis huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu), nattiv tal-kontinent ta' l-Ewropa.

Dan il-liebru huwa speċi komuni mifruxa sew ma' arja vasta fil-penisula Iberika u rari jekk mhux estinta fuq il-gżira ta' Majorka ("Mallorca").

Din l-ispeċi kienet ikkunsidrata għal żmien twil bħala sottospeċi tal-Liebru Ewropew Lepus europaeus u anke bħala sottospeċi tal-Liebru ta' Kap Lepus capensis. Il-Liebru ta' Granada huwa l-iżgħar speċi ta' liebru li hemm fil-penisula Iberika, b' tul massimu ta' 45 ċentimetru, b' 10 ċentimetri oħra f' denb u b' piż li jvarja bejn 2 u 2.5 kilogrammi.

[editja] Klassifikazzjoni

Dan il-liebru wara ħafna riklassifikazzjonijiet bħala sottospeċi ġie kklassifikat bħala speċi separata, 1 minn 10 speċijiet li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u maqsuma minn ta' linqas f' 3 sottospeċijiet.

[editja] Sinonimi

"Lepus europaeus granatensis" u "Lepus capensis granatensis" huma sinonimi jew l-istess bħal u jirreferu għal Lepus granatensis ta' Rosenhauser, 1856.

[editja] Referenzi