Koran
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
il-Koran (għarbi : القرآن ; al qurʾān) jiġifieri ( lettura,qari ) huwa il ktieb il mqaddes ħafna ta' il-Islam. U huwa il-ktieb l-Ewwel miktub bil għarbi. Il Koran huwa grupp paroli ta' Alla lill ġew lill nabi Muħammed (محمد,) mil anġilu Gabriel fi it-tlieta u ghoxrin sena. Jissejjahuk oll Kitâb (ktieb) jew Dikr (tafrik). Il musulmin jsebhuh il kliem ta' Alla il mogħti lill kull bniedem
il-islam għandu għajta ta' Alla. " il Koran huwa il kelma ta' Alla mikxxufa lill nabi tiegħu u miktuba fill foljiet ta' il Ktieb " katab Iben Ħaldun
Il-Koran Imqaddes huwa wieħed mill-Kotba Mqaddsa ta’ Alla. Il-Koran Imqaddes
Il-Profeta Qaddis (is-sliem ghalih) qal
“L-aħjar wieħed fostkom huwa dak li jitgħallem il-Koran u jgħallmu lill-oħrajn.”(Buħārī) “
Dak li ġewwa fih ma għandu xejn mill-Koran (għax ma tgħallem xejn minnu) jixbah lil dar mitluqa.” (Tirmidī)
“Ja nies, jiena bniedem. Dalwaqt jiġi l-mibgħut mingħand Sidi, imbagħad jiena nħalli din id-dinja. Qiegħed inħalli magħkom żewġ affarijiet siewja: l-ewwel, il-Ktieb ta’ Alla li fih it-tmexxija tajba u d-dawl. Mela żommu sħiħ mal-Ktieb ta’ Alla u oqogħdu fuqu. Qiegħed inħalli wkoll warajja nies dari.” (Muslim)
Il-Messija Mwieghed, il-paci ta` Alla tkun mieghu, kiteb:
Il-Koran Imqaddes hu senduq mimli teżori, iżda ftit huma dawk konxji minn dan il-fatt. (Malfoożat it-2 volum, paġna 344)
Il-Koran Imqaddes tant hu glorjuż li xejn ma jista’ jgħaddih fil-glorja tiegħu. Hu l-Ħakam, dak li l-ġudizzju tiegħu hu finali; hu l-Muħaimin, kompendju tat-tmexxija kollha. Fih issib kull argument li wieħed jeħtieġ. Hu dan il-Ktieb li ferrex f’telfa il-qalba tal-qawwa tal-għadu. Hu Ktieb li jkopri kollox fil-fond u li fih l-aħbarijiet ta’ dak li kien u ta’ dak li sejkun. Il-gideb la jista’ jattakkah minn quddiem u lanqas minn wara. Hu tassew id-dawl t’Alla Omnipotenti Khutba Ilħamija: Ruħani Khaża’in is-16-il volum, paġna 103)
Ta’ min ikun jaf li l-aktar miraklu li jispikka fil-Koran Imqaddes hu dak il-baħar infinit ta’ għerf profond – dawk il-fatti solidi, dawk it-toroq ta’ tagħrif koraniku tant għani fil-filosofija – li nistgħu nippreżentaw din il-manifestazzjoni lin-nazzjonijiet u lill-popli ta’ kull ilsien: sew jekk ikunu Indjani, Persjani, Ewropej jew Amerikani, hu liema hu l-pajjiż li ġejjin minnu. Il-miraklu Koraniku kapaċi jġibhom bla difiża, bla kliem u totalment żarmati. It-tifsiriet tal-Kuran Imqaddes jintwerew skont kif tinħoloq id-domanda fiż-żminijiet li jinbidlu u jgħassu bħal suldati armati sew kontra l-insinwazzjonijiet u l-kalunji li joħorġu f’kull żmien. Kieku l-Koran kien limitat fil-firxa tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dak li jikkomprendi fatti sodi u rejaltajiet sottili, kieku ma kienx jista’ jiġi meqjus bħala dak il-miraklu perfett. (Izala-e-Aauham; pt. 1: Ruhani Haza'in it-3 volum, paġna 255)
Il-Koran Imqaddes hu miraklu li bħalu la qatt kien hawn u lanqas jista’ jkun hawn. Iż-żmien tal-barkiet u l-ġenerożitajiet ma jispiċċaw qatt. Jibqa’ bħala manifest u mdawwal f’kull perijodu ieħor bħalma kien fil-perijodu tal-Profeta Mqaddes, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu. Għandna wkoll inżommu f’moħħna li d-diskors tal-bniedem hu diverttament proporzjonali mal-kobor tad-determinazzjoni tiegħu, id-dispożizzjoni tiegħu u r-rieda qawwija tiegħu. Aktar ma tkun kbira d-dispożizzjoni tiegħu u d-determinazzjoni u l-motivazzoni, aktar sabiħa u delikata tkun il-kwalità tad-diskors tiegħu. L-istess hu l-każ tar-rivelazzjonijiet mingħand Alla. Aktar ma tkun għolja d-dispożizzjoni ta’ min jirċievi r-rivelazzjoni, aktar tkun sublimi l-kwalità tal-kelma ta’ Alla. Fi proporzjon mal-kobor tad-determinazzjoni tiegħu, id-dispożizzjoni tiegħu u r-rieda qawwija tiegħu, ir-rivelazzjoni mogħtija lilu kienet ta’ l-ogħla livell, għalhekk ħadd ma nista’ qatt jitwieled biex ikun daqsu f’dan ir-rigward. (Malfoożat it-3 volum paġna 57)
Aħna ngħidu l-verità u qatt ma nistgħu ma nagħmlux hekk; kieku l-Profeta Mqaddes, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu, ma kienx imgħolli u kieku l-Koran Imqaddes ma kienx irrivelat, li l-propertajiet qawwija tiegħu (tal-Koran Imqaddes) kienu xhieda tagħhom ix-xjuħ tagħna u l-mexxejja spiritwali tal-passat u aħna li għadna nixhdu llum, kieku kien ikun diffiċli ħafna għalina, bis-saħħa tal-verżjoni Biblika biss li nagħrfu lil Mosè u lil Ġesù u Profeti oħra ta’ qabel li kienu jappartjenu lil dik l-asseblea devota u li tagħmel dak li hu moralment tajjeb li Alla, bil-grazzja tiegħu, għażel biex jinħatru profeti. Aħna għandna nirrikonoxxu din il-korresija spiritwali tal-Koran Imqaddes li hu (il-Koran Imqaddes) juri d-dawl tiegħu f’kull żmien u li mbagħad bil-għajnuna ta’ dak id-dawl perfett ikkonvinċiena mill-verità tal-Profeti aktar bikrin. U din il-kortesija mhux biss tintwera lilna iżda wkoll tintwerra lil dawk il-Profeti kollha li ġew minn żmien Adam sa żmien Ġesù (is-sliem ta’ Alla magħhom) qabel il-miġja tal-Koran Imqaddes. (Braħin-e-Aħmadija, nota sekondarja f’qiegħ il-paġna: Ruħani Ħaża’in, L-ewwel volum, paġna 290)
Mill-kotba kollha rrivelati li nsibu llum, hu biss il-Koran Imqaddes li l-affermazzjoni tiegħu li ġie rivelat minn Alla hu stabbilit bis-saħħa ta’ argumenti li ma tistax tirrifjuthom. Il-prinċipju li jirrigwarda b’mod ċar is-salvazzjoni jikkorrespondi eżattament ma’ dawk l-ordnijiet tal-verità u tan-natura umana. Id-duttrini li jipproponi huma tant perfetti u fuq pedament sod li huma kompletament sostnuti b’xhieda qawwija li ma tistax tirrifjuta. It-twissijiet tiegħu huma bbażati fuq xejn aktar ħlief il-verità. It-tagħlim tiegħu huma kompletament ħielsa minn adulterazzjoni jew idolatrija, innovazzjoni u qima lil kreaturi. Hu ktieb li fih hemm ħerqa kbira biex juru biċ-ċar l-Unità u l-Kobor t’Alla u biex jenfasizza l-perfezzjoni tal-attributi ta’ Alla, li hu Wieħed u Wieħed Biss. Hu ktieb li għandu din il-kwalità eċċezzjonali li hu mimli kompletament u purament bit-tagħlim ta’ l-Unità t’Alla u ma jippermetti l-ebda mod ta’ tebgħa jew difett, jew nuqqas jew xi kalunja oħra li tintefa’ kontra l-Ħallieq Qaddis. Ma jridx jimponi xi duttrina bilfors. Għall-kuntrarju, jippreċidi dak kollu li jesponi b’argument, u logika li jistabbilixxu l-verità tiegħu. Jagħti prova tal-miri u l-intenzjoni tiegħu b’argumenti awtorevoli u evidenza soda. Wara li ppreżenta argumenti ċari biex jispjega kull prinċipju li hu jippronunaja (b’mod ċar), jiggwida lill-bniedem għal twemmin sod u fehim assolut tar-realtajiet. Iwarrab bil-għajnuna tat-tifsir luċidu, id-difetti kollha, l-impuritajiet u l-irregolaritajiet li jimpestaw it-twemmin uman, drawwiet, kliem u għemil. Jgħallem ukoll kull etikett li hu essenzjali biex jikkoltiva valuri umani fil-bniedem. Jilqa’ l-isfida ta’ kull korruzzjoni b’forza xejn inqas minn dik murija bil-korruzzjoni li hi mxerrda fid-dinja llum. It-tagħlim tiegħu hu dritt, qawwi u bbilanċjat sew daqs li kieku kien mera li tirrifletti n-natura nnifisha u kopja vera tal-liġi tan-natura. Hu qisu xemx li ddawwal l-għajn ta’ ġewwa u l-fakultà perċettiva tal-qalb. (Braħin-e-Aħmadija; Ruħani Ħaża’in, l-ewwel volum, paġni 81-82)
Id-dawl tal-Koran Imqaddes, hu dawl aktar ċar u Qawwi, wisq iżjed minn kull għamla ta’ dawl ieħor!
U Qaddis, tassew hu Hu, Li hu s-Sors Ta’ din ix-xmara Vera Radjanti !
Ta’ fidi Fl-Unità ta’ Alla; Il-pjanta tassew bdiet Titbiel u tmut; Meta, f’daqqa waħda Din in-nixxiegħa limpida Mtliet bil-ħajja U bdiet miexja.
O Mulej ! Kelmtek hi biss Ktieb? Jew hi univers Fiha nnifisha? Għaliex dak kollu li kien indispensabbli għall-bniedem, Għall-progress ta’ moħħ il-bniedem Isibu provdut bl-abbundanza F’din l-Iskrittura meraviljuża !
Fuq il-firxa tad-dinja kollha, Ħallejt lil ħsibijieti jestendu Fi tfittxija diliġenti; U ppruvajt kull ħanut Fis-suq: Iżda x-xarba ta’ Gnosis Veru, ta’ komprensjoni vera, Jien sibt biss flixkun wieħed (il-Koran Imqaddes) !
Mhux possibbli Li nxebbah dan id-dawl ma’ xi ħaġa oħra: Għaliex f’kollox, f’kull Kwalità, joqgħod hu biss – Assolutament uniku.
Kien hemm żmien Meta ħsibna li l-Koran Imqaddes Kien ħaj, bħall-Bastun Ta’ Mosè: Iżda meta erġajna ħsibna dwar din il-meterja għat-tieni darba, sibna li mhux biss kien ħaj fih innifsu, kull kelma fih kellha wkoll il-kwalità li tagħti l-ħajja bħall-Messija !
hu l-iżball ta’ l-għomja nfushom, attrimenti dak id-dawl, Tant jiddi b’intensità, illi jiddi ‘l barra, bl-intensità ta’ mitt xemx.
Sfortuna għall-ħajja ta’ dawk, fuq din l-Art, Li kellhom aċċess, għal dan id-dawl Iżda qlubhom irriżultaw li kienu għomja. (Braħin-e-Aħmadija, it-Tielet nota sekondarja f’qiegħ il-paġna: Ruħani Ħaża’in, l-Ewwel volum, paġna 305)
Isimgħu O intom għeżież għatija illi mingħajr il-Koran, il-bniedem qatt ma jista’ jilħaq il-verità.
Hu jimla dejjem il-qalb bid-dawl, inaddaf is-sider b’mod komplet.
Kif nista’ nillibera lili nnifsi milli nfaħħar il-kwalitajiet tiegħu, Ara ! tagħti ħajja oħra lil din il-ħajja.
Ħares ! Hu jiddi ‘l quddiem bħal xemx fl-aqwa tagħha, Kif jista’ wieħed jinnega d-dija tagħha.
Kull kelma tiegħu hi oċean ta’ għerf Tagħmel wieħed jixrob mill-kus mimli bl-imħabba ta’ Alla.
Dak biss hu l-uniku ħellies għal dawk li jsofru L-uniku sinjal mingħand Alla li jmexxik lejn Alla.
Dak hu l-uniku xemx ta’ tmexxija li sibna, Dak hu l-uniku wieħed Li jisraq il-qlub li qatt rajna.
Kull ħaġa li jgħidu dawk li jinnegawh,
Ma jgħidu xejn ħlief bluhat.
(Braħin-e-Aħmadija, it-tielet nota sekondarja f’qiegħ il-paġna: Ruħani Ħaża’in, l-Ewwel volum, paġna 299)
[editja] Suriet ta' il-Koran
fil Koran 114 suriet ( sura ), is-sura L-ewwela hija Al Fatiħa " il fettieħa"
- Al-Fatiħa
- Al-Baqara
- Al-Għimran
- An-Nisa
- Al-Majida
- Al-Angħam
- Al-Agħraf
- Al-Anfal
- At-Tawba
- Yunus
- Hud
- Yusuf
- Ar-Ragħd
- Ibrahim
- Al-Ħijr
- An-Naħl
- Al-Isra
- Al-Kahf
- Maryam
- Ta-Ha
- Al-Anbiya
- Al-Ħaġġ
- Al-Muminun
- An-Noor
- Al-Furqan
- Ax-Xugħara
- An-Naml
- Al-Qisas
- Al-Għnkabut
- Ar-Rum
- Luqman
- As-Saġda
- Al-Aħzab
- Saba
- Fatir
- Ya-Seen
- As-Saaffat
- Sad
- Az-Zumar
- Għafir
- Fussilat
- Ax-xura
- Az-Zuħruf
- Ad-Duħan
- Al-Ġatija
- Al-Aħqaf
- Muhammad
- Al-Fatħ
- Al-Ħuġraat
- Qaf
- Adh-Dharijat
- At-Tur
- An-Naġm
- Al-Qamar
- Ar-Raħman
- Al-Waqia
- Al-Ħadid
- Al-Muġadila
- Al-Ħashr
- Al-Mumtahina
- As-Saff
- Al-Jumugħa
- Al-Munafiqoon
- At-Tagħabun
- At-Talaq
- At-Taħrim
- Al-Mulk
- Al-Qalam
- Al-Ħaaqqa
- Al-Magħqriġġ
- Nooh
- Al-Ġinn
- Al-Muzzammil
- Al-Muddatir
- Al-Qijama
- Al-Insan
- Al-Mursalat
- An-Naba
- An-Naziat
- Abasa
- At-Takwir
- Al-Infitar
- Al-Mutaffifin
- Al-Inxiqaq
- Al-Burooġġ
- At-Tariq
- Al-Agħla
- Al-Għashija
- Al-Faġr
- Al-Balad
- Ax-Xams
- Al-Lajl
- Ad-Dhuħa
- Al-Inxiraħ
- At-Tin
- Al-Għalaq
- Al-Qadr
- Al-Bajjiena
- Az-Zalzala
- Al-Għadijat
- Al-Qarigħa
- At-Takatur
- Al-Għasr
- Al-Humaza
- Al-Fil
- Qurajx
- Al-Magħun
- Al-Kawtar
- Al-Kafirun
- An-Nasr
- Al-Masad
- Al-Iħlas
- Al-Falaq
- Al-Nas
[editja] External Link