Al-Fatiħa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Kopja tal-Qurgħan miktuba minn Għaziz Afendi 1932

Fl-Islam, Al-Fatiħa hija sura fil-bidu tal-Qurgħan. Bl-Għarbi tissejjaħ Suratul-Fatiħa(Arabic: سورة الفاتحة‎), ("Sura tal-Ftuħ") u hi l-ewwel kapitlu tal-Qurgħan. Is-seba' versi li fiha huma talba lil Alla għat-tmexxija, u jenfassizzaw il-Kobor u l-Ħniena Tiegħu. Dan il-kapitlu għandu rwol ewlieni fis-Salaat (talba ta' kuljum); skont xi wħud, il-Misilmin għandhom jgħidu s-Surat il-Fatiħa 17-il darba kull jum fil-Fard (Compulsory) Salaat, fil-bidu ta' kull taqsima tat-talb. Fl-Islam, Suratul-Fatiħa għandha post bħall-Missierna fil-Kristjaneżmu: it-tnejn għandhom bħala għan il-konnesjoni ma' Alla, u jindirizzaw suġġetti simili ta' sinċerità, rispett, imħabba, tmexxija, ħafra u l-qima ta' Alla.

Test bl-Għarbi[editja]

بِسْمِ اللّهِ الرَّحْمـَنِ الرَّحِيم
الْحَمْدُ للّهِ رَبِّ الْعَالَمِين
الرَّحمـنِ الرَّحِيم
مَـالِكِ يَوْمِ الدِّين
إِيَّاك نَعْبُدُ وإِيَّاكَ نَسْتَعِين
اهدِنَــــا الصِّرَاطَ المُستَقِيم
صِرَاطَ الَّذِينَ أَنعَمتَ عَلَيهِمْ غَيرِ المَغضُوبِ عَلَيهِمْ وَلاَ الضَّالِّين

Trażlitterazzjoni bil-Malti[editja]

Bismillahi r-raħmani r-raħim
Al ħamdu lillahi rabbi l-għalamin
Ar-raħmani r-raħim
Maliki jawmi d-din
Ijjaka nagħbudu wa ijjaka nastagħin
Ihdina s-sirata al-mustaqim
Sirata al-ladina angħamta għalajhim għajri l-magħdubi għalajhim wala d-dallin

Traduzzjoni bil-Malti[editja]

F'isem Alla l-ħanin, kollu ħniena.
Kull tifħir u ħajr għal Alla tal-univers.
Il-ħanin, kollu ħniena.
Sultan ta' Jum il-Ħaqq.
Lilek biss inqimu u Lilek biss nitolbu l-għajnuna.
Mexxina fit-triq it-tajba.
It-triq ta' dawk li Inti tbierek, mhux ta' dawk li Inti sħett jew dawk li ntilfu.