Jürgen Klopp

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Jürgen Klopp
Jürgen Klopp Saisonstart 01.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Jürgen Norbert Klopp
Twelid 16 ta' Ġunju 1967 (1967-06-16) (47 sena)
Stuttgart
Pajjiż Bandiera tal-Ġermanja tal-Punent Ġermanja tal-Punent
Tul 1.90m
Rwol Attakkant / Difensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Borussia Dortmund (kowċ)
Klabbs ġovanili
1975–1983 SV Glatten
1983–1989 TuS Ergenzingen
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
1986–1987 TuS Ergenzingen
1987 1. FC Pforzheim 4 (0)
1987–1988 Eintracht Frankfurt II
1988–1989 Viktoria Sindlingen
1989–1990 Rot-Weiss Frankfurt
1989–2001 Mainz 05 338 (52)
Timijiet ikkowċjati
2001–2008 Mainz 05
2008– Borussia Dortmund
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.

Jürgen Norbert Klopp (Stuttgart, 16 ta' Ġunju 1967) huwa eks-plejer tal-futbol u kowċ Ġermaniż. Bħalissa huwa jikkowċja lit-tim Ġermaniż Borussia Dortmund fil-Bundesliga.

Karriera[editja]

Plejer[editja]

Klopp beda jilgħab ma klabbs dilettanti bħal Eintracht Frankfurt II, Viktoria Sindlingen u Rot-Weiss Frankfurt. Fl-1989 hu ssieħeb ma Mainz 05 u hemmhekk u baqa sakemm irtira. Hu oriġinarjament lagħab bħala attakkant, qabel ma bidel il-pożizzjoni bħala difensur fl-1995.[1]

Kowċ[editja]

Mainz 05[editja]

Wara l-irtirar tiegħu minn ma Mainz 05, Klopp ġie maħtur bħala maniġer mal-istess klabb. Huwa baqa bħala kowċ għal seba' snin, li matulu huwa wassal it-tim għall-ewwel dehra fil-Bundesliga, u kwalifikazzjoni għall-UEFA Cup 2005–06. Fl-aħħar tal-istaġun 2006–07, Mainz 05 kienu relegati, iżda Klopp għażel li jibqa' mal-klabb. Madankollu, minħabba l-fatt li dawn ma kinux kapaċi jiksbu promozzjoni, hu rriżenja fl-aħħar tal-istaġun 2007–08.

Borussia Dortmund[editja]

F'Mejju 2008, Klopp kien avviċinat biex isir kowċ ġdid ta' Borussia Dortmund, eventwalment hu ffirma kuntratt ta' sentejn mal-klabb, li kien spiċċa fit-13-il post diżappuntanti taħt il-kowċ preċedenti Thomas Doll. Fl-ewwel staġun tiegħu nkarigat, Klopp iggwida lil Borussia Dortmund biex jirbħu s-Supercup Ġermaniża, billi għelbu liċ-ċampjins Ġermaniżi Bayern Munich.[2] Klopp ħa l-klabb għall-finitura fis-sitt post fl-ewwel staġun tiegħu inkarigat, u finitura fil-ħames post fl-istaġun ta' wara, qabel ma wassal lil-klabb għat-titli suċċessivi tal-Bundesliga fl-istaġuni 2010–11 u 2011–12.[3][4]

Matul l-istaġun 2011-2012, il-81 punt akkumulat minn Borussia Dortmund kien it-tieni l-akbar ammont ta' punti li nġabru fl-istorja tal-Bundesliga (wara Bayern Munich) u s-47 punt li kisbu fit-tieni nofs tal-istaġun ukoll stabbilixxa rekord ġdid. Il-25 rebħa tal-kampjonat ta' Borussia Dortmund laħqu l-pass importanti ta' Bayern Munich fl-istaġun 1972-1973, filwaqt is-sekwenza ta' 28 logħba tal-kampjonat mingħajr telfa kienet l-aħjar li qatt ġiet irreġistrata fi ksur ta' rekord uniku fi staġun tal-ogħla livell Ġermaniż.[5] Fit-12 ta' Mejju 2012, Klopp kabbar l-istorja ta' Borussia Dortmund bl-issiġillar tal-ewwel doppjetta domestika li l-klabb kiseb, billi għelbu lil Bayern Munich 5–2 fil-finali tad-DFB-Pokal. Klopp iddeskritta d-doppjetta bħala "aħjar minn (hu) seta' immaġina".[6][7][8]

Il-forma tal-kampjonat ta' Borussia Dortmund matul l-istaġun 2012-2013 kienet agħar minn ta' qabel, bi Klopp jinsisti lit-tim tiegħu biex jiffuka fuq iċ-Champions League, wara ġirja diżappuntanti fil-kompetizzjoni qabel dik id-dikjarazzjoni. It-tim ta' Klopps kien abbozzat kontra Manchester City, Real Madrid u Ajax fejn dan il-grupp ġie imsejjaħ Group of Death. Madankollu, huma ma tilfux logħba, iżda huma għamlu xi prestazzjonijiet impressjonanti, speċjalment kontra l-ġenb ta' Jose Mourinho, Madrid. Borussia Dortmund avvanzaw fit-triq għall-finali, huwa ffaċjaw lil Real Madrid darb'oħra fil-fażi tas-semifinali tal-kompetizzjoni. Wara riżultat eċċellenti kontrihom fl-ewwel leg, b'rebħa ta' 4-1, u telfa ta' 2-0 li jfisser Dortmund kisbu l-finali għat-tieni darba. [9] Dortmund tilfu l-finali 1-2 kontra r-rivali Bayern Munich, b'gowl ta' Arjen Robben fid-89 minuta.

F'Novembru 2012, Klopp wiegħed l-futur tiegħu lill-klabb, wara rakkonti frekwenti li jkun il-kowċ ta' Chelsea.

Ħajja privata[editja]

Bħalissa Klopp huwa miżżeweġ għat-tieni darba. Huwa għandu żewġ subien, wieħed li lagħab għall-Borussia Dortmund II qabel ma rtira minħabba korrimenti.[10] Mill-2009, Klopp mar jgħix ġewwa Herdecke, fejn ħafna plejers ta' Borussia Dortmund jgħixu.

Klopp huwa kristjan Protestant li ta' spiss jistqarr il-fidi tiegħu fil-pubbliku. F'għadd ta' intervisti u pubblikazzjonijiet evanġeliċi huwa jirreferi għall-Ġesù Kristu bħala l-bażi tal-ħajja tiegħu.[11][12][13][14]

Unuri[editja]

Kowċ[editja]

Borussia Dortmund

Ewropej[editja]

Individwali[editja]

Ħoloq esterni[editja]

Referenzi[editja]