Gareth Barry

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Gareth Barry Football pictogram.svg
Gareth Barry Aston Villa-FH 067.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Gareth Barry
Twelid 23 ta' Frar 1981 (1981-02-23) (32 sena)
Hastings
Pajjiż Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra
Tul 1.83 m
Rwol Midfilder
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Manchester City
Klabbs ġovanili
1996–1997 Brighton & Hove Albion
Klabbs professjonali
Snin Klabb Preż (Gwl)*
1997–2009
2009–
Aston Villa
Manchester City
365 (41)
000 0(0)   
Tim nazzjonali
2000– Ingilterra 030 0(2)

Aġġornament: 11:37, 25 Ġunju 2009 (UTC)
* Preżenzi (Gowls)

Gareth Barry (Hastings, 23 ta' Frar 1981) hu plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab fil-Premier League ma' Manchester City u fuq livell internazzjonali mat-tim nazzjonali Ingliż.

Werrej

Karriera [editja]

Aston Villa [editja]

Barry ingħaqad ma' Aston Villa fl-1997 minn Brighton & Hove Albion, flimkien ma' Michael Standing. Madanakollu, it-trasferiment ħoloq tensjoni bejn Brighton & Hove u Aston Villa, bit-tim preċedenti ta' Barry u Stading isaqsi lill-Villains għal risarċiment ta' £2.5 miljun, imma l-Football Association (FA) istabilixxiet risarċiment ta' £2.4 miljun, flimkien ma' klawżoli oħra. Hu lagħab l-ewwel partita tiegħu għal Villa fit-2 ta' Mejju 1998 kontra Sheffield Wednesday. Għall-bidu beda jilgħab bħala difensur, fuq in-naħa xellugija tat-trident difensiv li kien jinkludi lil Gareth Southgate u Ugo Ehiogu. Minn dak iż-żmien Barry beda jkabbar kwalitajiet versatili, fejn minn difensur ċentrali, mexa għal difensur xellugija, imbagħad għal midfilder xellugi u finalment stabbilixxa ruħu bħala midfilder ċentrali.

F'Novembru tal-2007, kien ġie irrappurtat li Aston Villa kienu qed jippreparaw partita ta' testimonjanza għal Barry, fl-età ta' 26 sena, biex jirrikonoxxu l-għaxar snin li qatta' mal-klabb. Nhar il-5 ta' April 2008, Barry għen iwaqqaf serje ta' riżultati negattivi, meta skorja fir-rebħa ta' 4–0 fuq Bolton Wanderers, grazzi għad-doppjetta tiegħu u żewġ assists li wettaq tul il-partita.

Sa April 2008, Barry, li kien qed joqrob l-400 apparenza għal Aston Villa, kien l-iktar plejer li qatt serva lit-tim fl-istorja.[1] Matul il-partita mill-kampjonat kontra Bolton Wanderers tat-28 ta' Ottubru 2007, Barry sar l-iżgħar plejer li qatt deher fi 300 logħba tal-Premier League (meta dakinhar Barry kellu 26 sena u 247 ġurnata), fejn ħa post id-detentur tar-rekord, Frank Lampard.[2]

Kontroversja ma' Liverpool [editja]

F'Mejju tal-2008, Liverpool esprimew interess f'Barry u offrew somma ta' £10 miljun, liema offerta ġiet rifjutata; ġew offerti diversi somom oħra, bl-offerta ta' £13-il miljun tat-12 ta' Ġunju 2008, tiġi rrifjutata. Liverpool naqsu li jilħqu l-istima ta' Aston Villa.[3][4][5]

Fid-29 ta' Ġunju 2008, Barry, li kien għadu baqagħlu sentejn fil-kuntratt attwali tiegħu, pubblikament ikkritika lill-kowċ O'Neill f'gazzetta tal-Ħadd fejn stqarr li ma kien sar l-ebda sforz mill-organiku ta' Aston Villa biex jinżamm f'Villa Park. Hu qal: "Villa komplew jgħidu li huma xtaqu li jienu nibqa' imma jien, għal diversi ġimgħat, ma smajt xejn min-naħa tal-kowċ" u reġa' wera x-xewqa li jingħaqad ma' Liverpool għal possibilità ta' esperjenza fil-UEFA Champions League.[6] O'Neill irrisponda billi stqarr li hu u l-proprjetarju tal-klabb Randy Lerner taw lil plejer diversi għażliet u inċentivi biex jibqa' jilgħab mal-klabb. Dan l-inċident wassal lil Aston illa biex uffiċjalment jiddixiplinaw lil Barry nhar it-2 ta' Lulju 2008, talli ta intervista mhux awtorizzata. F'dak l-istess żmien, offerta oħra ta' £15-il miljun mit-tim ta' Liverpool ġiet miċħuda, li kienet għadha 'l bogħod mit-18-il miljun li kienu qed jippretendu Aston Villa. Steven Finnan iddaħħal fit-trattativa, imma Aston Villa barra Finnan riedu somma ta' £17-il miljun, skont dak irrapuratat mill-BBC.[7] Fil-31 ta' Lulju 2008, Villa ħabbru li Barry kien se jibqa' mal-klabb.

Kontinwazzjoni ma' Aston Villa [editja]

Minkejja l-ħafna spekulazzjonijiet li ġabu għagħa kbira matul is-sajf kollu fuq il-futur inċert ta' Barry, nhar l-14 ta' Awwissu, Barry beda l-partita għal Aston Villa fil-konfront validu għat-Tazza UEFA kontra FH Hafnarfjordur, fir-rebħa ta' 4–1. Id-dehra tiegħu f'kompetizzjoni Ewropea poġġiet f'dubju kbir jekk it-trasferiment tiegħu għal Liverpool setax jimmaterjalizza. Il-gowl tiegħu konta Hafnarfjordur kien l-ewwel wieħed għal Barry fl-Ewropa minn mindu skorja penalty fit-Tazza Intertoto kontra Celta Vigo lura fis-sena 2000. Fit-18 ta' Settembru 2008, Barry għamel l-400 apparenza bil-flokk ta' Villa fil-partita barra minn darhom kontra Litex Lovech fit-Tazza UEFA. Hu skorja penalty hekk kif Villa ħarġu 3–1 rebbieħa. Minħabba l-ħafna għajdut fuq il-futur ta' Barry, O'Neill iddeċieda li jneħħilu l-faxxa ta' kaptan u minflok beda jilbisha d-difensur veteran Martin Laursen għall-istaġun 2008–09. Wara li Laursen weġġa', Barry reġa' ħa l-faxxa f'Jannar tal-2009. Fil-karriera tiegħu ma' Aston Villa, Gareth Barry għamel 440 dehra fejn skorja 52 gowl.

Manchester City [editja]

Nhar it-2 ta' Ġunju 2009, Barry iffirma kuntratt ta' ħames snin ma' Manchester City għal somma ta' £12-il miljun.[8]

Internazzjonali [editja]

Wara li lagħab 27 partita mat-tim nazzjonali Ingliż ta' taħt il-21 sena, Kevin Keegan sejjaħlu għat-tim nazzjonali tal-kbar. Ġie magħżul fost l-iskwadra għall-Kampjonati Ewropej tas-sena 2000, minflok l-imweġġa' Jason Wilcox, imma ma lagħab fl-ebda partita. Idebutta f'partita ta' ħbiberija kontra l-Ukrajna, fil-31 ta' Mejju 2000. Lagħab l-ewwel 90 minuta tiegħu fil-partita kontra Franza tat-2 ta' Settembru 2000. L-ewwel gowl bil-flokk Ingliż wasal kontra t-Trinidad u Tobago, logħba ta' ħbiberija tal-1 ta' Ġunju 2008. Taħt il-gwida l-ġdida ta' Fabio Capello, Barry hu regularment imniżżel fl-iskwadra Ingliża fejn l-iktar pożizzjoni li jiġi skjerat fiha hi dik ta' midfilder quddiem id-difiża.[9]

Statistika tal-karriera [editja]

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Total
App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls
Aston Villa[1] 1997–98 2 0 0 0 0 0 0 0 2 0
1998–99 32 2 2 0 0 0 3 0 37 2
1999–2000 30 1 6 0 8 0 0 0 44 1
2000–01 30 0 3 0 1 0 4 1 38 1
2001–02 20 0 1 0 0 0 7 0 28 0
2002–03 35 3 1 0 4 1 4 0 44 4
2003–04 36 3 1 1 6 0 0 0 43 3
2004–05 34 7 1 1 1 0 0 0 36 8
2005–06 36 3 3 1 3 2 0 0 42 6
2006–07 35 8 1 0 3 1 0 0 39 9
2007–08 37 9 1 0 2 0 0 0 40 9
2008–09 37 5 1 0 1 0 8 3 47 8
Total tal-karriera 364 41 21 3 29 4 26 4 440 52

Korretti sal-21 ta' Mejju 2009.

Unuri [editja]

Klabb [editja]

Ingilterra Aston Villa

Individwali [editja]

  • Plejer tas-Sena: 2006–07

Referenzi [editja]

  1. ^ a b (Ingliż) "Gareth Barry: Player Profile".
  2. ^ (Ingliż) Bolton 1-1 Aston Villa. BBC Sport. Aċċess tal-URL: 31-05-2008.
  3. ^ (Ingliż) Villa reveal Liverpool Barry bid. BBC, 02-05-2008. Aċċess tal-URL: 02-05-2008.
  4. ^ (Ingliż) Villa plan last-ditch Barry talks. BBC, 12-05-2008. Aċċess tal-URL: 12-05-2008.
  5. ^ (Ingliż) Liverpool bid for Barry rejected. BBC, 12-06-2008. Aċċess tal-URL: 12-06-2008.
  6. ^ Gareth Barry: I want to join Liverpool, my mind is made up
  7. ^ (Ingliż) O'Neill awaits improved Barry bid. BBC, 03-07-2008. Aċċess tal-URL: 04-07-2008.
  8. ^ (Ingliż) England ace Barry in £12m City switch. Manchester City F.C., 02-06-2009. Aċċess tal-URL: 02-06-2009.
  9. ^ (Ingliż) "Defoe and Barry secure England win", 01-06-2008.

Ħoloq esterni [editja]