Gareth Barry
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 23 ta' Frar 1981 Hastings, Ingilterra | ||
Tul | 1.85 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Mixtliet | |||
1991–1997 | Brighton & Hove Albion | ||
1997–1998 | Aston Villa | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1998–2009 | Aston Villa | ||
2009–2014 | Manchester City | ||
2013–2014 | → Everton (self) | ||
2014–2017 | Everton | ||
2017–2020 | West Bromwich Albion | ||
Tim nazzjonali | |||
2000–2012 | Ingilterra |
Gareth Barry (Hastings, 23 ta' Frar 1981) huwa eks-plejer tal-futbol Ingliż li kien jilgħab bħala midfilder.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Aston Villa
[immodifika | immodifika s-sors]Barry ingħaqad ma' Aston Villa fl-1997 minn Brighton & Hove Albion, f'akkwist doppju flimkien ma' Michael Standing. Madanakollu, it-trasferiment ħoloq tensjoni bejn iż-żewġ klabbs hekk kif il-bord ta' Brighton talab għal kumpens ta' £2.5 miljun, iżda t-tribunal tal-Football Association iddeċieda li s-somma tkun ta' £2.4 miljun ġaladarba Barry u Standing jilgħabu mat-tim nazzjonali. Hu lagħab l-ewwel logħba tiegħu għal Villa fit-2 ta' Mejju 1998 kontra Sheffield Wednesday. Għall-bidu beda jilgħab bħala difensur, fuq in-naħa xellugija tat-triju difensiv li kien jinkludi lil Gareth Southgate u Ugo Ehiogu. Minn dak iż-żmien Barry beda jsawwar kwalitajiet versatili, fejn minn difensur ċentrali, qaleb għal difensur xellugi, imbagħad għal midfilder xellugi u finalment stabbilixxa ruħu bħala midfilder ċentrali.
Sa April tal-2008, Barry, li kien qed joqrob l-400 dehra għal Aston Villa, kien l-iktar plejer li qatt serva lit-tim fl-istorja.[1] Matul il-partita mill-kampjonat kontra Bolton Wanderers tat-28 ta' Ottubru 2007, Barry sar l-iżgħar plejer li qatt deher fi 300 logħba tal-Premier League (ta' 26 sena u 247 ġurnata), fejn ħa post Frank Lampard.[2]
F'Mejju tal-2008, Liverpool għamlu serje ta' offerti sabiex jixtru lil Barry, kollha kemm huma jiġu rifjutati minn Aston Villa.[3][4] Barry pubblikament ikkritika lill-kowċ Martin O'Neill, fejn akkużah li ma kien qiegħed jagħmel xejn sabiex jipperswadieh jibqa' mal-klabb, u tenn għal darb'oħra x-xewqa tiegħu li jingħaqad ma' Liverpool.[5] O'Neill ċaħad din l-istqarrija u Barry ġie uffiċjalment dixxiplinat mill-klabb talli xorta waħda ta intervista minkejja li ma kienx awtorizzat. Offerta oħra ta' £15-il miljun ġiet ukoll rifjutata hekk kif kienet mistħoqqa minn Villa bħala 'l bogħod mit-£18-il miljun li jixtiequ.
Barry baqa' plejer ta' Aston Villa u beda l-partita valida għat-Tazza UEFA kontra FH Hafnarfjordur, fejn skorja fir-rebħa ta' 4–1. Nhar it-18 ta' Settembru 2008, Barry għamel l-400 preżenza bil-flokk ta' Villa fil-partita barra minn darhom kontra Litex Lovech fit-Tazza UEFA. Hu skorja penalty hekk kif Villa ħarġu rebbieħa 3–1. Wara li weġġa' d-difensur veteran Martin Laursen, Barry reġa' ingħata l-faxxa ta' kaptan f'Jannar tal-2009. Fil-karriera tiegħu ma' Aston Villa, Gareth Barry għamel 441 dehra fejn skorja 52 gowl.
Manchester City
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar it-2 ta' Ġunju 2009, Barry iffirma kuntratt ta' ħames snin ma' Manchester City għal somma ta' £12-il miljun.[6] Hu ddebutta għal City fl-ewwel logħba tal-istaġun kontra Blackburn Rovers f'Ewood Park, fejn lagħab id-90 minuta fir-rebħa ta' 2–0. Barry skorja l-ewwel gowl tiegħu għal City fil-logħba mill-Premier league kontra Manchester United fl-20 ta' Settembru 2009 fejn ġab l-iskor indaqs għal 1–1, minkejja li City tilfu l-logħba 4–3.
Fl-istaġun 2010–11 hu għen lil City jirbħu l-FA Cup, l-ewwel unur tal-klabb wara 35 sena, filwaqt li l-istaġun ta' wara lagħab 34 logħba tal-kampjonat hekk kif Manchester City rebħu l-kampjonat, l-ewwel wieħed f'44 sena.
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Wara li lagħab 27 partita mat-tim nazzjonali Ingliż ta' taħt il-21 sena, Kevin Keegan sejjaħlu għat-tim nazzjonali tal-kbar. Hu ddebutta f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Ukrajna, fil-31 ta' Mejju 2000. L-ewwel logħba mal-ewwel ħdax kienet kontra Franza tat-2 ta' Settembru 2000. L-ewwel gowl bil-flokk Ingliż wasal kontra t-Trinidad u Tobago, logħba ta' ħbiberija tal-1 ta' Ġunju 2008. Taħt il-gwida l-ġdida ta' Fabio Capello, Barry sar figura regolari tat-tim Ingliż fejn kien jiġi skjerat fil-pożizzjoni ta' midfilder quddiem id-difiża.[7] Nhar it-12 ta' Novembru 2011, Barry lagħab il-50 logħba tiegħu għall-Ingilterra fir-rebħa ta' 1–0 fuq Spanja wara li daħal bħala sostitut.
Statistika
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]- Aġġornati sad-19 ta' Mejju 2013[8]
Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | League Cup | Ewropa | Total | |||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
Aston Villa | 1997–98 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 |
1998–99 | 32 | 2 | 2 | 0 | 0 | 0 | 3 | 0 | 37 | 2 | |
1999–2000 | 30 | 1 | 6 | 0 | 8 | 0 | 0 | 0 | 44 | 1 | |
2000–01 | 30 | 0 | 3 | 0 | 1 | 0 | 4 | 1 | 38 | 1 | |
2001–02 | 20 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 7 | 0 | 28 | 0 | |
2002–03 | 35 | 3 | 1 | 0 | 4 | 1 | 4 | 0 | 44 | 4 | |
2003–04 | 36 | 3 | 1 | 1 | 6 | 0 | 0 | 0 | 43 | 3 | |
2004–05 | 34 | 7 | 1 | 1 | 1 | 0 | 0 | 0 | 36 | 8 | |
2005–06 | 36 | 3 | 3 | 1 | 3 | 2 | 0 | 0 | 42 | 6 | |
2006–07 | 35 | 8 | 1 | 0 | 3 | 1 | 0 | 0 | 39 | 9 | |
2007–08 | 37 | 9 | 1 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 40 | 9 | |
2008–09 | 38 | 5 | 1 | 0 | 1 | 0 | 8 | 3 | 48 | 8 | |
Total | 365 | 41 | 21 | 3 | 29 | 4 | 26 | 4 | 441 | 52 | |
Manchester City | 2009–10 | 34 | 2 | 3 | 0 | 6 | 1 | – | 43 | 3 | |
2010–11 | 33 | 2 | 7 | 0 | 0 | 0 | 7 | 0 | 47 | 2 | |
2011–12 | 34 | 1 | 0 | 0 | 2 | 0 | 7 | 0 | 44 | 1 | |
2012–13 | 31 | 1 | 5 | 1 | 1 | 0 | 4 | 0 | 41 | 2 | |
Total | 132 | 6 | 15 | 1 | 9 | 1 | 19 | 0 | 175 | 8 | |
Total tal-karriera | 497 | 47 | 36 | 4 | 40 | 5 | 45 | 4 | 616 | 60 |
Gowls internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Gowl | Data | Grawnd | Avversarju | Skor | Riżultat | Kompetizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
1. | 1 ta' Ġunju 2008 | Port of Spain, Trinidad | Trinidad u Tobago | 0–1 | 0–3 | Logħba ta' ħbiberija |
2. | 6 ta' Ġunju 2009 | Almaty, Każakistan | Każakistan | 0–1 | 0–4 | Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010 |
3. | 15 ta' Novembru 2011 | Wembley Stadium, Londra | Żvezja | 1–0 | 1–0 | Logħba ta' ħbiberija |
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]- Aston Villa
- Tazza Intertoto: 2001
- Manchester City
- Premier League: 2011–12
- FA Cup: 2010–11
Individwali
[immodifika | immodifika s-sors]- Plejer tal-Istaġun ta' Aston Villa: 2006–07
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Gareth Barry: Player Profile" (bl-Ingliż). Aston Villa F.C. Miġbur 2008-10-24.
- ^ Lillywhite, Jamie (2007-10-28). "Bolton 1-1 Aston Villa" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-03-31.
- ^ "Villa reveal Liverpool Barry bid" (bl-Ingliż). BBC. 2008-05-02. Miġbur 2008-05-02.
- ^ "Barry returns to Villa training" (bl-Ingliż). BBC. 2008-06-12. Miġbur 2008-06-12.
- ^ "Gareth Barry: I want to join Liverpool, my mind is made up" (bl-Ingliż). The Telegraph. 2008-06-29.
- ^ "England ace Barry in £12m City switch" (bl-Ingliż). Manchester City FC. 2009-06-02. Miġbur 2009-06-02.
- ^ McKenzie, Andrew (2008-06-01). "Trinidad & Tobago 0-3 England" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-06-01.
- ^ "Squad Profiles - Gareth Barry" (bl-Ingliż). BBC. Miġbur 2013-05-30.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Gareth Barry (Gareth Barry) |
- Gareth Barry fuq Soccerbase
- Gareth Barry fuq National-Football-Teams.com