Fenek tal-art mistgħadra

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Fenek tal-art mistgħadra
Southern swamp rabbit baby.jpg
Ferħ ta' Fenek tal-art mistgħadra, Sylvilagus aquaticus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Sylvilagus
Speċi: S. aquaticus
Isem binominali
Sylvilagus aquaticus
(Bachman, 1837)

Il-Fenek tal-art mistgħadra jew Denb qotni tal-art mistgħadra, li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus aquaticus huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nattiv tal-Amerika ta' fuq.

Deskrizzjoni[editja]

Fid-dehra tiegħu Sylvilagus aquaticus huwa simili ħafna tad-dnieb qotnin l-oħrajn, għalkemm fid-daqs huwa jibqa wieħed mill-akbar fost l-ispeċijiet tal-ġeneru Sylvilagus. Dan il-fenek ġeneralment ikun ta' lewn kannella, bin-naħa ta' taħt id-denb mbaċċaċ fil-bajdani. Il-fniek adulti ta' din l-ispeċi, kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa, normalment ikunu jiżnu bejn 1.5 u 2.7 kilogrammi.

Il-Fenek tal-art mistgħadra, huwa għawwiem kapaċi ħafna u kemm-il darba jaqsam nixxiegħat, xmajjar u għadajjar bl-għawm. Meta jinqala' l-bżonn, dan id-denb qotni semi-akkwatiku, kapaċi jistaħba mill-għedewwa naturali tiegħu billi joqgħod bil-qegħda mingħajr ma jiċċaqlaq fl-ilma baxx, b'imnieħru biss barra mill-ilma biex jieħu n-nifs. Iżda dan mhuwiex l-uniku mod biex jevita l-għadu tiegħu. Dan il-fenek kapaċi jiġri b' veloċità ta' aktar minn 45 mil fis-siegħa li normalment tkun bl-għamla ta' żigżag.

Dieta[editja]

Il-Fenek tal-art mistgħadra għandu dieta bbażata fuq qasab, hxejjex u xtieli li huma nattivi tal-ambjent tal-artijiet mistgħadra li jgħix fiħ hu.

Distribuzzjoni[editja]

Il-Fenek tal-art mistgħadra huwa speċi ta' denb qotni b' distribuzzjoni fl-Amerika ta' fuq, b' firxa mal-artijiet mistgħadra fin-Nofsinhar tal-iStati Uniti.

Klassifikazzjoni[editja]

Dan il-fenek huwa 1 minn 6 speċijiet ta' dnieb qotnin, li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Tapeti. Din l-ispeċi ma' għandha 'l ebda sottospeċi rikonoxxuta.

Referenzi[editja]

Ħoloq/Linkijiet Esterni[editja]