Chris Eagles

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Chris Eagles Football pictogram.svg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Christopher Mark Eagles
Twelid 19 ta' Novembru 1985 (1985-11-19) (26 sena)
Hemel Hempstead
Pajjiż Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra
Tul 1.83 m
Rwol Midfilder
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Burnley
Numru 33
Klabbs ġovanili
1998–2000
2000–2003
Watford
Manchester United
Klabbs professjonali
Snin Klabb Preż (Gwl)*
2003–2008
2005
2005
2006
2006
2008–
Manchester United
Watford (self)
Sheffield Wednesday (self)
Watford (self)
NEC Nijmegen (self)
Burnley
06 (1)
13 (1)
25 (3)
17 (3)
15 (1)
43 (7)   

Aġġornament: 05:39, 10 Mejju 2009 (UTC)
* Preżenzi (Gowls)

Christopher Mark Eagles (Hemel Hempstead, 19 ta' Novembru 1985) hu plejer tal-futbol Ingliż li twieled f'Hemel Hempstead, Hertfordshire. Il-pożizzjoni favorita tiegħu hi dik ta' attakkant-midfilder. Hu jilgħab ma' Burnley, wara li iffirma minn mat-tim ta' Manchester United f'Lulju 2008. Hu kien ilu ma' United minn meta kien tfajjel, imma qatt ma rnexxielu jagħmilha mal-ewwel tim u qatta' ż-żmien ma' Manchester United, taħt self ma' klabbs oħra.

Werrej

[editja] Karriera

[editja] Bidu tal-karriera

Oriġinarjament, Eagles kien parti mis-sistema ġovanili ta' Watford, fejn fl-età tenera ta' erbatax-il sena hu ngħaqad mal-akkademja ta' Manchester United.

[editja] Manchester United

Eagles iddebutta mal-ewwel tim fit-28 ta' Ottubru 2003 bħala sostitut fit-tieni taqsima għal Kieran Richardson fil-ħin supplementari kontra Leeds United fil-kompetizzjoni tal-League Cup.[1]

Eagles ġie msellef lil Watford fil-21 ta' Jannar 2005, fejn irnexxielu jagħmel tlettax-il apparenza u skorja gowl wieħed. Hu kien ukoll misluf lil Sheffield Wednesday għall-ewwel nofs tal-istaġun 2005–06 fejn skorja l-ewwel gowl għal Sheffield Wednesday fid-derby kontra Leeds United.[2] Hu temm il-perjodu ta' self b'total ta' tliet gowls.

Fis-6 ta' Jannar 2006, Eagles kien misluf għal darb'oħra lil Watford, fejn iddebutta kontra Bolton Wanderers fl-FA Cup, fejn il-"Hornets" tilfu 3–0. Fl-ewwel apparenza fil-kampjonat għal Watford kontra Stoke City, hu skorja l-unika gowl għal Watford f'dik il-logħba. Il-gowl rebbieħ fir-rebħa ta' 1–0 kontra Brighton & Hove Albion fit-18 ta' Frar li kien minn madwar 45 metru (kważi mil-linja tan-nofs) — li jixbah ħafna l-gowl ta' David Beckham għal Manchester United kontra Wimbledon madwar għaxar snin qabel — tah l-unur tal-aktar gowl prestiġjuż tal-klabb f'dak l-istaġun.

Minkejja li kien hemm nuqqas ta' midfilders fil-klabb, fil-31 ta' Awissu 2006, Eagles qabel li jagħmel erba' xhur taħt self mat-tim Olandiż ta' NEC Nijmegen, biex jikseb aktar esperjenza.

Fil-21 ta' Diċembru 2006, Eagles iddeċieda li jirritorna lura lejn Manchester United wara li kien qed ibati biex ikun plejer regulari mat-tim ta' NEC Nijmegen.[3] Hu għamel biss 11-il apparenza għal NEC, bil-maġġoranza jkunu bħala sostitut. Fit-13 ta' Marzu 2007, Eagles daħal fit-tieni taqsima għal United f'logħba ta' esebizzjoni f'Old Trafford kontra Europe XI ta' Marcello Lippi.

Fit-28 ta' April 2007, Eagles skorja l-ewwel gowl mal-ewwel tim (fit-93 minuta) għal United fir-rebħa ta' 4-2 kontra Everton wara li daħal bħala sostitut fil-logħba tal-Premier League. Din ir-rebħa tat vantaġġ ta' ħames punti f'ras il-klassifika. Fl-20 ta' Lulju 2007, matul sett ta' logħob ta' ħbiberija li saru fl-Asja bħala preparamenti għall-istaġun li jmiss, hu skorja għal United kontra FC Seoul. Erbat ijiem wara, hu skorja wkoll gowl spettakulari minn madwar 30 metru kontra Shenzhen FC, fejn b'hekk skorja 3 gowls f'5 logħbiet. Fil-partiti li ntlagħbu ta' qabel l-istaġun, Eagles skorja gowl ieħor fejn dan kien il-gowl li kiseb il-pari ta' 1-1 kontra Kaiser Chiefs. Hu beda wkoll mal-ewwel ħdax fil-partita tal-pre-staġun kontra Portsmouth fin-Niġerja, fejn skorja l-gowl tal-ftuħ għal United.

[editja] Burnley

Fid-29 ta' Lulju 2008, Eagles iffirma kuntratt ta' tliet snin ma' Burnley.[4] Id-debutt tiegħu wasal kontra Sheffield Wednesday fid-9 ta' Awwissu 2008. Ma' Burnley irnexxielu jirbaħ lura l-promozzjoni lejn il-Premier League.

[editja] Referenzi

  1. ^ (Ingliż) Leeds 2-3 Man Utd. BBC Sport, 28-10-2003. Aċċess tal-URL: 20-04-2008.
  2. ^ (Ingliż) Sheff Wed 1-0 Leeds. BBC Sport, 13-09-2005. Aċċess tal-URL: 20-04-2008.
  3. ^ (Ingliż) Man Utd gain work permit for Dong. BBC Sport, 06-12-2006. Aċċess tal-URL: 20-04-2008.
  4. ^ (Ingliż) "Burnley sign Eagles from Man Utd", 29-07-2008.

[editja] Ħoloq esterni

Għodda personali
Spazji tal-isem

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda
F'lingwi oħrajn