Cape Town Stadium

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Cape Town Stadium
Lokalità Cape Town, Afrika t'Isfel
Koordinati 33°54′12.46″S 18°24′40.15″E / 33.9034611°S 18.4111528°E / -33.9034611; 18.4111528
Inawgurazzjoni 14 ta' Diċembru 2009
Proprjetarju City of Cape Town
Operatur SAIL/Stade de France
Wiċċ Ħaxix
Spiża tal-kostruzzjoni Rand 4.4 biljun ($600/£415 miljun)
Arkitett GMP Architects, Louis Karol Architects, Point Architects
Kapaċità 69,070
Dimensjonijiet 290m x 265 m x 48m
Lokatorji
Ajax Cape Town FC

Cape Town Stadium[1] f'Cape Town, l-Afrika t'Isfel, huwa grawnd ġdid mibni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010. Matul il-fażi tal-ippjanar kien famuż bħala Green Point Stadium, li kien l-istess isem ta' grawnd ieħor f'dan is-sit.

Dan il-grawnd jinsab fi Green Point, bejn Signal Hill u l-Oċean Atlantiku, qrib iċ-ċentru tal-belt ta' Cape Town u l-Victoria & Alfred Waterfront, post famuż mat-turisti u tal-kummerċ. Dan il-grawnd iżomm mad-69,070 ruħ u hu mdawwar minn 60 ettaru ta' park urban. Cape Town Stadium ġie inawgurat nhar l-14 ta' Diċembru 2009.

Il-grawnd preċedenti[editja]

Il-grawnd preċedenti ġie mwaqqa fl-2007 u kien użat prinċipalment għal-logħbiet tal-futbol taż-żewġ klabbs tal-belt, Santos Football Club u Ajax Cape Town. Barra minn hekk, dan l-istadju ħa ħsieb biex fih jospita kunċerti ta' Michael Jackson, tal-U2, Metallica, Paul Simon, u l-kunċert tal-2003 46664 favur il-vittmi tal-AIDS.

Tazza tad-Dinja 2010[editja]

Fih se jintlagħbu ħames logħbiet mill-ewwel rawnd, waħda mit-tieni rawnd, logħba mill-kwarti tal-finali u semifinali tat-Tazza tad-Dinja 2010.

Data Ħin (UTC+2) Tim 1 Riżultat Tim 2 Rawnd Attendenza
11 ta' Ġunju 2010 20.30 Flag of Uruguay.svg Urugwaj 0–0 Flag of France.svg Franza Grupp A 64,100
14 ta' Ġunju 2010 20.30 Flag of Italy.svg Italja 1–1 Flag of Paraguay.svg Paragwaj Grupp F 62,869
18 ta' Ġunju 2010 20.30 Flag of England.svg Ingilterra 0–0 Flag of Algeria.svg Alġerija Grupp Ċ 64,100
21 ta' Ġunju 2010 13.30 Flag of Portugal.svg Portugall 7–0 Flag of North Korea.svg Korea ta' Fuq Grupp Ġ 63,644
24 ta' Ġunju 2010 20.30 Flag of Cameroon.svg Kamerun 1–2 Flag of the Netherlands.svg Olanda Grupp E 63,093
29 ta' Ġunju 2010 20.30 Flag of Spain.svg Spanja 1–0 Flag of Portugal.svg Portugall L-Aħħar Sittax 62,955
3 ta' Lulju 2010 16.00 Flag of Argentina.svg Arġentina 0–4 Flag of Germany.svg Ġermanja Kwarti tal-Finali 64,100
6 ta' Lulju 2010 20.30 Flag of Uruguay.svg Urugwaj 2–3 Flag of the Netherlands.svg Olanda Semifinali 62,479

Gallerija[editja]

Referenzi[editja]

Ħoloq esterni[editja]

Koordinati: 33°54′12.46″S 18°24′40.15″E / 33.9034611°S 18.4111528°E / -33.9034611; 18.4111528