Cape Town Stadium
Cape Town Stadium | |
---|---|
Lokalità | Cape Town, Afrika t'Isfel |
Koordinati | 33°54′12.46″S 18°24′40.15″E / 33.9034611°S 18.4111528°E |
Inawgurazzjoni | 14 ta' Diċembru 2009 |
Proprjetarju | City of Cape Town |
Operatur | SAIL/Stade de France |
Wiċċ | Ħaxix |
Spiża tal-kostruzzjoni | Rand 4.4 biljun ($600/£415 miljun) |
Arkitett | GMP Architects, Louis Karol Architects, Point Architects |
Kapaċità | 69,070 |
Dimensjonijiet | 290m x 265 m x 48m |
Lokatorji | |
Ajax Cape Town FC |
Cape Town Stadium[1] f'Cape Town, l-Afrika t'Isfel, huwa grawnd ġdid mibni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010. Matul il-fażi tal-ippjanar kien famuż bħala Green Point Stadium, li kien l-istess isem ta' grawnd ieħor f'dan is-sit.
Dan il-grawnd jinsab fi Green Point, bejn Signal Hill u l-Oċean Atlantiku, qrib iċ-ċentru tal-belt ta' Cape Town u l-Victoria & Alfred Waterfront, post famuż mat-turisti u tal-kummerċ. Dan il-grawnd iżomm mad-69,070 ruħ u hu mdawwar minn 60 ettaru ta' park urban. Cape Town Stadium ġie inawgurat nhar l-14 ta' Diċembru 2009.
Il-grawnd preċedenti
[immodifika | immodifika s-sors]Il-grawnd preċedenti ġie mwaqqa fl-2007 u kien użat prinċipalment għal-logħbiet tal-futbol taż-żewġ klabbs tal-belt, Santos Football Club u Ajax Cape Town. Barra minn hekk, dan l-istadju ħa ħsieb biex fih jospita kunċerti ta' Michael Jackson, tal-U2, Metallica, Paul Simon, u l-kunċert tal-2003 46664 favur il-vittmi tal-AIDS.
Tazza tad-Dinja 2010
[immodifika | immodifika s-sors]Fih se jintlagħbu ħames logħbiet mill-ewwel rawnd, waħda mit-tieni rawnd, logħba mill-kwarti tal-finali u semifinali tat-Tazza tad-Dinja 2010.
Data | Ħin (UTC+2) | Tim 1 | Riżultat | Tim 2 | Rawnd | Attendenza |
---|---|---|---|---|---|---|
11 ta' Ġunju 2010 | 20.30 | Urugwaj | 0–0 | Franza | Grupp A | 64,100 |
14 ta' Ġunju 2010 | 20.30 | Italja | 1–1 | Paragwaj | Grupp F | 62,869 |
18 ta' Ġunju 2010 | 20.30 | Ingilterra | 0–0 | Alġerija | Grupp Ċ | 64,100 |
21 ta' Ġunju 2010 | 13.30 | Portugall | 7–0 | Korea ta' Fuq | Grupp Ġ | 63,644 |
24 ta' Ġunju 2010 | 20.30 | Kamerun | 1–2 | Netherlands | Grupp E | 63,093 |
29 ta' Ġunju 2010 | 20.30 | Spanja | 1–0 | Portugall | L-Aħħar Sittax | 62,955 |
3 ta' Lulju 2010 | 16.00 | Arġentina | 0–4 | Ġermanja | Kwarti tal-Finali | 64,100 |
6 ta' Lulju 2010 | 20.30 | Urugwaj | 2–3 | Netherlands | Semifinali | 62,479 |
Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]-
Dehra mill-ajru tal-Green Point Stadium l-antik, li twaqqa' fl-2007
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Pollack, Martin (2009-10-30). "The city's 2010 FIFA World Cup stadium has a new name: Cape Town Stadium" (bl-Ingliż). City of Cape Town. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2013-09-09.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Cape Town Stadium |
- Cape Town Stadium fis-sit ta' City of Cape Town
- Cape Town Stadium fis-sit ta' Cape Town Tourism
- Dehra 360°
Koordinati: 33°54′12.46″S 18°24′40.15″E / 33.9034611°S 18.4111528°E