Astronomija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Nubi tal-gass madwar stilla varjabbli

Astronomija (Grieg: αστρονομία = άστρον + νόμος, astronomia = astron + nomos, letteralment, ("liġi tal-istilel") hija x-xjenza ta' l-osservazzjoni u l-ispjegazzjoni ta' x'jiġri lil hinn mill-Art (Dinja) u barra l-atmosfera. Din ix-xjenza tistudja l-oriġini, l-evoluzzjoni, fiżika u kimika ta' l-oġġetti li jistgħu jiġu osservati fis-sema (u li huma barra mill-atmosfera). Fi ftit kliem, l-Astronomija hija l-investigazzjoni ta' dak kollu li jiġri 'l barra mid-Dinja. Hija waħda mill-eqdem xjenzi għax nibtet malli n-nies bdew jiktbu dwar dak li jaraw fis-sema u wkoll hija waħda mill-ftit xjenzi fejn id-dilettanti għadhom jistgħu jieħdu sehem, speċjalment fl-iskoperti u l-monitoraġġ ta’ fenomeni transitorji. L-Astronomija m’għandhiex tiġi mħallta ma' l-Astroloġija, li tassumi li d-destin tal-bnedmin huwa marbut mal-pożizzjoni apparenti ta' l-oġġetti fis-sema. Għalkemm iż-żewġ oqsma jgawdu oriġini komuni, huma totalment differenti għax waqt li f'l-astronomija jintuża metodi xjentifiċi, l-astroloġija m'għandhiex bażi xjentifika.

Storja[editja]

Fil-bidu ta' l-istorja tagħha, l-astronomija ħadet biss ħsieb l-osservazzjoni u l-previżjoni tal-mixi tal-oġġetti ċelesti (tas-sema) li setgħu jiġu osservati mingħajr l-użu ta' apparat partikolari ħlief l-għajn għera. L-ewwel astronomi kienu qassisin ta' ċertu kult reliġjuż, li kienu kapaċi jaqdu lis-socjetà bil-ħolqien ta' l-ewwel kalendarji, indispensabbli għall-organizzazzjoni tal-ħajja soċjali u agrikola.

Universum - C. Flammarion, Holzschnitt, Paris 1888, Kolorit : Heikenwaelder Hugo, Wien 1998
Gallileo Gallilei

Il-Griegi kienu l-iktar nies li taw kontribut lill-astronomija, speċjalment Ipparku u Ewdossju; li laħqu l-milja tagħhom bix-xogħol ta' Klawdju Tolemew (Klaudios Ptolemaios ċa. 85-ċa. 165). Fiż-Żminijiet tan-Nofs, id-dinja tal-Punent rat staġnar fl-iżvilupp ta' dix-xjenza, imma li xi astronomi Għarab komplew bl-istudju tal-korpi ċelesti.

Matul ir-Rinaxximent, Nikola Koperniku ħadem ħafna biex jippromwovi l-idea tiegħu ta' "sistema eljoċentrika" (għalkemm ta' min jgħid li ma kienx l-ewwel wieħed li ħareġ bl-ipoteżi ta' sistema bix-Xemx fin-nofs, imma żgur l-ewwel wieħed li argumenta b'mod xjentifiku it-teorija tiegħu). Ħidmietu serviet ta' bażi soda għax-xogħol ta' Galileo Galilei u Kepler. Dan ta' l-aħħar kien l-ewwel astronomu li kiteb liġijiet li jispjegaw korretament id-dettalji kollha taċ-ċaqliq tal-pjaneti madwar ix-Xemx. Iżda hu ma tax raġunijiet fiżiċi għas-sejbiet tieghu; dan kellu jkun ix-xogħol ta' Isaac Newton li elabora l-prinċipji tal-mekkaniżmu ċelesti u l-liġi tal-gravità universali.

Suddiviżjonijiet[editja]

L-astronomija hija maqsuma f'ħafna sezzjonijiet, dan minħabba l-għadd kbir ta' kategoriji li jaqgħu taħtha.

Metodi użati biex tinġabar l-informazjoni[editja]

Fl-astronomija, il metodu ewlieni biex tinkiseb informazjoni tirrikjedi ir-rilevazjoni u l-analiżi ta' Radjazzjoni elettromanjetika. Tradizzjonalment l-astronomija tinqasam f'd-diviżjonijiet li jikkorrespondu mar-reġjuni differenti ta' l- ispettru elettromanjetiku osservati:

  • Astronomija ottika - tirriferi għat-tekiċi użati għal rilevar u analiżar ta' dawl li jista'jkun perċepit mill-għajn tal-bniedem (minn 400 - 800 nm ċirka). L-istrument l-iktar użat f'din id-diviżjoni huwa t-teleskopju.
  • Astronomija ta' l-infra-aħmar - tibbaża fuq r-rilevament tar-radjazzjoni infra-ħamra. L-istrument l-iktar użat f'din id-diviżjoni huwa t-teleskopju ottimiżat għal dawn l-iskopijiet. It-teleskopji mqegħda fl-orbita huma użati biex jiġi evitat il-"ħoss" tal- interferenzi elettromanjetiċi ikkawżati mill-atmosfera.
  • Radjuastronomija - tuża strumenti kompletament differenti biex taqbgħad ir-radjazzjonijiet b'tul ta' mewġa bejn xi millimetru u ċentimetru. Ir-riċevituri jixbħu ħafna l-istrumenti wżati għat-trasmissjoni ta' sinjali televiżivi u radjufoniċi.

Għall-oġġetti ta' studju[editja]

Galassja żbarrata NGC1300 fotografata mit- teleskopju Hubble

L-astronomi jistudjaw oġġetti bħal pjaneti, kwiekeb, novi, galassji, nebulosi, eċċ. imma l-ebda astronomu ma josserva kull tip ta' oġġett. Suddivisione differenti tista' tkun magħmula għal regjuni tal-ispazju u tematiċi relatati:

Kunċetti bażiċi[editja]

l-Imħalla tat-Tawr

Links esterni[editja]

  • Astronomy News - Daily Astronomy tipprovdi aħbarjiet kurrenti u informazzjoni relatata ma' kull taqsima ta' l-astronomija.

Organizzazzjonijiet[editja]

Referenzi: formulu u kostanti[editja]

Oħrajn[editja]