Eklissi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
L-eklissi solari tal-1999. Ir-raġġiera tad-dawl madwar id-diska tax-xemx eklissatahi l-korona solari.

Eklissi (verb Grieg: ekleipô, "tgħib", għalkemm derivat mill-prefiss 'ex-', " 'il bogħod minn", u l-Grieg 'leipein', "titlaq") huwa avveniment astronomiku li jseħħ meta korp ċelesti jiġi fid-dell ta' korp ieħor. Eklissi tintuża ta' spiss biex tiddeskrivi l-eklissi solari (eklissi tax-xemx), jiġifieri, meta d-dell tal-Qamar jiġi fuq wiċċ id-Dinja, jew inkella eklissi lunari (eklissi tal-qamar), meta l-Qamar jidħol fid-dell tad-Dinja. Biss, eklissi tista' tirreferi għal avvenimenti oltrè din is-sistema tad-Dinja u l-Qamar: pereżempju, pjaneta li jimxi fid-dell mitfugħ minn wieħed mill-qmura tiegħu, qamar li jgħaddi mid-dell mitfugħ mill-pjaneta tiegħu, jew qamar li jgħaddi mid-dell mitfugħ minn qamar ieħor. Eklissi hija tip ta' siżiġija. Eklissijiet huma impossibli fuq il-pjaneti Merkurju u Venere, għax dawn m'għandhomx qmura.

Ara wkoll[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]