Il-Paġna prinċipali
Appearance
|
Almanakk
X'ġara bħal-lum fl-istorja
27 ta' Ġunju:
- 1950 – L-Istati Uniti ddeċidew li jibagħtu t-truppi biex jiġġieldu fil-Gwerra tal-Korea.
- 1954 – L-ewwel ċentrali elettrika nukleari tad-dinja beda taħdem f'Obninsk, qrib Moska.
- 1991 – Jumejn wara li kienet iddikjarata l-indipendenza, is-Slovenja ġiet invaduta mit-truppi, tankijiet u ajruplani Jugoslavi.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1846 – Charles Stewart Parnell, patrijott Irlandiż (m. 1891)
- 1850 – Jørgen Pedersen Gram, matematiku Daniż (m. 1919)
- 1869 – Hans Spemann, embrijologu Ġermaniż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Mediċina (m. 1941)
Mietu f'dan il-jum...
- 1574 – Giorgio Vasari, pittur, arkitett u kittieb Taljan (t. 1511)
- 1831 – Sophie Germain (stampa), matematika Franċiża (t. 1776)
- 2001 – Jack Lemmon, attur Amerikan (t. 1925)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Ċirillu ta' Lixandra, ta' San Ladiżlaw tal-Ungerija u ta' Sant'Arjaldu ta' Milan.
Avvenimenti
DegreePlus
Aġġornar tal-Wikipedija bil-Malti huwa study unit tad-DegreePlus offrut online mill-Università ta' Malta għal dawk li jridu l-Wikipedija tagħna tikber. Ser jingħataw lezzjonijiet fuq kif taġġorna l-Wikipedija, kif taġġorna l-Wikidata, u kif ittella stampi fuq il-Wikimedia Commons, kif ukoll xogħolijiet prattiċi li jgħinu t-tkabbir u t-titjib tal-Wikipedija bil-Malti, bl-appoġġ ta' Wikimedia Community Malta.
X'inhi l-Wikipedija?
Il-Wikipedija huwa proġett enċiklopediku kollaborattiv, universali, multilingwi u jaħdem abbażi tal-prinċipju wiki. L-għan ewlieni tal-Wikipedija huwa li tipprovdi kontenut ħieles, newtrali u verifikabbli, li kulħadd jista' jimmodifika u jtejjeb.
Il-proġett huwa definit skont il-ħames prinċipji fundamentali. Il-kontenut tiegħu huwa ppubblikat taħt il-liċenzja Creative Commons by-sa u jista' jiġi kkupjat u użat mill-ġdid taħt din l-istess liċenzja – anke għal skopijiet kummerċjali – bil-patt u l-kundizzjoni li dawn jirrispettaw il-kundizzjonijiet.
Parteċipazzjoni
- Trid tipparteċipa? Aqra r-regoli fundamentali u l-linji gwida, u rrispetta l-wikiketta; li tirreġistra huwa rakkomandat imma mhuwiex obbligatorju.
- Tixtieq tipprova? Żur il-paġna tal-provi u aqra kif tibda artiklu.
- Tixtieq tagħti donazzjoni? Il-Wikipedija hija kompletament b'xejn u mingħajr reklami bis-saħħa tad-donazzjonijiet tal-utenti. Għinna ntejbuha u nżommuha ħielsa b'donazzjoni.
- Agħti l-kontribuzzjoni tiegħek fid-diskussjonijiet biex intejbu l-Wikipedija u semma' leħnek fis-sondaġġi li jsiru.
- Iltaqa' mal-Wikipedjani waqt xi avveniment tal-Wikimedia Community Malta jew inkella fil-Pjazza, il-post fejn tista' ssaqsi u tikkummenta dwar l-mt.wiki.
Il-Wikipedija hi mmexxija mill-Fondazzjoni Wikimedia, fondazzjoni mingħajr fini ta' lukru, li tospita proġetti oħra b'kontenut ħieles u multilingwi.
CommonsRepożitorju ta' fajls multimedjali
WikizzjunarjuDizzjunarju u teżawru
WikitbietManwali u kotba ħielsa
WikibarijietFonti tal-aħbarijiet
WikikwotaĠabra ta' kwotazzjonijiet
WikisorsDokumenti ħielsa
WikispeċiDirettorju ta' speċi
WikiversitàMaterjal u attivitajiet għal tagħlim ħieles
WikidataRepożitorju ta' għarfien ħieles
Meta-WikiKoordinazzjoni tal-proġetti Wikimedia
WikivjaġġGwida għall-ivvjaġġar dinji
InkubaturGħal proġetti li għadhom fi stat ta' żvilupp
|