Jørgen Pedersen Gram
| Jørgen Pedersen Gram | |
|---|---|
|
| |
| Ħajja | |
| Twelid |
Nustrup (en) |
| Nazzjonalità | Danimarka |
| Mewt | Copenhagen, 29 April 1916 |
| Post tad-dfin | Ċimiterju ta’ Vestre |
| Kawża tal-mewt | (inċident tat-traffiku) |
| Familja | |
| Ulied |
uri
|
| Familja |
uri
|
| Edukazzjoni | |
| Alma mater |
Università ta’ Copenhagen Ribe Katedralskole (en) |
| Livell tal-edukazzjoni |
Doctor of Philosophy (en) |
| Lingwi | Daniż |
| Okkupazzjoni | |
| Okkupazzjoni | matematiku |
| Impjegaturi |
Hafnia Forsikring (mul) |
| Xogħlijiet importanti |
matriċi ta’ Gram proċess ta’ Gram-Schmidt |
| Premjijiet |
List
|
| Sħubija | Akkademja Rjali Daniża tax-Xjenzi |
Jørgen Pedersen Gram (twieled fis-27 ta’ Ġunju 1850 – miet fid-29 ta’ April 1916) kien attwarju u matematiku Daniż li twieled f’Nustrup, id-Dukat ta’ Schleswig, id-Danimarka u miet f’Copenhagen, il-belt kapitali tad-Danimarka.
Huwa ħejja dokumenti importanti bħal On series expansions determined by the methods of least squares, u Investigations of the number of primes less than a given number. Il-metodu matematiku b’kunjomu, il-proċess Gram-Schmidt, ġie ppubblikat għall-ewwel darba fl-ewwel dokument imsemmi hawn fuq fl-1883.[1] It-teorema ta’ Gram u l-imsaffin ta’ Gram huma msemmijin għalih ukoll.
Għan-numroteoristi, il-fama prinċipali tiegħu ġejja mis-serjespansjoni għall-funzjoni żeta ta’ Riemann (il-funzjoni ewlenija ipotiżżata fil-użu tal-għadd tan-numri primi eżatti). Minflok tuża serje ta’ integralli logaritmiċi, l-espressjoni li ta Gram tuża qawwat ta' logaritmi u l-funzjoni żeta għan-numri sħaħ pożittivi. Din ħaditilha postha formula ta’ Ramanujan li tuża n-numri ta’ Bernoulli direttament minflok il-funzjoni żeta.
Gram kien l-ewwel matematiku li pprovda teorija sistematika għall-iżvilupp ta’ distribuzzjonijiet għall-konteġġji assimetriċi, li turi li lid-distribuzzjoni simetrika imsejjħa "normali" għall-erruri mogħtija minn Gauss kienet biss każ speċjali wieħed ta’ klassi iktar ġenerali ta’ distribuzzjonijiet għall-konteġġji.[2]
Huwa miet fi triqtu lejn laqgħa tal-Akkademja Daniża Rjali wara li tajritu rota.[3]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ David Poole (2005). Linear Algebra. Thomson Brooks/Cole. p. 387. ISBN 0-534-99845-3.
- ↑ Helen Mary Walker (1929). Studies in the History of Statistical Method: With Special Reference to Certain Educational Problems. The Williams & Wilkins Company. pp. 77, 81.
- ↑ "Jorgen Gram - Biography". Maths History (bl-Ingliż). Miġbur 2021-06-27.