Aqbeż għall-kontentut

Ġgantija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Ġgantija huwa maqdes kbir li jinsab fix-Xagħra, Għawdex. Huwa meqjus bħala wieħed mill-iktar tempji importanti, mhux biss f'Għawdex iżda anki f'Malta. It-tempju jismu Ġgantija għax jagħti impressjoni li fih kienu jgħixu l-ġganti. Barra minn hekk il-ġebel tiegħu huwa kbir u b'saħħtu ħafna.

Il-pjanta tal-Ġgantija.

Il-Ġgantija fih żewġ imqades ħdejn xulxin, magħmulin f'bini wieħed, iżda ma jinfdux. Wisq probabbli dan il-maqdes kien miksi bit-tafal minn ġewwa biex jgħatti l-ħaġar, kif ukoll kien hemm xi tpinġijiet ħomor. Għalkemm fid-disinn u fil-bini il-maqdes jixbaħ ħafna lill-imqades l-oħra f'Malta, għandu ħaġa waħda differenti. Il-vojt ta' bejn il-ħitan ta' barra u dawk ta' ġewwa hu mimli mazkan.

Il-Ġgantija tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala waħda mit-Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex fl-1980.[1]


Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]


  1. ^ "Megalithic Temples of Malta". whc.unesco.org. Miġbur 2024-09-07.