Aqbeż għall-kontentut

Wikipedija:Glossarju

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Wikipedija:GLOSSARJU)
Abbrevjazzjonijiet
WP:G
WP:GLOSSARJU

Il-Wikipedija huwa proġett aċċessibbli minn kulħadd. Minkejja dan, fil-kummenti fuq paġni ta' diskussjoni jew fil-Pjazza jintuża ċertu lingwaġġ u terminoloġija. Din il-paġna tiġbor glossarju ta' termini ġergali li huma wżati kostantement fuq il-Wikipedija. Jekk tkun qiegħed iddur fuq il-wiki u tiltaqa' ma xi terminu, dan huwa l-post fejn għandek tfittex u ssir familjari mal-komunità Wikipedjana. Għal aktar għajnuna tista' tfittex xi risposta għad-domandi l-aktar mistoqsija.

Werrej: Fuq0-9 A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Admin
Abbrevjazzjoni għal amministratur.
Amministratur
Utent li għandu privileġġi ulterjuri li mhumiex disponibbli għall-utenti l-oħrajn. Jista' jipproteġi paġni milli jiġu modifikati, iħassarhom u jirkuprahom lura. Jista' wkoll jimblokka utenti oħrajn jew ineħħi l-blokk jekk diġà mblukkat. Għandu l-kapaċità li jimmodifika l-messaġġi tas-sistema.
Ara → Wikipedija:Amministratur
Artiklu
Paġna li tippreżenta informazzjoni, illustrazzjoni jew spjegazzjoni ta' xi argument, kunċett jew entità. Kull artiklu huwa magħmul minn paġni uniċi (u allura kollha għandhom l-URL tagħhom), iżda mhux kull paġna hija artiklu. Paġni ta' diskussjoni, rindirizzi (li jibgħatuk f'paġni oħra), il-paġni tal-utenti, il-paġni speċjali, il-paġni tal-għajnuna u l-paġni ta' diżambigwazzjoni ma jikklassifikawx bħala artikli.
Babelbox
Jew sempliċement Babel, tabella li tidħol f'paġna tal-utent sabiex tindika l-għarfien tal-lingwi (il-lingwi mitkellma u f'liema livell).
Ara → Wikipedija:Babel
Ban
Kelma Ingliża għal imblukkat; utent huwa mblukkat meta s-softwer, minn kmand dirett ta' amministratur, ma jħallihx jimmodifika paġni (minħabba li vvandalizza wisq paġni, insulta n-nies, eċċ.). Jekk l-utent huwa mqabbad b'mod anonimu (jiġifieri, mingħajr ma jkun effettwa l-log in) huwa possibli li jiġi mblukkat l-indirizz IP tiegħu.
Ara → Wikipedija:Politika dwar l-imblukkar
Bot
Ġejja mill-kelma Robot. Fl-ambitu tal-Wikipedija, il-kelma tirreferi għall-programmi li jgħinu fil-manutenzjoni jew fil-ħolqien awtomatiku ta' paġni.
Ara → Wikipedija:Bot
Burokrata
Amministratur li għandu l-privileġġ li joħloq amministraturi oħrajn (iżda mhux li jirrevokahom) u li jibdel l-isem tal-utent ta' persuna li jkun għamel rikjesta. Fuq il-Wikipedija Maltija, dan ir-rwol jingħata awtomatikament lill-amministraturi.
Ara → Wikipedija:Burokrati
CC (CC-BY-SA)
Tindika waħda mil-liċenzji tal-Creative Commons, partikularment il-liċenzja wżata mill-Wikipedija għall-kontenut tagħha (CC-BY-SA 3.0 Unported).
Ara → Wikipedija:Copyright
CEST
Central European Summer Time (Ħin tas-sajf tal-Ewropa Ċentrali). Jikkorrispondi għall-ħin UTC (Coordinated Universal Time) + sagħtejn (Ħin legali).
CET
Central European Time (Ħin tal-Ewropa Ċentrali). Jikkorrispondi għall-ħin UTC (Coordinated Universal Time) + siegħa (Ħin solari).
Copyleft
Liċenzja ħielsa fuq id-drittijiet tal-awtur (per eżempju GFDL u GPL).
Copyright
Forma ta' garanzija tad-drittijiet tal-awtur. Li tivvjolaha mhuwiex permess fuq il-Wikipedija.
Copyviol
Vjolazzjoni tal-copyright. Mhuwiex permess fuq il-Wikipedija. Abbrevjata anke għal copyvio, cviol jew cvio.
Diff
Konfront li juri d-differenzi bejn żewġ verżjonijiet ta' paġna.
Ara → Għajnuna:Diff
Diskussjoni
Paġna marbuta ma' artiklu jew paġna oħra fejn fiha tista' tikteb kummenti jew tiddjaloga ma' utenti oħrajn.
Ara → Għajnuna:Paġna ta' diskussjoni
Dritt tal-awtur
Jikkorispondi għall-copyright użat fil-pajjiżi Anglosassoni. Ma tistax tivvjolah fuq il-Wikipedija.
Diżambigwazzjoni
Id-diżambigwazzjoni fil-Wikipedija huwa l-proċess li bih jiġu solvuti kunflitti li jinħolqu meta diversi artikli jkollhom l-istess titlu naturali.
Ara → Għajnuna:Diżambigwazzjoni
Dump
Id-dump hija kopja statika tad-databażi tal-Wikipedija u tiġi eżegwita ġeneralment darba fix-xahar.
Ara → download.wikimedia.org
Edit
Kwalunkwe modifika li ssir fuq artiklu, paġna, diskussjoni jew ħaġa oħra. Fl-espressjoni "modifika minuri" jiġu esklużi l-interventi ta' modifika li ġew espliċitament identifikati mill-awturi bħala minuri. In-numru ta' modifiki ta' utent huwa msejjaħ ukoll edit count.
Ara → Għajnuna:Kif timmodifika artiklu
Edit war
Terminoloġija mill-Ingliż li tfisser gwerra tal-editjar . Fuq il-Wikipedija dan iseħħ meta żewġ utenti jew aktar, jimmodifikaw bl-addoċċ xi paġni – xi drabi anke b'rollbacks frekwenti – bil-ħsieb li jimponu b'manjiera sfurzata l-verżjoni tagħhom tal-artiklu. Din it-tip ta' imġieba mhix permessa u tista' twassal għall-imblukkar tal-paġna jew tal-utent minn amministratur.
Fix
Mill-Ingliż, tfisser "twissija" u hija abbrevjazzjoni wżata fid-diskussjonijiet jew fit-taqsiriet ta' modifiki għall-artikli.
Format
Fil-Wikipedija jindika, ġeneralment, l-użu korrett tas-sintassi ta' kompożizzjoni ta' test jew impaġinazzjoni ta' stampa. L-artikli preżenti fl-enċiklopedija li għandhom bżonn ta' wikifikazzjoni (prinċipalment minħabba n-nuqqas ta' ħoloq neċessarji), għandhom bżonn ta' format adegwat.
Ara → Kif timmodifika paġna
Akronimu Ingliż għall-Gnu Free Documentation License; l-artikli tal-Wikipedija huma rilaxxati taħt din il-liċenzja.
Akronimu Ingliż għall-General Public License; is-software tal-Wikipedija huwa rilaxxat taħt din il-liċenzja.
Kelma bil-Malti għal link (bl-Ingliż) li tagħti deslrizzjoni ta' katina, kollegament, legami, rabta. Fil-Wikipedija din tista' toħloq konfużjoni peress li jeżistu tipi differenti ta' ħoloq.
Ara wkoll: Wikilink, Interlink, Interwiki, ħolqa esterna

Ħolqa esterna

[immodifika s-sors]
Rabta ta' sit estern mal-Wikipedija. Dan jista' jinħoloq b'parenteżi kwadra waħda eż. [link estern]
Ara wkoll:Wikipedija:Ħoloq esterni
Kelma Ingliża għal-lista tal-istampi.
Kontrazzjoni ta' interwiki link; ħoloq għal Wikipediji oħrajn f'lingwi differenti (ġeneralment ikunu ħolqa għall-istess Artiklu).

Per eżempju, kif wieħed jista' jara, din il-paġna fiha menù fuq ix-xellug li juri li hija kollegata mal-istess artiklu bit-Taljan, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Olandiż, eċċ.

Interlink tista' ssir billi fl-aħħar tal-paġna waqt il-modifika żżid, bħal f'dan il-każ:
Ara wkoll: Għajnuna:Interlink
Ħoloq għall-paġni ta' proġetti oħra tal-Wikimedia.

Ara wkoll: Wikikwota, Wikisors, Wikizzjunarju.

Ara wkoll: Għajnuna:Interlink
Jimbo Wales, president tal-Fondazzjoni Wikimedia.

Kategorija

[immodifika s-sors]
Paġna speċjali li fiha lista ta' paġni oħrajn.
Ara wkoll:Għajnuna:Kategorija.

Kronoloġija

[immodifika s-sors]
Sinonimu ta' storja tat-tibdil li seħħ f'paġna. Meta tikkonsulta l-kronoloġija ta' paġna tkun tista' tara l-evoluzzjoni tal-paġna stess, mill-ħolqien tagħha sal-verżjoni attwali.

Il-kronoloġija tippermetti anki li tinstab verżjoni preċedenti għar-ripristinaġġ f'każ ta' vandaliżmu.

Ara wkoll:Għajnuna:Kronoloġija.

Kunflitt ta' edizzjoni

[immodifika s-sors]
Din isseħħ meta żewġ utenti isalvaw f'mod kważi kontemporanju l-modifika ta' paġna.
Ara wkoll: Wikipedija:Kunflitt ta' edizzjoni

Lista ta' stampi

[immodifika s-sors]
Waħda mill-paġni speċjai bil-lista tal-istampi kollha merfugħa fid-database tal-Wikipedija Maltija.
Ara wkoll:Special:Imagelist.
Kelma Ingliża għal idħol; iddaħħal l-isem tal-utent u l-password biex tidentifika ruħek fuq is-sit, billi tutilizza il-log in permezz ta' Idħol jew oħloq kont ġdid li tidher fuq in-naħa ta' fuq, fil-lemin tal-paġna tal-Wikipedija.
F'każ ta' diffikulta ara: Problemi ta' reġistrazzjoni.
Kelma Ingliża għal oħroġ; terġa' ssir anonimu billi ma tibqax konness mas-server.
Is-software li jħaddem il-Wikipedija kif ukoll il-proġetti l-oħra kollegati.

Mexxi l-paġna

[immodifika s-sors]
Terminu informatiku li fir-realtà jfisser erġa' semmi l-paġna mill-ġdid. Fil-prattika jsemmi kemm il-paġna kif ukoll id-diskussjoni relatata (jekk teżisti), iżomm il-kronoloġija tal-paġna u joħloq riindirizz mill-paġna l-qadima lejn il-paġna l-ġdida.
L-utenti reġistrati biss għandhom iċ-ċans li jmexxu l-paġni.

Modifika minuri

[immodifika s-sors]
Modifika ta' paġna li ma tbiddilx il-kontenut b'mod sinjifikanti u li tiġi senjalata fil-lista tat-tibdil riċenti

Monobook.css

[immodifika s-sors]
Folja ta' stil biex tippersonalizza d-dehra tal-Wikipedija.
Ara wkoll: Wikipedija:Monobook.css
Bil-Malti għal Spazju tal-isem. Mod ta' klassifikazzjoni ta' paġni. Il-Wikipedija għandha spazji tal-isem għad-daħliet tal-enċiklopedija, paġni tal-Wikipedija (Wikipedija:), paġni tal-utent (Utent:), paġni speċjali (Speċjali:), paġni b'mudelli (Mudell:), u paġni ta' diskussjoni (Diskussjoni:, Diskussjoni Wikipedia:, u Diskussjoni utent:), fost oħrajn.
Ara wkoll: Wikipedija:Spazju tal-isem
Nebbieta
Artiklu qasir ħafna li għandu bżonn li jitkabbar.
Ara → Wikipedija:Nebbieta u WP:STUB

Netiquette

[immodifika s-sors]
Ġabra ta' regoli ta' konvivenza tajba fuq internet. Il-verżjoni għall-Wikipedjani jisimha Wikiketta (Ara)
Ara d-daħla fil-Glossarju informatiku
Akronimu Ingliż għal Neutral Point Of View; punt ta' vista newtrali. In-NPOV hija waħda mill-iktar filosofiji importanti tal-Wikipedija. Kull min jikkontribwixxi fil-Wikipedija irid jipprova jirrispettaha.
Ara wkoll:Għajnuna:NPOV
Ġieli mqassra għal OT, tfisser litteralment barra mill-argument. Fil-Wikipedija, id-diskussjonijiet ta' dan it-tip għandhom jiġu evitati, kemm fid-diskussjonijiet kif ukoll fil-Pjazza.

Osservati speċjali

[immodifika s-sors]
Lista ta' paġni ta' interess partikolari li kull utent jista' jagħżel u jsegwi.
L-argument fil-Wikipedija; il-paġna viżwalizzata mill-browser mingħajr il-parti ta' fuq, t'isfel u l-menù tal-ġenb.
Il-paġni jinkludu artikli, stub, paġni ta' diskussjoni, paġni ta' diżambigwazzjoni, riindirizzi, paġni ta' għajnuna u paġni speċjali.

Paġni mingħajr ħruġ

[immodifika s-sors]
Bl-Ingliż Dead End Pages. Dawk il-paġni nieqsa mill-wikilink u għalhekk ma jwasslu mkien.
Ara wkoll: Special:Deadendpages.

Paġna tal-utent

[immodifika s-sors]
Kull utent għandu paġna privata intitolata skont l-ispazju tal-isem tal-utent (eż. [[Utent:JoeBorg]]).

Paġni orfni

[immodifika s-sors]
Paġna bla ebda ħolqa ma' paġni oħrajn li jwasslu għaliha.

Paġni ta' diskussjoni

[immodifika s-sors]
Paġna riservata apposta għad-diskussjonijiet. Kull utent u kull paġna tal-Wikipedija (minbarra l-paġni ta' diskussjoni stess ovvjament, u l-paġni speċjali) għandhom paġna ta' diskussjoni rispettiva.
Ara wkoll:Għajnuna:Paġna ta' diskussjoni

Paġni speċjali

[immodifika s-sors]
Paġni riservati għal funzjonijiet partikolari. Jistgħu jkunu listi ta' informazzjoni jew mudelli.
Ara wkoll: Special:Specialpages.
Fil-Wikipedija, il-post informali ta' dibattitu u skambju ta' ideat u opinjonijiet fuq temi mhux off topic.
Ara wkoll: Wikipedija:Pjazza.
Akronimu Ingliż għall-Point Of View; fehma, veduta, opinjoni. Fil-Wikipedija jfisser opinjoni parzjali, mhux newtrali.

Preferenzi

[immodifika s-sors]
Il-paġna tal-Wikipedija li tippermetti l-modifika tal-ambjent grafiku tal-enċiklopedija.
Ara wkoll: Skin

RecentChanges

[immodifika s-sors]
Espressjoni Ingliża għat-tibdil riċenti.
Kelma Ingliża għal riindirizzament; funzjoni tas-software tal-Wikipedija li jagħti ċ-ċans li paġna tiġi regolata b'tali mod li, meta utent iżur il-paġna, dan jiġi awtomatikament meħud f'paġna oħra.
Ara wkoll: Għajnuna:Kif toħloq u tuża' riindirizzament
Kelma Ingliża għal ħu lura; annullament veloċi ta' modifika billi titbiddel il-paġna għall-verżjoni preċedenti qabel l-aħħar modifika. L-amministraturi għandhom possibbiltà li jeffettwaw rollback iktar faċilemnt. Fil-Wikipedija iżda, din l-azzjoni tista' tiġi magħmulha wkoll mill-utenti l-oħra billi jagħżlu l-verżjoni preċedenti mill-modifika, jimmodifikawha u isalvawha.
Kelma Ingliża għall-kaxxa tar-ramel jew paġna tal-provi; paġna fejn tista' tesperimenta biex tiffamiljarizza ruħek. Minbarra l-paġna tal-provi pubblika, kull utent jista' joħloq il-paġna tal-provi personali bħala sottopaġna tal-paġna tal-utent tiegħu eż: Utent:Ġanni/sandbox.
Ara wkoll: Wikipedija:Paġna tal-provi
L-aspett jew dehra tal-paġni tal-enċiklopedija li jintgħażel mill-preferenzi jew inkella mill-ħolqien ta' folja ta' stil apposta.

Sottopaġna

[immodifika s-sors]
paġna marbuta ma' paġna prinċipali. Tista' tinħoloq biż-żieda ta' / wara l-isem tal-paġna. Jistgħu jiġu maħluqa sottopaġni f'ċerti każijiet biss.
Ma jistgħux jiġu maħluqa sottopaġni għall-artikli.
Bl-Ingliż għal Stwett. amministratur li għandu l-privileġġ li joħloq u jirrevoka amministraturi oħra u li joħloq burokrati.
Fil-Wikipedija hija l-azzjoni ta' tħassir ta' kontenut ta' frażi mingħajr ma tgħattiha. Tista' issir bil-kmand <s> u </s> rispettivament fil-bidu u fl-aħħar tal-frażi li trid tħassar. Sinjal ta' korrettezza formali (f'wiki li jżomm kronoloġija ta' kull test miktub preċedentement), li huwa utli f'każ ta' bdil ta' fehma fuq il-paġni ta' votazzjoni (għall-sondaġġi, tħassir, eċċ.).
Mill-kelma Ingliża stub fil-Malti nużaw "nebbieta"; artiklu qasir ħafna li jinħtieġ li jiġi miżjud.
Ħafna artikli tajbin tal-Wikipedija bdew bħala stubs jew nebbieta.
Ara wkoll:Wikipedija:Nebbieta.
Kelma Ingliża għal amministratur.
Kelma Ingliża għal Paġna ta' diskussjoni.
Kelma Ingliża għal Mudell. Paġna speċjali proġettata biex tkun imdaħħla f'paġni oħrajn. Tista' tiġi msejħa bl-użu ta' tag.
Ara wkoll:Wikipedija:Mudell.

Tibdil riċenti

[immodifika s-sors]
Paġna speċjali fejn hemm elenkati l-aħħar tibdiliet li saru fuq il-paġni tal-Wikipedija Maltija.
Akronimu Ingliż għall-Table of Contents; tabella tal-kontenut. Werrej tal-kontenut ta' paġna. Jidher awtomatikament meta jiġu indikati tal-inqas erba' titli ta' paragrafi. Biex toħloq werrej xorta waħda fil-preżenza ta' numru inferjuri ta' titli, tista' tintuża s-sintassi: __TOC__
Servizz ta' assistenza li jakkumpanja lill-Wikipedjani, kemm dawk esperti kif ukoll il-prinċipjanti, fin-navigazzjoni u l-attività.
Ara wkoll: Għajnuna:Tutorjal.
Xi ħadd li juża l-Wikipedija li rreġistra ruħu. Għandu laqam tiegħu (jew nickname) kif ukoll il-paġna tiegħu.

Vandaliżmu

[immodifika s-sors]
Danni ikkawżati apposta u deliberatament fil-paġni tal-Wikipedija. Jista' jsir billi jitħassar xi parti mit-test jew inkella jinkitbu xi frażijiet offensivi u bla sens. Il-vandali huma eleġibbli għall-blokki.
Akronimu Ingliż għall-Votes for Deletion; il-paġna ekwivalenti għall-Wikipedija:Paġni għat-tħassir fuq il-wiki Ingliża.
Jiġbor il-kontenut ta' paġna tal-Wikipedija.
Ara wkoll: TOC.

Wikifikazzjoni

[immodifika s-sors]
Operazzjoni li biha artiklu jiġi magħmul konformi, bil-grafika u l-organizzazzjoni tal-kontenut, għall-bqija tal-artikli maħduma sew fil-wiki. Fost l-aspetti l-aktar importanti fuq il-Wikipedija bil-Malti hemm il-bżonn li jiżdiedu referenzi f'artikli li fihom ftit jew xejn minn dawn.
Kontrazzjoni ta' Wikipedija link; link ġewwa paġna oħra tal-Wikipedija.
Proġett li jiġbor u jikkoordina proġetti varji.
Link: [[m:titlu tal-artiklu]]

Wikipedija

[immodifika s-sors]
Dan il-proġett ta' enċiklopedija.
Link minn proġetti oħra għall-Wikipedija: [[w:titlu tal-artiklu]]

Wikipedjani

[immodifika s-sors]
Dawk li jipparteċipaw fil-proġett Wikipedija.
Ara wkoll: Wikipedija:Wikipedjani.

WikiProġett

[immodifika s-sors]
Tentattiv biex jiġi standardizzat il-kontenut u l-aspett ta' kategorija partikolari ta' artikli, billi jiġi użat Template.
Ara wkoll: Wikipedija:WikiProġett.

Abbrevjazzjoni

[immodifika s-sors]
mt
wiki
Abbrevjazzjoni tal-Wikipedija Maltija
en
wiki
Abbrevjazzjoni tal-Wikipedija Ingliża
it
wiki
Abbrevjazzjoni tal-Wikipedija Taljana
xx
wiki
Abbrevjazzjoni tal-Wikipedija bil-lingwa xx