Wikipedija:Amministraturi/Kandidati/Chrisportelli 2
- Id-diskussjoni t'hawn taħt ġiet preservata bħala arkivju ta' rikjesta b'suċċess għal amministratur. Jekk jogħġbok ħalliha kif inhi.
Finali (paġna ta' diskussjoni) (3/0/0) (aġġorna); Spiċċat fit-20:29, 4 ta' Novembru 2008 (UTC)
- It-TGA ġiet estiża sa l-4 ta' Novembru 2008 20:29(UTC) wara deċiżjoni tal-buròkrata Joelemaltais u konsultazzjoni ma metawiki. Dan minħabba li l'ewwel vot seħħ ftit sigħat wara l'iskadenza tat-TGA u wkoll biex tingħata l'opportunita lil-utenti oħra jagħtu il-vot u l'oppinjonijiet tagħhom. Skond il-linjigwida buròkrata jistgħa iġedded TGA għal zmien qasir.
[[::Utent:Chrisportelli|Chrisportelli]] ([[::Diskussjoni utent:Chrisportelli|diskussjoni]] · [[::Speċjali:Kontribuzzjonijiet/Chrisportelli|kontribuzzjonijiet]]) - Għat-tieni darba se nipproponi lili nnifsi bħala amministratur fuq il-Wikipedija Maltija. Wara li ma rnexxilix nikseb l-amministrazzjoni f'Lulju li għadda, iddeċidejt li nħalli xi ftit taż-żmien u nerġa' nipprova. F'dawn l-erba' xhur li għaddew komplejt bil-modifiki tiegħi u nixtieq inkompli sejjer b'dan ir-ritmu. Lejn dan l-aħħar utenti attivi ma tantx qed ikun hawn (u l-biċċa l-kbira għandhom raġun minħabba min qiegħed fuq l-istudju tal-iskola u minn fuq xi xogħol ieħor). Però erġajna qed insofru minn nuqqas ta' amministraturi. Nispera li bl-għajnuna ta' din in-nominazzjoni, l-ammin jerġgħu jieħdu u jaraw li hemm bżonn ta' xi amministratur ieħor. Grazzi. Chrisportelli (d) 09:38, 26 Ottubru 2008 (UTC)[wieġeb]
- Għażiż kandidat, jekk jogħġbok indika li taċċetta din in-nominazzjoni hawnhekk: Naċċetta. Chrisportelli (d) 09:39, 26 Ottubru 2008 (UTC)[wieġeb]
Mistoqsijiet għall-kandidat
[immodifika s-sors]Għażiż kandidat, grazzi talli għażilt li sservi lill-Wikipedija bħala amministratur. Huwa suġġerit li tirrispondi dawn il-mistoqsijiet mhux ta'bilfors sabiex jagħti gwida għall-partiċipanti:
- 1. F'liema xogħol amministrativ mistenni li tieħu sehem?
- T: Barra milli nkompli fuq l-artikli, fuq in-naħa amministrattiva nixtieq ngħin biex jitnaqqsu modifiki ħżiena, jitħassru xi paġni li ilhom immarkati għat-tħassir ix-xhur, li tkompli tiġi aġġornata l-paġna prinċipali, li naraw kif jista' jsir it-tibdil tal-ispazji tal-isem (namespaces) u li forsi fil-futur qarib nagħmlu jew jiġi magħmul għalina xi bot li jista' jagħmel modifiki grammatikali. Dawn kollha huma importanti u biż-żmien jirnexxielna flimkien nagħmluhom.
- 2. X'inhuma l-aqwa kontribuzzjonijiet tiegħek fil-Wikipedija, u għaliex?
- T: L-aqwa kontribuzzjonijiet jinkludu bħall-paġna tal-Festival tal-Eurovision, dwar it-timijiet tal-futbol prinċipali u modifiki oħra fuq stubs, titjib ta' artikli, modifiki grammatikali u oħrajn.
- 3. Kont f'xi kunflitt ta' modifikar fil-passat? Utenti oħrajn qatt ħolqulek problemi fuq modifikar? Kif solvejtha u x'se tagħmel fil-futur jekk terġa tinqalalek?
- T: Ma ngħidx li qatt kelli xi kunflitt. Id-diskussjoni dejjem saru b'mod ċivili u ma ngħidx li fuq din il-wiki hawn każi ta' xi kunflitti bejn l-utenti.
Kummenti ġenerali
[immodifika s-sors]- Ħoloq relatati ma' Leli Forte: Chrisportelli (diskus · kontrib · tħassir · għadd · logs · blokks · lu · rgħar · rgħk · rgk · pups · fittex an, ani, cn, an3)
Jekk jogħġbok żomm id-diskussjoni kostruttiva u ċivili. Jekk m'intix familjari mal-kandidat, jekk jogħġbok irrevedi hawnhekk il-kontribuzzjonijiet tiegħu qabel ma tikkumenta.
Diskussjoni
[immodifika s-sors]Favur
[immodifika s-sors]- Minkejja li opponejt l'ewwel kandidatura ta' Chris, din id-darba qiegħed nappoġġja:
- fid-diskussjoni li saret f'Lulju u f'Awwissu Chris kien bilanċjat, raġjonevoli u kunċiljanti
- bħalissa huwwa l'uniku persuna preżenti fuq bażi permanenti
- barra l'interressi personali tiegħu Chris ikkontribwixxa xogħol ta' manutenzjoni ġenerali. --Joelemaltais 17:59, 2 Novembru 2008 (UTC)[wieġeb]
- Minħabba bosta raġunijiet li mhux opportun noqgħod nidħol fihom, naħseb naqblu li wasal iż-żmien li jkun hawn sysop ieħor fuq il-wiki. Chris jidher li qed ikun fuq Wiki fuq bażi regolari ħafna u dak huwa punt favurih. Imma l-iktar ħaġa importanti hija li minn Lulju 'l hawn Chris wera li għandu veru għal qalbu t-titjib tal-Wiki fejn ħadem u għen ħafna f'dik li hi manutenzjoni ġenerali. Għoġobni ħafna l-mod kif jiddjaloga u kif isaqsi u jipprova jilħaq kompromess - xi ħaġa sabiħa ħafna li nittama li ma jitlifx. Għaldaqstant, wara li għall-ewwel kont opponejt il-kandidatura ta' Chris għax ħassejt li kien għadu kmieni wisq, din id-darba għandu l-appoġġ tiegħi u nemmen li jaf jagħmel xogħol ta' fejda fejn tidħol il-wiki. --Roderick Mallia 06:43, 3 Novembru 2008 (UTC)[wieġeb]
- Jien nappoġġja bil-qawwa l-kandidatura ta' Chris Portelli. Jidher ċar li Chris għandu għal qalbu l-Wiki Malti u l l-ilsien Malti. Dejjem sibtu lest li jgħin u kien dejjem edukat, matur u raġonevoli meta kellu x'jaqsam ma' wikipedjani oħrajn. Jidher ukoll li forsi billi għadu żgħir għandu inqas impenji mill-amministraturi l-oħra u jista' jiddekika iżjed ħin għat-titjib tal-Wiki.
--Leli Forte 10:11, 3 Novembru 2008 (UTC)[wieġeb]