Aqbeż għall-kontentut

Twanny Scalpello

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Twanny Scalpello
Ħajja
Twelid Valletta, 1925
Nazzjonalità Malta
Mewt 8 Mejju 2018
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni attur
xandar

Twanny Scalpello (Valletta, 1924 - 7 ta' Mejju 2018) kien attur Malti. Jibqa' magħruf bħala l-vuċi li akkumpanjat ħafna ġenerazzjonijiet ta’ semmiegħa ta’ Radju Malta fil-qari tar-rumanzi.

Imwieled il-Belt imma trabba u għex Tas-Sliema, Twanny Scalpello jibqa’ maghruf għall-vuċi distintiva tiegħu fuq ir-radju, imma kien ukoll attur kemm għat-televiżjoni u anke fit-teatri.

L-ewwel teledramm li bih fetaħ TVM fil-bidu tas-snin sittin kien Erwieħ Marbuta mill-pinna ta’ Ġużè Diacono, bl-atturi ewlenin Karmen Azzopardi u Twanny Scalpello, li ma ħarisx lura u baqa’ għaddej b’karriera twila fuq il-palk u wara l-mikrofoni ta’ Radju Malta.

Qarrej tar-rumanzi

[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel rumanz li qara għas-semmiegħa ta’ Radju Malta kien Fula Maqsuma ta’ Karmenu Micallef. Twanny Scalpello għamel karriera ta’ 40 sena jaqra r-rumanzi kemm ta’ kittieba Maltin u anke traduzzjonijiet ta’ rumanzi minn kittieba barranin.