Aqbeż għall-kontentut

Suzanne Jill Levine

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Suzanne Jill Levine
Ħajja
Twelid Belt ta' New York, 21 Ottubru 1946 (78 sena)
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' New York
Università ta' Columbia
Vassar College (en) Translate
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kritiku letterarju
ġurnalist
traduttur
Impjegaturi University of California, Santa Barbara (en) Translate
Premjijiet
List

Suzanne Jill Levine (twieldet fil-21 ta' Ottubru 1946) hija kittieba, poetessa, traduttriċi letterarja u studjuża Amerikana.

Levine twieldet fil-Belt ta' New York fejn studjat il-pjanu f'Juilliard u attendiet l-Iskola tal-Mużika u l-Arti.

Hija kisbet Baċellerat mill-Kulleġġ ta' Vassar fl-1967, grad tal-Maġisteru mill-Università ta' Kolumbja fl-1969 u Dottorat mill-Università ta' New York fl-1977. Levine hi akkademika tal-letteratura tal-Amerika Latina, u l-kotba tagħha jinkludu wieħed mill-ewwel studji ta' One Hundred Years of Solitude ta' Gabriel García Márquez u Adolfo Bioy Casares, it-tnejn ippubblikati bl-Ispanjol. Hija wkoll speċjalista ewlenija fl-Istudji tat-Traduzzjoni u fil-Letteratura Komparattiva. Il-ktieb tagħha The Subversive Scribe, miktub fl-1991, influwenza l-iżvilupp tat-teorija tat-traduzzjoni kemm fl-Istati Uniti, kif ukoll fi bnadi oħra. Hi kitbet żewġ kotba żgħar tal-poeżiji u mijiet ta' esejs f'antoloġiji u ġurnali ewlenin. Hi wkoll traduttriċi ta' kittieba varji.