Susan Mulvaney
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Susan Mulvaney | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | 1946 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | 7 Ottubru 2017 |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kittieb xandar |
Susan Mulvaney (Mosta, 1946 – 7 ta' Ottubru 2017) kienet preżentatriċi televiżiva u radjofonika Maltija, l-iktar magħrufha għall-produzzjoni ta' diversi programmi edukattivi u soċjali fuq ir-radju, fosthom fuq Radju Malta u l-RTK.
Xandir
[immodifika | immodifika s-sors]Il-karriera ta' Mulvaney fix-xandir bdiet f'April tal-1964 meta kienet l-ewwel tfajla fit-tieni dħul ta' apprendisti mal-Union Press f'kors tal-ġurnaliżmu u wara nħatret sotto-editur tal-ġurnal L-Orizzont fejn kellha wkoll ir-responsabbiltà tal-paġna tan-nisa.
Ħadmet ukoll fuq il-Mediterranean News u f'April tal-1976 issejħet biex tieħu f'idejha l-programm tan-nisa ta' Radju Malta Wieħed fuq bażi part-time, fejn bdiet tipproduċi programm ta' kuljum fuq ir-radju li kien immirat għan-nisa. Fl-1981 bdiet taħdem full-time ma' Xandir Malta. Fost id-diversi temi li kienet tittratta, insibu suġġetti dwar is-saħħa fiżika u mentali, il-bżonn tal-eżerċizzju, is-sigurtà fid-dar, u kif ukoll tisjir bnin.
Fl-1991 kienet fost l-ewwel ħaddiema tal-RTK, fejn ipproduċiet programmi ta' kuljum għall-familja kollha u kienet kontributur regolari għal Il-Ġens illum.
Fl-2000 kienet fost dawk nominati għall-Premju Ħaddiem tas-Sena għall-kontribut tagħha lill-Media Centre.
Kittieba
[immodifika | immodifika s-sors]Mulvaney kienet magħrufa wkoll għall-pubblikazzjoni ta' diversi kotba ta' interess għall-familja, fosthom kotba tar-riċetti u dwar l-etikett jew l-imġieba soċjali, u kienet involuta wkoll f'għaqdiet filantropiċi.
Ħajja personali
[immodifika | immodifika s-sors]Susan Mulvaney kienet miżżewġa lil Charles Sacco u kellhom żewġ ulied, Marika u Daniela.