Aqbeż għall-kontentut

Stuffat tal-Fenek

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Stuffat tal-fenek

Stuffat tal-Fenek huwa tip ta’ ikel fil-kċina Maltija, magħmul bil-laħam tal-fenek.[1] Huwa meqjus bħala l-ikla nazzjonali ta' Malta.[1][2] Tipikament huwa msajjar bil-mod jew moqli bl-inbid, tadam, tewm, weraq tar-rand, imsiemer tal-qronfol, melħ, bżar u ħaxix.[1][3] Ġieli jiġi servut f’żewġ platti billi z-zalza titferra’ fuq l-għaġin bħala l-ewwel platt u l-fenek u l-ħaxix servut bħala t-tieni platt.[4]

Il-platt jista' jkun li oriġina bħala forma ta' protesta simbolika għar-restrizzjonijiet fuq il-kaċċa imposti mill-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann.[5] Dan it-tip ta' ikel sar popolari wara t-tneħħija tar-restrizzjonijiet fl-aħħar tas-seklu 18 (u intant ir-razza indiġena ta' fniek tax-xiber, kienet kibret sew u allura l-prezz kien niżel) u wara domestikazzjoni lokali tal-fniek, prattika li aktarx ġiet importata minn Franza.[6]

  1. ^ a b ċ "How to make traditional Maltese Rabbit Stew". Air Malta. Miġbur 2023-06-05.
  2. ^ Blasi, Abigail (2016-01-01). Lonely Planet Malta & Gozo (bl-Ingliż). Lonely Planet. ISBN 978-1-76034-025-4.
  3. ^ Hamilton, Matthew (18 August 2022). "Stuffat Tal-Fenek (Maltese Braised Rabbit)". Food & Wine (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-27.
  4. ^ "Rabbit stew (stuffat tal-fenek)". sbs.com.au (bl-Ingliż). 2008-07-01. Miġbur 2023-06-27.
  5. ^ Cassar, C. Fenkata: An emblem of Maltese peasant resistance? quoted in Gauci-Maistre, J. Tax-xiber: the indigenous rabbit of Malta
  6. ^ "Gauci-Maistre, J. Tax-xiber: the indigenous rabbit of Malta" (PDF). Miġbur 2012-08-26.