Aqbeż għall-kontentut

Stećak

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Uħud mill-istećci ta' Radimlja, il-Bożnija-Ħerzegovina

Stećak (biċ-Ċirilliku Serbjan: Стећак, pronunzjata [stěːtɕak]) jew Stećci fil-plural (biċ-Ċirilliku Serbjan: Стећци, pronunzjata [stěːtɕtsi]) huwa l-isem mogħti lill-oqbra Medjevali monumentali li jinsabu mifruxa madwar il-Bożnija-Ħerzegovina, u partijiet fil-fruntiera tal-Kroazja, tal-Montenegro u tas-Serbja. Huwa stmat li 60,000 stećak jinsabu fi ħdan il-fruntieri tal-Bożnija-Ħerzegovina moderna u l-10,000 stećak l-oħra jinsabu fit-territorji attwali tal-Kroazja (4,400), tal-Montenegro (3,500), u tas-Serbja (2,100), f'iktar minn 3,300 sit differenti, b'iżjed minn 90 % minnhom f'kundizzjoni mwiegħra.[1][2]

Tfaċċaw f'nofs is-seklu 12, bl-ewwel fażi fis-seklu 13, id-drawwa tal-qtugħ u tal-użu tal-istećci laħqet il-qofol tagħha fis-sekli 14 u 15, qabel ma spiċċat għalkollox fil-bidu nett tas-seklu 16 matul il-ħakma Ottomana tal-Bożnija-Ħerzegovina. L-istećci kienu tradizzjoni komuni fost il-fidili Kattoliċi u Ortodossi Bożnijaċi[3], u kienu jintużaw kemm mill-popolazzjoni Slava kif ukoll minn dik Vlach.[4][5]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]
It-tinqix imbuzzat ta' qabar partikolari f'Radimlja, il-Bożnija-Ħerzegovina

Iċ-Ċimiterji tal-Oqbra Medjevali magħrufa bħala Stećci ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-15 ta' Lulju 2016, b'għażla ta' madwar 4,000 qabar individwali, miġbura f'diversi nekropoli fi 28 sit: 22 sit fil-Bożnija-Ħerzegovina, żewġ siti fil-Kroazja, tliet siti fil-Montenegro, u tliet siti fis-Serbja.[6] L-iżjed sit li għandu kollezzjoni ppreservata tajjeb ta' dawn l-oqbra huwa dak ta' Radimlja, fil-Punent ta' Stolac fil-Bożnija-Ħerzegovina.[7]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[7]

Din li ġejja hija l-lista ta' ċimiterji jew nekropoli li jiffurmaw parti mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO:

Kodiċi Sit Post Pajjiż Żona protetta Żona ta' lqugħ Koordinati Ritratt
1504-001 Radimlja Stolac Bożnija-Ħerzogovina 1.48 51.22 43°05′32″N 17°55′27″E / 43.0922°N 17.9241°E / 43.0922; 17.9241
1504-002 Grčka glavica fil-villaġġ ta' Biskup Konjic Bożnija-Ħerzogovina 0.26 2.34 43°29′48″N 18°07′18″E / 43.4967°N 18.1217°E / 43.4967; 18.1217
1504-003 Kalufi f'Krekovi Nevesinje Bożnija-Ħerzogovina 1.99 9.98 43°18′48″N 18°11′47″E / 43.3132°N 18.1965°E / 43.3132; 18.1965
1504-004 Borak fil-villaġġ ta' Burati Rogatica Bożnija-Ħerzogovina 3 4.6 43°50′13″N 18°53′04″E / 43.8369°N 18.8845°E / 43.8369; 18.8845
1504-005 Maculje Novi Travnik Bożnija-Ħerzogovina 0.6 17.23 44°03′02″N 17°40′30″E / 44.0506°N 17.675°E / 44.0506; 17.675
1504-006 Dugo polje qrib Blidinje Jablanica Bożnija-Ħerzogovina 0.65 35.02 43°39′48″N 17°32′35″E / 43.6632°N 17.5431°E / 43.6632; 17.5431
1504-007 Gvozno Kalinovik Bożnija-Ħerzogovina 0.27 7.1 43°33′28″N 18°26′18″E / 43.5577°N 18.4383°E / 43.5577; 18.4383
1504-008 Grebnice f'Radmilovića Dubrava, Baljci Bileća Bożnija-Ħerzogovina 1.18 2.5 42°54′17″N 18°27′52″E / 42.9046°N 18.4644°E / 42.9046; 18.4644
1504-009 Bijača Ljubuški Bożnija-Ħerzogovina 0.22 4.7 43°07′45″N 17°35′37″E / 43.1291°N 17.5936°E / 43.1291; 17.5936
1504-010 Olovci Kladanj Bożnija-Ħerzogovina 0.06 4.32 44°17′16″N 18°38′52″E / 44.2878°N 18.6478°E / 44.2878; 18.6478
1504-011 Mramor f'Musići Olovo Bożnija-Ħerzogovina 0.51 5.45 44°06′26″N 18°31′15″E / 44.1072°N 18.5208°E / 44.1072; 18.5208
1504-012 Kučarin f'Hrančići Goražde Bożnija-Ħerzogovina 2.38 11.86 43°40′57″N 18°45′34″E / 43.6826°N 18.7594°E / 43.6826; 18.7594
1504-013 Boljuni Stolac Bożnija-Ħerzogovina 1.06 1.35 43°01′40″N 17°52′29″E / 43.0279°N 17.8748°E / 43.0279; 17.8748
1504-014 Dolovi fil-villaġġ ta' Umoljani Trnovo Bożnija-Ħerzogovina 22.38 31.56 43°39′18″N 18°14′13″E / 43.6551°N 18.237°E / 43.6551; 18.237
1504-015 Luburića polje Sokolac Bożnija-Ħerzogovina 3 4.6 43°57′28″N 18°50′34″E / 43.9579°N 18.8429°E / 43.9579; 18.8429
1504-016 Potkuk f'Bitunja Berkovići Bożnija-Ħerzogovina 1.06 5.1 43°06′36″N 18°07′44″E / 43.11°N 18.129°E / 43.11; 18.129
1504-017 Bečani Šekovići Bożnija-Ħerzogovina 0.39 2.1 44°19′40″N 18°50′42″E / 44.3278°N 18.8449°E / 44.3278; 18.8449
1504-018 Mramor f'Vrbica Foča Bożnija-Ħerzogovina 2.22 2.79 43°23′25″N 18°56′35″E / 43.3903°N 18.9431°E / 43.3903; 18.9431
1504-019 Čengića Bara Kalinovik Bożnija-Ħerzogovina 0.38 1.9 43°25′15″N 18°24′07″E / 43.4208°N 18.402°E / 43.4208; 18.402
1504-020 Ravanjska Vrata Kupres Bożnija-Ħerzogovina 1.51 21 43°51′48″N 17°18′46″E / 43.8633°N 17.3127°E / 43.8633; 17.3127
1504-021 Velika u Mala Crljivica Cista Provo Kroazja 2.06 8.02 43°30′55″N 16°55′38″E / 43.5154°N 16.9272°E / 43.5154; 16.9272
1504-022 Santa Barbara f' Dubravka Konavle Kroazja 0.17 9.63 42°32′30″N 18°25′21″E / 42.5418°N 18.4224°E / 42.5418; 18.4224
1504-023 Grčko groblje Žabljak Montenegro 0.1 7.49 43°05′41″N 19°08′57″E / 43.0948°N 19.1492°E / 43.0948; 19.1492
1504-024 Bare Žugića Žabljak Montenegro 0.42 3.01 43°06′27″N 19°10′05″E / 43.1076°N 19.1681°E / 43.1076; 19.1681
1504-025 Grčko groblje Plužine Montenegro 0.05 0.77 43°20′30″N 18°51′26″E / 43.3417°N 18.8573°E / 43.3417; 18.8573
1504-026 Mramorje f'Perućac Bajina Bašta Serbja 0.55 17.85 43°57′28″N 19°25′49″E / 43.9578°N 19.4303°E / 43.9578; 19.4303
1504-027 Mramorje f'Rastište Bajina Bašta Serbja 0.33 23 43°56′45″N 19°21′13″E / 43.9458°N 19.3536°E / 43.9458; 19.3536
1504-028 Grčko groblje f'Hrta Prijepolje Serbja 0.87 24.75 43°17′56″N 19°37′28″E / 43.2989°N 19.6244°E / 43.2989; 19.6244
  1. ^ "Joint Nomination for Inclusion of Stećci - Medieval Tombstones in the World Heritage List | United Nations Educational, Scientific and Cultural Organization". web.archive.org. 2016-04-14. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-14. Miġbur 2022-08-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ Welle (www.dw.com), Deutsche. "Čiji su naši stećci? | DW | 23.11.2014". DW.COM (bil-Bożnijaku). Miġbur 2022-08-13.
  3. ^ "Bosnia Report - July - September 2000". web.archive.org. 2016-03-04. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2022-08-13.
  4. ^ Lovrenović, Dubravko (2013). Stećci: Bosansko i humsko mramorje srednjeg vijeka [Stećci: Bosnian and Hum marbles from Middle Age] (bil-Kroat). Ljevak. ISBN 978-9533035468. pp. 52, 72, 176, 307.
  5. ^ Trako, Redžo (2011). "Stećci: Božanska igra brojki i slova" [Stećci: Divine game of numbers and letters]. Socijalna Ekologija (in Croatian). Zagreb: Croatian Sociological Society, Institute of Sociology at Faculty of Philosophy, University of Zagreb. 20 (1): 71–84. pp. 71-72, 73-74.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "40 COM 8B.24 - Decision". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-13.
  7. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Stećci Medieval Tombstone Graveyards". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-13.