Aqbeż għall-kontentut

St Albert the Great College (Valletta)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

St Albert the Great College (SAGC), magħruf ukoll bħala l-Kulleġġ San Albert il-Kbir, hi skola tal-Knisja mmexxija mill-patrijiet Dumnikani fil-Belt Valletta,[1] b'kindergarten il-Fgura.[2]

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Oriġinarjament imwaqqaf bħala Flores College, l-Ordni Dumnikan ħadu taħt idejh fis-16 ta' Lulju, 1948, bl-ewwel laqgħa għall-istaff tinżamm fl-20 ta' Settembru, u l-ewwel jum tal-iskola jkun nhar l-4 t'Ottubru tal-istess sena. Il-kulleġġ kien sitwat f'150, Triq il-Fran, iżda minħabba ħsarat imġarbin fit-tieni gwerra dinjija, fl-1950 l-Ordni akkwista s-sit 153-160 fl-istess triq. Fl-1958 beda l-bini tal-kulleġġ, fejn it-tagħlim beda fl-1961 u l-inawgurazzjoni saret nar is-26 ta' Marzu, 1962. [1]

Il-Kulleġġ, li twaqqaf bħala skola tas-subien, fl-2016 beda jaċċetta wkoll studenti bniet imwielda fl-2011 u minn djar tal-Knisja, jew li kellhom ħuthom diġa studenti hemm, jew li kienu ulied ta' membri tal-istaff tal-iskola.[3]

Binja Ġdida[immodifika | immodifika s-sors]

Sa mis-snin '90 beda jinħass il-bżonn ta' modernizzar tal-faċilitajiet tal-iskola, fosthom iktar spazju minn dak tal-binja fil-Belt.[1] Fl-2006, ġiet sottomessa applikazzjoni biex kemm il-kulleġġ San Albert kif ukoll l-iskola Theresa Nuzzo (sitwata l-Marsa u mmexxija mid-Daughters of the Sacred Heart), jimxu lejn sit proprjetà tal-provinċja Dumnikana f'Ħal Għaxaq, preżentament numru ta' għelieqi bejn Triq il-Ħareb and Dawret Ħal-Għaxaq.[4] St Albert the Great College kellha tingħata l-isem St Albert the Great Community College,[1] li iżda ġiet irtirata 12-il sena wara, fl-2018. Sentejn wara, fl-2020, saret applikazzjoni ġdida f'isem St Albert the Great College biss, bi proposta li s-sit, b'total ta' 72,000 metru kwadru jinbidel f'taħlita ta' bini, landscaping, ġonna, u faċilitajiet sportivi. Ħafna mill-ħitan tas-sejjieħ, bjar, siġar pretetti, borġijiet, u kmamar rurali jintilfu.[4]

It-tneħħija tas-Surmast Mario Mallia[immodifika | immodifika s-sors]

Fis-26 ta' Lulju, 2022, tħabbret it-tkeċċija tas-Surmast Mario Mallia, li kien ilu fil-kariga 16-il sena. Mallia, bi sfond t'attività politika mal-Alternattiva Demokratika (AD) u li serva bħala kunsillier lokali ta' Birkirara bejn l-2003 u l-2006, kien ukoll kandidat tal-istess partit f'diversi elezzjonijiet ġenerali. Fi żmien it-tneħħija tiegħu, Mallia kien Deputat Chairperson u kelliem dawr l-edukazzjoni għall-istess AD.[5]

Mallia sostna li tneħħa sforz il-ħidma tiegħu biex l-iskola tkun iktar inklussiva għal studenti ta' twemmin u ġeneru (gender) differenti. Min-naħa tiegħu, ir-rettur tal-kulleġġ, Fr Aaron Zahra, insista li t-tkeċċija ma kellhiex x'taqsam mal-politika t'inklussività tas-surmast, iżda għax dan kien jirrifjuta li jokkopera mas-superjuri tiegħu u li jagħti kont lilhom. Sussegwentement, Mallia ressaq ilment quddiem it-Tribunal Industrijali għal tkeċċija inġusta, u talab kumpens u li jingħatalu postu lura. [6]

Fid-19 ta' Settembru, 2022, tħabbar li l-kulleġġ appunta surmast ġdid.[7]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b ċ d Micallef, Fr Frans, OP, St Albert the Great Community College. https://timesofmalta.com/article/st-albert-the-great-community-college.8343. Times of Malta. 12 t'Awwissu, 2007.
  2. ^ St. Albert the Great College welcomes its youngest pupils. https://www.opmalta.org/post/st-albert-the-great-college-welcomes-its-youngest-pupils?lang=en. 22 ta' Settembru, 2022.
  3. ^ St Albert College primary to become co-ed. https://timesofmalta.com/article/st-albert-college-to-start-taking-girls-at-primary-level.608530. Times of Malta. 11 t'April 2016.
  4. ^ a b Xuereb, Matthew. Planned new school in Għaxaq would have major impact, report finds. https://timesofmalta.com/article/planned-new-school-ghaxaq-major-impact-report-finds.1004878. Times of Malta. 3 ta' Jannar, 2023.
  5. ^ Abbas Shalan, Semira. St Albert the Great College headmaster Mario Mallia fired from school. https://www.independent.com.mt/articles/2022-07-26/local-news/St-Albert-the-Great-College-headmaster-Mario-Mallia-fired-from-school-6736244768. The Malta Independent. 26 ta' Lulju, 2022.
  6. ^ Zammit, Mark Laurence. Wave of resignations hits St Albert the Great College after principal's sacking. https://timesofmalta.com/article/wave-resignations-hit-st-albert-great-college-principals-sacking.978224. Times of Malta. 2 ta' Settembru, 2022.
  7. ^ Vella, Sasha. New Headmaster Of St Albert The Great College Appointed To Replace Mario Mallia. https://lovinmalta.com/news/new-headmaster-st-albert-mario-mallia/. Lovin' Malta. 19 ta' Settembru 2022.