Sqaq l-Infern

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Il-qoxra ta' Sqaq l-Infern

Sqaq l-Infern hu l-ewwel volum fit-triloġija Il-Fiddien, mill-kitba ta' Simon Bartolo u Loranne Vella. Ippubblikat fl-2007 mid-dar tal-pubblikazzjoni Merlin Library Ltd, Sqaq l-Infern hu storja fantastika li tħallat misteru, avventura, fantasija, l-ambjent Malti u s-seħer medjevali fi storja waħda.

Imniedi fil-21 ta' April 2007, fl-ewwel disat ijiem ta' bejgħ ġa kien biegħ 1,000 kopja, rekord fil-qasam tiegħu f'Malta. Fi żmien sena, kellu jiġi stampat mill-ġdid. It-tieni ktieb fit-triloġija Il-Fiddien jismu Wied Wirdien, li tnieda Malta nhar il-Ħamis 24 ta' April 2008, u ġewwa Għawdex is-Sibt 26 ta' April 2008.

Sinopsi[immodifika | immodifika s-sors]

Id-Dar il-Ħamra fiha riħa wisq qawwija ta' kotba antiki, xtieli tal-għeruqarja, sigrieti u mistoqsijiet bla tweġiba. U ġewwa wieħed minn dawn il-kotba, titfaċċa l-ġrajja ta' Fennimore li twassalna għall-kitba ta' Jason. U kollox donnu jgħaddi, b'mod jew ieħor, minn dar ċkejkna u żdingata fit-tarf ta' Sqaq l-Infern.

F'dan l-ewwel ktieb fit-Triloġija tal-Fiddien, dak li jibda bħala misteru fil-ħajja ta' kuljum jispiċċa jġorrna miegħu fi vjaġġ uniku: mid-drammatiku għall-avventuruż, mill-fantastiku għall-istoriku, bi ħjiel ta' seħer medjevali li jispikka f'periklu u jsib il-qofol tiegħu fiż-żewġ volumi li jmiss.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]