Maħres: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 2A02:A03F:4049:D200:5402:E65B:3816:949D (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' [[Utent:Lel...
m Bot: Migrating 3 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q3176075
Linja 17: Linja 17:
==Il-Kultura==
==Il-Kultura==
Il-Maħres hu magħruf għax ilu sa mill-1988 jospita l-Festival Internazzjonali tal-Arti Plastika kull sajf.
Il-Maħres hu magħruf għax ilu sa mill-1988 jospita l-Festival Internazzjonali tal-Arti Plastika kull sajf.

[[en: Mahares]]
[[fr: Mahres]]
[[it: Mahres]]

Reviżjoni ta' 11:59, 23 Awwissu 2017

Maħres hi belt żgħira fit-Tuneżija. L-isem bl-Għarbi Tuniżin ifisser "imkien il-għassa", magħrufa wkoll bħala "El Maħres", , b'popolazzjoni ta' madwar 17,000 ruħ. Matul is-sajf, il-popolazzjoni tikber għal madwar 30,000 billi jiġu lura ħafna mill-abitanti tagħha jkun jgħixu fid-dijaspora mxerrdin ma' Franza u bnadi oħrajn fl-Ewropa tal-Punent.

Il-Ġrajja

Il-Maħres jinsab f'qagħda strateġika bejn żewġ toroq importanti ta' Żmien ir-Rumani li kienu jgħaqqdu Kartaġni ma' Lixandra. Il-fortizza Bizantina ta' Junga, li hi s-sit arkeoloġiku waħdieni tax-xorta tiegħu f'dar-reġjun, tibqa' xhieda tas-siwi storiku tal-Maħres.

Isem il-belt ġej mill-funzjoni ta' ħarsien li kellu minn Żmien il-Qedem sal-Perijodu Għarbi. Il-Maħres kellu sehem ewlieni fl-imperu Feniċju fit-Tuneżija bħala port kummerjċali, u dan għen bil-kif sabiex il-Berberi jaqilbu għat-twemmin Nisrani matul il-perijodi tar-Rumani u tal-Bizantini. Matul il-perijodu Aglabita, li fih il-preżenza Għarbija ddominat, il-Maħres kien ilqugħ siewi kontra l-invażjonijiet.

L-Ekonomija

Il-belt tgħix bil-koltivazzjoni taż-żebbuġ, b'għasir iż-żejt taż-żebbuġa, bis-sajd, bl-industrija agro-alimentari, bl-industrija tal-għamara, u bil-manifattura tat-tessuti. Wieħed mill-akbar imsaġar taż-żebbuġ tal-Afrika jinsab proprju fit-territorju tal-Maħres.

Barra minn hekk, il-port tas-sajjieda, li kien inawgurat mill-President ta' dak iż-żmien Ħabib Burgiba nhar il-21 ta' April tal-1987, iservi wkoll ta' lok ta' rikreazzjoni għall-abitanti tal-belt, barra milli jaqdi rwol ekonomiku.

Disa' kilometri 'l fuq mill-belt hemm l-impjant tal-gass SIAP, immexxi mill-grupp Britanniku British Gas, li jissupplixxi 50% tal-ħtiġiet tal-gass naturali li għandha t-Tuneżija.

Il-Maħres hu magħruf għax-xtajta twila tiegħu, jisimha x-Xaffar, li hi l-aktar xtajta magħrufa fil-governorat ta' Sfaks. Ix-Xaffar qiegħed tliet kilometri 'l fuq mill-Maħres, u jżuruh l-aktar l-abitanti ta' Sfaks.

Il-Kultura

Il-Maħres hu magħruf għax ilu sa mill-1988 jospita l-Festival Internazzjonali tal-Arti Plastika kull sajf.