Carlos Alonso González: Differenza bejn il-verżjonijiet
m robot Modifying: es:Carlos Alonso "Santillana" |
|||
Linja 59: | Linja 59: | ||
[[Kategorija:Nies ħajjin]] |
[[Kategorija:Nies ħajjin]] |
||
[[Kategorija:Futbolers Spanjoli]] |
[[Kategorija:Futbolers Spanjoli]] |
||
[[Kategorija:Futbolers internazzjonali ta' Spanja]] |
|||
[[Kategorija:Plejers tal-La Liga]] |
|||
[[Kategorija:Plejers ta' Racing de Santander]] |
[[Kategorija:Plejers ta' Racing de Santander]] |
||
[[Kategorija:Plejers ta' Real Madrid CF]] |
[[Kategorija:Plejers ta' Real Madrid CF]] |
||
[[Kategorija:Plejers tal-Kampjonati Ewropej tal-UEFA 1976]] |
|||
[[Kategorija:Plejers tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 1978]] |
|||
[[Kategorija:Plejers tal-Kampjonati Ewropej tal-UEFA 1980]] |
|||
[[Kategorija:Plejers tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 1982]] |
|||
[[Kategorija:Plejers tal-Kampjonati Ewropej tal-UEFA 1984]] |
|||
[[ar:كارلوس سانتيلانا]] |
[[ar:كارلوس سانتيلانا]] |
Reviżjoni ta' 08:17, 19 Ġunju 2010
Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol Carlos Alonso González, magħruf aħjar bħala Santillana (Santillana del Mar, 23 ta' Awwissu 1952) kien plejer tal-futbol Spanjol li kien jilgħab bħala attakkant, ikkunsidrat fost l-aqwa plejers u attakkant li pajjiżu qatt ipproduċa.[1]
Karriera mal-klabbs
Santillana beda l-karriera professjonali tiegħu ma' Racing de Santander, qabel ma fl-età ta' dsatax-il sena sab ruħu fost l-iskwadra ta' Real Madrid. Fl-Ewwel Diviżjoni tal-1971, l-istaġun debuttanti tiegħu, hu skorja 10 partiti minn 34 logħba hekk kif Real ġew inkuranti ċampjins.
Mat-tim Madrilen, Santillana rebaħ total ta' disa' kampjonati, flimkien ma' erba' tazzi domestiċi u żewġ edizzjonijiet konsekuttivi tat-Tazza UEFA (fejn skorja fiż-żewġ finali). Hu lagħab rekord ta' 778 partita ma' Real Madrid, rekord li hu megħlub biss minn Manuel Sanchis, fejn f'dawn it-total ta' partiti rnexxielu jiskorja 352 gowl. Minkejja li hu t-tmien l-aqwa skorer ta' kull żmien tal-ewwel diviżjoni Spanjola, b'186 gowl f'461 partita, hu qatt ma rebaħ l-unur Pichichi.
Wara biss tnax-il partita fl-istaġun 1987–88, fejn skorja erba' darbiet, Santillana irtira mill-futbol fl-età ta' 36 sena, fejn skorja fir-rebħa ta' 2–1 kontra Real Valladoid, b'Real Madrid isegwu r-rebħ tat-tielet titlu in fila fl-aħħar tliet staġuni tiegħu.
Internazzjonali
Matul il-karriera internazzjonali tiegħu, Santillana kiseb 56 apparenza mat-tim nazzjonali Spanjol fejn skorja 15-il darba, bid-debutt tiegħu jseħħ nhar is-17 ta' April 1975, fil-konfront validu għall-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 1976 kontra l-Jugożlavja (għall-kronaka, il-partita ntemmet 1–1 ġewwa Madrid).
Hu rrparenżenta lil pajjiżu f'diversi kompetizzjonijiet internazzjonali. Ħa sehem fit-Tazza tad-Dinja 1978 li saret fl-Arġentina u fit-Tazza tad-Dinja 1982 li saret ġewwa pajjiżu. Barra minn hekk kien fl-iskwadra ta' tliet edizzjonijiet tal-Kampjonati Ewropej: fl-1976, fejn waslu sal-finali, fl-1980, fejn naqsu li jgħaddu għat-tieni rawnd, u fl-1984, fejn Spanja tilfu l-finali kontra l-ospiti Franza, b'Santillana jasal qrib li jiskorja l-gowl tal-ftuħ permezz ta' daqqa ta' ras li ġiet salvata minn fuq il-linja minn Luis Fernández.
Il-mument l-aktar emozzjonanti fil-karriera internazzjonali tiegħu wasal fil-21 ta' Diċembru 1983, matul partita mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej fejn f'Sevilla l-Ispanjoli kienu qed jilgħabu kontra t-tim nazzjonali ta' Malta. Bit-tim Spanjol jsegwi ħolma li jiskorjaw ħdax-il gowl biex jassiguraw il-kwalifikazzjoni, Santillana skorja tripletta fl-ewwel taqsima u żied gowl ieħor fit-tieni, hekk kif Spanja ikkwalifikat għall-ispejjeż tal-Olanda.
Referenzi
Ħoloq esterni
Predeċessur José Martínez Pirri |
Kaptan ta' Real Madrid 1979–1988 |
Suċċessur |