Sligo
| Sligo | ||
|---|---|---|
|
| ||
|
| ||
|
| ||
| Amministrazzjoni | ||
| Stat sovran | Irlanda | |
| Province of Ireland | Connacht (en) | |
| County of Ireland | County Sligo (mul) | |
| Isem uffiċjali |
Sligo Sligeach | |
| Ismijiet oriġinali |
Sligo Sligeach | |
| Kodiċi postali |
F91 | |
| Ġeografija | ||
| Koordinati | 54°16′00″N 8°29′00″W / 54.2667°N 8.4833°WKoordinati: 54°16′00″N 8°29′00″W / 54.2667°N 8.4833°W | |
| Superfiċjenti | 30.86 kilometru kwadru | |
| Għoli | 13 m | |
| Demografija | ||
| Popolazzjoni | 19,199 abitanti (2016) | |
| Informazzjoni oħra | ||
| Kodiċi tat-telefon |
71 | |
| Żona tal-Ħin | UTC±0 | |
| bliet ġemellati |
Kempten (Allgäu) (mul) | |
| sligoborough.ie | ||
Sligo hija belt żgħira fir-Repubblika ta' l-Irlanda, u dik ewlenija ta' County Sligo. Fl-2006 kienet tgħodd 18 -il elf ruħ. Hija tinsab imdawra b'muntanji u nixxigħat. L-eqreb belt ta' l-istess kobor hija dik ta' Derry fl-Irlanda ta' Fuq, li hija 120 kilometru 'l bogħod.
Nies Magħrufa
[immodifika | immodifika s-sors]
Fost l-aktar nies magħrufa li ħarġu minn din il-belt hemm id-direttur tal-films Neil Jordan. Il-poeta William Butler Yeats għadda snin twal fi Sligo, u jinsab midfun f'Drumcliffe, County Sligo.
Ħuh il-pittur Jack Butler Yeats huwa l-artista li l-aktar li ta fama lil din il-belt ċkejkna, meta kien għamel żmien twil ipitter it-toroq u l-port tagħha, kif ukoll il-pajsaġġ tal-madwar.
Biex tasal Sligo
[immodifika | immodifika s-sors]Sligo qiegħda ftit kilometri biss 'il bogħod mill-Irlanda ta' Fuq, għalkemm l-aħjar modi ta' trasport pubbliku huma permezz tal-ferrovija li taħdem tliet darbiet kuljum lejn Dublin via Mullingar. Jekk wieħed irid jasal Derry fl-Irlanda ta' Fuq, l-aħjar jaqbad is-servizz tal-pullman li jitlaq minn Galway u li jieqaf għal ftit ħin fi Sligo.
L-ajruport ta' Sligo huwa ħames kilometri biss mill-qalba tal-belt. Huwa għandu titjiriet diretti lejn Dublin li tieħu 40 minuta u lejn Manchester, li tieħu 80 minuta.