Aqbeż għall-kontentut

Simone de Beauvoir

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Simone de Beauvoir
Ħajja
Isem propju Simone Lucie Ernestine Marie Bertrand de Beauvoir
Twelid sitt arrondissement ta' Pariġiu Pariġi, 9 Jannar 1908
Nazzjonalità Franza
Residenza Pariġi
Marsilja
Rouen
L-ewwel lingwa Franċiż
Mewt rue Victor-Schœlcher (en) Translate, 14th arrondissement of Paris (en) Translateu Pariġi, 14 April 1986
Post tad-dfin Ċimiterju ta' Montparnasse
Kawża tal-mewt kawżi naturali (pulmonite)
Familja
Konjuga/i Not married
Koppja/i Jean-Paul Sartre (mul) Translate
Claude Lanzmann (mul) Translate
Nelson Algren (en) Translate
Aħwa
Tribù Bertrand de Beauvoir family (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Pariġi
Lycée Fénelon, Paris (en) Translate
Livell tal-edukazzjoni agrégation (en) Translate
Lingwi Franċiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni filosfu politiku
ġurnalist
rumanzier
awtobijografu
saġġist
attivist politiku
djarist
women letter writer (en) Translate
filosofu
kritiku letterarju
kittieb
awtur
femminista
philosophy teacher (en) Translate
Xogħlijiet importanti The Mandarins (en) Translate
When Things of the Spirit Come First (en) Translate
Pyrrhus and Cineas (en) Translate
The Second Sex (en) Translate
She Came to Stay (en) Translate
Force of Circumstance (en) Translate
Premjijiet
Nominat għal
uri
  • [[Premju Nobel għal-Letteratura]]
    (1961)
Influwenzat minn Jean-Paul Sartre (mul) Translate
Alfred Adler (mul) Translate
Sħubija comité de lecture des éditions Gallimard (en) Translate
Moviment ateiżmu
femminiżmu
eżistenzjaliżmu
Psewdonomu Le Castor

Simone Lucie Ernestine Marie Bertrand de Beauvoir, bil-Franċiż: [simɔn də bovwaʁ] (9 ta’ Jannar 1908 – 14 ta’ April 1986) kienet filosofa eżistenzjalista, kittieba, teorista soċjali u attivista femminista . Hi ħalliet influwenza kbira kemm fuq l-eżistenzjaliżmu femminist kif ukoll fuq it-teorija femminista[1], għad li hi ma kinitx tikkunsidra lilha nfisha filosfa u lanqas kienet ikkunsidrata waħda minnhom meta mietet. [2] [3]

Beauvoir kitbet rumanzi, esejs, bijografiji, awtobijografiji, u monografi dwar il-filosofija, il-politika, u kwistjonijiet soċjali. Kienet magħrufa l-aktar għax-xogħol "xogħol innovattiv fil-filosofija femminista", [4] The Second Sex (1949), analiżi dettaljata tal-oppressjoni tan-nisa u serva ta' bażi għall-feminiżmu kontemporanju. Kienet magħrufa wkoll għar-rumanzi tagħha, l-aktar popolari kienu She Came to Stay (1943) u The Mandarins (1954). L-aktar kontribuzzjoni notevoli għal-letteratura hija l-memoirs, partikolarment l-ewwel volum, Mémoires d'une jeune fille rangée [5] (1958), li għandu deskrizzjoni qawwija u jmiss il-qalb.[6] Hija ngħatat ukoll ħafna premjijiet, uħud mill-aktar premjijiet notevoli kienu l-Premju Goncourt tal-1954, il-Premju Ġerusalemm tal-1975, u l-Premju tal-Istat Awstrijak għal-Letteratura Ewropea tal-1978 . Ħajjitha ma kinitx ward u żahar: kienet tilfet xogħolha għal ftit żmien wara li ġiet akkużata li abbużat sesswalment lil xi studenti tagħha. Hi u l-maħbub tagħha, Jean-Paul Sartre, flimkien ma’ bosta intellettwali Franċiżi oħra, għamlu kampanja għall-ħelsien ta’ nies li nstabu ħatja li wettqu reati sesswali fuq it-tfal u ffirmaw petizzjoni li kienet favur it-tneħħija tal-liġijiet tal-kunsens tal-età fi Franza . [7]

Ħajja personali

[immodifika | immodifika s-sors]

Beauvoir twieldet fid-9 ta' Jannar 1908, [8] f'familja Pariġjana borgiża fis-sitt arrondissement . [9] [10] Il-ġenituri tagħha kienu Georges Bertrand de Beauvoir, avukat li darba kien jaspira li jkun attur, [11] u Françoise Beauvoir (née Brasseur), bint bankier għani u Kattolika devota. Simone kellha oħtha, Hélène, li twieldet sentejn wara, fis-6 ta’ Ġunju 1910.

  1. ^ Bergoffen, Debra (16 August 2010). "Simone de Beauvoir". Stanford Encyclopedia of Philosophy. Stanford University. ISSN 1095-5054. Miġbur 11 June 2021.
  2. ^ Bergoffen, Debra; Burke, Megan (2021). "Simone de Beauvoir". The Stanford Encyclopedia of Philosophy. Metaphysics Research Lab, Stanford University. Miġbur 2022-04-09.
  3. ^ Cohen, Patricia (1998-09-26). "Beauvoir Emerges From Sartre's Shadow; Some Even Dare to Call Her a . . . Philosopher". The New York Times (bl-Ingliż). ISSN 0362-4331. Miġbur 2022-04-09.
  4. ^ "Simone de Beauvoir". The Stanford Encyclopedia of Philosophy. Metaphysics Research Lab, Stanford University. 2023.
  5. ^ "Mémoires d'une jeune fille rangée - Simone de Beauvoir". Babelio (bil-Franċiż). Miġbur 2023-03-02.
  6. ^ Harry George, Judge; Toyne, Anthony (1985). Oxford illustrated encyclopedia (bl-Ingliż). Oxford [England]: Oxford University Press. p. 40. ISBN 9780198691297.
  7. ^ Henley, Jon (23 February 2001). "Calls for legal child sex rebound on luminaries of May 68". The Guardian. Miġbur 28 December 2017.
  8. ^ "UPI Almanac for Thursday, Jan. 9, 2020". United Press International. 9 January 2020. Arkivjat mill-orġinal fl-15 January 2020. Miġbur 16 January 2020. ...French novelist Simone de Beauvoir in 1908
  9. ^ Freely, Maureen (6 June 1999). "Still the second sex". The Guardian. UK. Arkivjat mill-orġinal fl-13 April 2019. Miġbur 6 January 2019.
  10. ^ "Lisa Appignanesi's top 10 books by and about Simone de Beauvoir". The Guardian. UK. 8 January 2008. Arkivjat mill-orġinal fl-13 April 2019. Miġbur 6 January 2019.
  11. ^ Mussett, Shannon. Simone de Beauvoir Biography on the Internet Encyclopedia of Philosophy. Retrieved 11 April 2010.