Aqbeż għall-kontentut

Rush

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Rush hija band Kanadiża li kella l-bidu tagħha tard fl-1969. It-tlett membri fundaturi kienu Geddy Lee (baxx), Alex Lifeson(kitarri) u John Rutsey(batterija). Wara xi ħames snin, John Rutsey beda jħoss il-pressjoni ta 'touring' meta kien diġà miżżewweġ, kif ukoll marda kronika li qajla kienet tħallilu wisq enerġija. B'hekk ġie deċiż li jħalli l-band , minfloku daħal wieħed mill-aktar batteristi bravi li qatt rat id-dinja, Neil Peart.

Fl-1974 Rush kienu diġà ħarġu 'album' bl-istess isem, u dan kiseb suċċess moderat, minħabba li kien ibbażat fuq stil ta movimenti tipiċi ta 'Heavy Blues.'

Id-dħul ta Peart però' ġab stil ġdid ta kitba kemm mużikalment, kif ukoll bil-lirika tiegħu. Wara 'Rush' ipproduċew 'Fly by Night' u 'Caress of Steel' , li urew il-potenza li kien joħroġ biha Neil Peart.

Però' kienu it-tlett albums ta wara dawn, bejn l-1976 u l-1978 li l-grupp sploda bil-kbir fuq ix-xena nternazzjonali. Dawn it-tlett albums iġibu l-isem ta '2112' , 'A Farewell to Kings' u 'Hemispheres' , li bit-temi ta fantaxjenza tagħhom, ġibdu l-interess ta miljuni ta fans li xtraw l-albums.

L-album tal-1980 'Permanent Waves' ippunta lir-Rush f'sitwazzjoni totalment differenti, meta rrejalizzaw li minkejja li sa dak iż-żmien kienu biegħu miljuni ta miljuni ta diski, qatt ma kien għad kellhom suċċess kbir fuq ir-radju. L-eqreb li kienet waslet kienet 'Closer to the Heart' , minn 'Farewell to Kings'.

Minn 'Permanent Waves' ħarġet is-single 'Spirit of Radio' li fi żmien ġimgħa minn meta ġiet rilaxxata, telgħet fl-ewwel post fil klassifici Amerikani, u għada sal-llum magħrufa bħala 'Innu tar-Rock'.

'Waves' ġie segwit minn dak li hu probabbilment l-aktar album popolari u b'saħħtu tal-band. 'Moving Pictures' ħareġ fl-1982 u dritt sar tad-deheb fi żmien għaxart ijiem. Is-single 'Tom Sawyer' ġiet ivvutata l-aqwa diska fl-Amerika fl-1982, Neil Peart reġa rebaħ għat-tielet sena nfila 'Drummer of the year' , Geddy Lee ġabar xi ħames premijijiet internazzjonali għal-ħila tiegħu fuq il-baxx, u Alex Lifeson rikonoxximent għax-xogħol tiegħu fuq il-kitarri. Moving Pictures rebaħ l-awards kollha li seta jirbaħ album...L-aħjar Album, L-aħjar Produzzjoni, Single, Artwork, Lirika...prattikament kollox.

L-era ta dak iż-żmien fl-1982 kienet l-era tas-synthesizer, u r-Rush, bħal bands kbar oħra, fehmu li kellhom jimxu maż-żminijiet biex iżommu l-popolarita enormi li kienu nġabru madwar id-dinja, imma speċjalment fl-Amerika. L-ewwel album ta din l-era kien 'Signals' li huwa album meqjus u miktub fuq temi li jqanqlu ħsieb. Għal ħafna fans tar-Rush, dan l-album huwa wieħed mill-iktar li ghandom għal qalbhom. Wara Signals ġie 'Grace Under Pressure' meta l-perjodu tal-Gwerra Bierda kienet f'quċċata taħraq. It-temi ta 'Grace Under Pressure' iduru madwar dubji u gwerra, u mal-ħsejjes moderni tas-synthesizers ġew integrati il-kitarri 'heavy' kif nafuhom aħna. Suċċess enormi , u diski minn dan l-album għadhom jindaqqu 'live' sal-ġurnata tal-llum.

'Power Windows' u 'Hold your Fire' kienu żewġ albums li komplew it-tradizzjoni ta kitarri u synthesizer li issa kienu issetiljaw sew fih il-grupp, però' mingħajr ħafna fanfarunati, dawn l-albums battew ftit mil-popolarita tal-grupp. Minkejja dan, 'Hold your Fire' kellu numru ta tracks ġmielu li huma verament popolari sal-llum, u għadhom jindaqqu live regolarment.

Kien imiss lil 'Presto' jagħmel il-wasla tiegħu fl-1989, u dan l-album huwa veramant differenti minn dawk ta l-era elettronika, u kien hawn li l-grupp reġa ħa dak in-nifs ġdid. Fl-istess vena tiegħu kellna 'Roll the Bones' li minkejja li kien differenti ħafna, xorta kien album tajjeb immens.

Il-kbir kienu għadu ġej però'. Fl-1993 Rush marru lura għat-twemmin oriġinali tagħhom, u ħarġu album progressiv għall aħħar u tqil sew. Dan kien 'Counterparts', album li minnu nbiegħu miljuni kbar ta kopji.

Wara pawsa ta xi tlett snin, Rush ħarġu bl-album 'Test for Echo', u kien hawnhekk li traġedja laqtet lil Neil Peart.

Fl-4 ta Lulju, l-unika bint ta Neil , Selena,ta dsatax il-sena, mietet meta nqalbet bil-karozza tagħha fuq Highway401 f'Ontario. Għaxar xhur wara traġedja oħra laqtet il Familja Peart , meta mietet Jacqueline Taylor, il-mara ta Neil Peart. Kienu ilhom miżżewġin 22 sena, u għalkemm hi mietet b'kanċer, Neil jibqa jinsisti li hi mietet b'qalb maqsuma.

Fl-2002 Peart iddeċieda li kien lest jerġa jingħaqad ma sħabu Alex u Gedddy. Pront bdiet il-kitba ta l-album il-ġdid tagħhom 'Vapor Trails'. Dan l-album ġie milqugħ bi gratitudni kbira mil-miljuni ta fans li kienu maħsuda b'dak li gara lil Peart.

Fl-2004 , Rush ħarġu album ta 'covers' , jismu 'Feedback'. Dan kien għal skop filantropiku, u bħal kull album tar-Rush, inxtara ħafna. Ma dan l-album, il-grupp reġa beda jagħmel it-Tours fl-Ewropa, fosthom tletin kunċert fl-Ingilterra, fejn kull tejatru kien ippakjat u nies jixtru l-biljetti mill-idejn għal prezzijiet ersorbitanti.

L-2007 ra album ieħor mingħand dan it-Trio. 'Snakes and Arrows' huwa album tipiku progressiv minn dan il-grupp li paxxa tant nies bil-mużika Rock Progressiv tagħha.

Il-grupp issa ilu l-istess għal dawn l-aħħar 34 sena', u għadu jagħmel 'tours' madwar ix-xena internazzjonali kollha.