Aqbeż għall-kontentut

Rudolf Clausius

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Rudolf Clausius
rettur

1884 - 1885
Joseph Langen (en) Translate - Karl Binz (en) Translate
Ħajja
Isem propju Rudolf Julius Emanuel Clausius
Twelid Koszalin (mul) Translate, 2 Jannar 1822
Nazzjonalità Renju tal-Prussja
Mewt Bonn, 24 Awwissu 1888
Post tad-dfin Alter Friedhof Bonn (en) Translate
Familja
Konjuga/i Adelheid Rimpau (mul) Translate  (1859 -  1875)
Sophie Sack (mul) Translate  (1886 -  1888)
Ulied
uri
Edukazzjoni
Alma mater Friedrich-Wilhelms-Gymnasium (mul) Translate 1840)
Università ta' Halle-Wittenberg 1847) Dottore
Università Friedrich-Wilhelms
(1840 - 1844)
Livell tal-edukazzjoni PhD fil-filosofija
honorary doctorate (en) Translate
Teżi De iis atmosphaere particulis quibus lumen reflectitur
Direttur tat-teżi Johann Schweigger (en) Translate
Studenti dottorali Carl von Linde
Lingwi Ġermaniż
Għalliema Johann Schweigger (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni għalliem fl-università
matematiku
fiżiku teoriku
fiżiku
Post tax-xogħol Bonn
Würzburg
Impjegaturi Università ta' Zurich
Università Friedrich-Wilhelms  (1850 -  1855)
ETH Zurich (en) Translate  (1855 -  1867)
Università ta' Würzburg  (1867 -  1869)
Università ta' Bonn  (1869 -  1888)
Xogħlijiet importanti Clausius theorem (en) Translate
Clausius–Clapeyron relation (en) Translate
Clausius–Mossotti relation (en) Translate
Clausius number (en) Translate
Clausius–Duhem inequality (en) Translate
Clausius's postulate (en) Translate
heat death paradox (en) Translate
Q131699758 Translate
Premjijiet
Sħubija Soċjetà Rjali
Akkademja Ġermaniża tax-Xjenzi Leopoldina
Akkademja Rjali Żvediża tax-Xjenzi
Akkademja tax-Xjenzi ta' San Pietruburgu
Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi
Akkademja Ungeriża tax-Xjenzi
Koninklijke Nederlandse Akademie van Wetenschappen
Accademia dei Lincei
Akkademja tax-Xjenzi Prussjana
Accademia Nazionale delle Scienze detta dei XL
Soċjetà Rjali ta' Edinburgu
Akkademja tax-Xjenzi ta' Göttingen
Akkademja Bavarjana tax-Xjenzi
Akkademja Nazzjonali tax-Xjenzi
Akkademja tax-Xjenzi ta’ Torino
Servizz militari
Iġġieldu gwerra Franko Prussjana
Battle of Mars-la-Tour (en) Translate
Battle of Gravelotte (en) Translate

Rudolf Julius Emanuel Clausius (imwieled Rudolf Gotitlieb[1]) (2 ta' Jannar, 1822 - 24 ta' Awissu 24, 1888), kien fiżiku u matematiku Ġermaniż u hu meqjus bħala wieħed mill-fundaturi ċentrali tax-xjenza tat-termodinamika[2]. Permezz tal-formolazzjoni ġdida tiegħu tal-prinċipju ta' Sadi Carnot magħrufa bħala ċ-Ċiklu ta' Carnot, poġġa t-teorija tas-sħana fuq bażi aktar veru u soda. Fl-artiklu l-aktar importanti tiegħu, Dwar it-teorija mekkanika tas-sħana, ippubblikat fl-1850, ifformola ghall-ewwel darba l-ideat bażiċi tat-tieni liġi tat-termodinamika. Fl-1865 introduċa l-kunċett tal-entropija.

Clausius twieled f'Köslin (issa tissejjaħ Koszalin) fil-Provinċja tal-Pomeranja. Beda l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola ta' missieru. Wara ftit snin, beda jmur il-Ġinnażju fi Stettin (issa Szczecin). Clausius ħa l-lawrja mill-Università ta' Berlin fl-1844 fejn studja l-matematika u l-fiżika taħt, fost oħrajn, Heinrich Magnus, Johann Dirichlet u Jakob Steiner. Studja wkoll l-istorja taħt Leopold von Ranke. Fl-1847, ħa dottorat mill-Università ta' Halle b'tezi dwar l-effetti ottiċi fl-atmosfera tal-Art. Imbagħad laħaq professur tal-fiżika fl-iSkola Rjali tal-Artilerija u l-Inġinerija f'Berlin u Privatdozent fl-Università ta' Berlin. Fl-1855 huwa sar professur fl-ETH Zürich, l-Istitut Federali Żvizzeru tat-Teknoloġija f'Zürich, fejn baqa' sal-1867. Matul dik is-sena, telaq biex isir professur fl-Università ta' Würzburg u sentejn wara, fl-1869 fl-Università ta' Bonn.

Ix-xogħol tiegħu

[immodifika | immodifika s-sors]

It-teżi tad-Dottorat ta' Clausius dwar ir-rifrazzjoni tad-dawl ipproponiet li naraw is-sema kaħla matul il-jum, u gradi differenti ta' aħmar fi tlugħ u nżul ix-xemx (fost fenomeni oħra) minħabba r-rifrazzjoni u r-riflessjoni tad-dawl. Aktar tard, Lord Rayleigh kellu juri li fil-fatt dan kien minħabba t-tifrix tad-dawl, imma madankollu, Clausius kien uża approċċ ferm aktar matematiku milli kien użaw xi wħud.

L-artiklu l-aktar famuż tiegħu, "Über die bewegende Kraft der Wärme" ("Dwar il-qawwa li tmexxi tas-sħana") [3] ġie ppubblikat fl-1850, u ttratta t-teorija mekkanika tas-sħana. F'dan id-dokument, wera li kien hemm kontradizzjoni bejn il-prinċipju ta' Carnot u l-kunċett tal-konservazzjoni tal-enerġija. Clausius ifformola mill-ġdid iż-żewġ liġijiet tat-termodinamika biex titneħħa din il-kontradizzjoni (it-tielet liġi ġiet żviluppata minn Walther Nernst, matul is-snin 1906-1912). Dan id-dokument għamlu famuż fost ix-xjenzjati.

Matul l-1857, Clausius ikkontribwixxa għall-qasam tat-teorija ċinetika wara li rfina l-mudell ċinetiku sempliċi ħafna tal-gassijiet ta' Awissu Krönig biex jinkludi movimenti translazzjonali, rotazzjonali u vibrazzjonali. F'dan l-istess xogħol introduċa l-kunċett tal-"Mogħdija ħielsa medja" ta' partiċella. [4] [5] [6].

Clausius iddeduċa r-relazzjoni ta' Clausius-Clapeyron mit-termodinamika. Din ir-relazzjoni, li hi mod kif tista' tiġi kkaratterizzata l-tranżizzjoni tal-fażi bejn żewġ stati tal-materja bħal solidu u likwidu, oriġinarjament kienet ġiet żviluppata fl-1834 minn Émile Clapeyron.

Fl-1865, Clausius ta l-ewwel verżjoni matematika tal-kunċett tal-entropija, u taha isimha wkoll. Użat l-unità ‘Clausius' issa abbandunata (simbolu: "'Cl"') għall-entropija. Clausius ħa l-kelma "entropija" mill-Grieg, en + tropein, jiġifieri "kontenut ta' bidla" ("Verwandlungsinhalt") [7] [8],

1 Cl = 1 kal/°C = 4.1868 joule għal kull kelvin (J/K)

Dawn huma żewġ frażijiet famużi li qal Clausius fl-1865:

L-enerġija tal-univers hi kostanti.

L-entropija tal-univers dejjem tersaq lejn il-massimu.

  1. Atkins, P.W. The Second Law (It-Tieni Liġi ), New York, Scientific American Library, 1984, isbn 0-7167-5004-X)
  2. Cardwell, D.S.L. From Watt to Clausius: The Rise of Thermodynamics in the Early Industrial Age (Minn Watt sa Clausius: Il-Bidu tat-Termodinamika fl-Età Industrijali bikrija ), Londra, Heinemann, 1971, isbn 0-435-54150-1
  3. Clausius, R. Über die bewegende Kraft der Wärme, Parti I, Parti II, Annalen der Physik, vol. 79, paġni 368–397, 500–524, 1850
  4. Clausius, R. Über die Art der Bewegung, die wir Wärme nennen, Annalen der Physik, vol. 100, paġni 353–379, 1857
  5. Clausius, R. Über die Wärmeleitung gasförmiger Körper, Annalen der Physik, vol. 15, paġni 1–57, 1862
  6. Clausius, R. (1864), Abhandlungen über die Mechanische Wärmetheorie. Manuskritt elettroniku minn Bibliothèque nationale de France
  7. Clausius, R. Über die Wärmeleitung gasförmiger Körper, Annalen der Physik, vol. 125, paġni 353–400, 1865
  8. Clausius, R. (1865). The Mechanical Theory of Heat – with its Applications to the Steam Engine and to Physical Properties of Bodies. London: John van Voorst, 1 Paternoster Row. MDCCCLXVII

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Revival of Kinetic Theory by Clausius
  • bijografija ta' Clausius fuq MacTutor
  • Chisholm, Hugh, ed (1911). "Clausius, Rudolf Julius Emmanuel". Encyclopædia Britannica (Il-ħdax l-ed.). Cambridge University Press.