Aqbeż għall-kontentut

Rivalità bejn Liverpool FC u Manchester United FC

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Ir-rivalità bejn Liverpool FC u Manchester United FC hija r-rivalità f'termini tal-logħba tal-futbol bejn il-klabbs Ingliżi ta' Liverpool u Manchester United, ikkunsidrata bħalafost l-ikbar rivalitajiet fl-Ingilterra.

Iż-żewġ klabbs huma wkoll it-timijiet bl-aktar suċċessi fl-Ingilterra; bejniethom rebħu 119-il unur, 59 għal Liverpool u 60 għal Manchester United. Il-logħba ġeneralment tintlagħab wara nofsinhar, kemm għal raġunijiet ta' iktar interess tal-istampa u kif ukoll biex ma jinkoraġġixux lill-partitarji biex jixorbu qabel il-logħba. Il-plejer ta' Manchester United Ryan Giggs stqarr li Liverpool kontra Manchester United hija "probabilment l-aktar logħba famuża fil-futbol Ingliż".[1]

Rivalità bejn il-bliet

[immodifika | immodifika s-sors]

Ir-rivalità tista' tiġi kkunsidrata bħala manifestazzjoni ta' dik li kienet diġà teżisti bejn iż-żewġt ibliet miż-żminijiet industrijali. Matul dan iż-żmien it-tnejn li huma kienu qegħdin jikkompetu ma' xulxin għas-supremazija tan-naħa Majjistrali, b'Manchester famuża għall-manifattura waqt li Liverpool kienet famuża għall-importanza tal-port.[2] Meta l-Manchester Ship Canal ġie miftuħ, il-vapuri setgħu jibdew jaqbżu lill-belt ta' Liverpool u jittrasportaw il-merkanzija direttament Manchester. Dan fisser nuqqas ta' dovuti għan-negozjanti ta' Liverpool, li wassal għal telfien ta' xogħol fil-port u rabba ċertu ostilità mir-residenti ta' Liverpool. L-istoriċi, ġeneralment, jagħrrfu dan l-inċident bħala l-kawża għala r-rivalità bejn iż-żewġt ibliet teżisti.[3] Barra minn hekk, l-emblema ta' Manchester United tinkludi vapur li jirrapreżenta l-Manchester Ship Canal u jirrifletti l-għeruq tal-kummerċ tal-istess belt. Dan il-vapur jidher ukoll fl-emblema tal-kunsill ta' Manchester u tal-klabb ta' Manchester City.

Rivalità fil-futbol

[immodifika | immodifika s-sors]

Iż-żewġ klabbs jirreklamaw irwieħhom bit-titlu ta' "l-akbar klabb Ingliż", bit-tnejn li huma rebbieħa ta' iktar minn 50 trofew sinjifikanti. Liverpool iddominaw il-futbol Ingliż bejn l-1975 u l-1990, fejn rebħu ħdax-il kampjonat u erba' titli tat-Tazza Ewropea, u inklużi diversi staġuni fejn rebħu numru ta' trofej fil-kamp domestiku u dak Ewropew. Manchester United ilhom jiddominaw il-futbol Ingliż mill-1993 fejn rebħu tnax-il kampjonat u żewġ Tazez Ewropej. Attwalment, Manchester United għandhom 34 titlu domestiku u Liverpool għandhom 33.

Tim Kampjonat FA Cup League Cup Tazza taċ-Ċampjins Tazza UEFA Tazza tat-Tazez Community Shield Super Cup Ewropea Tazza Interkontinentali Tazza tad-Dinja tal-Klabbs Total
Liverpool18785301530059
Manchester United191143011911160
Total37181283134411119
Tabella korretta sat-13 ta' Mejju 2012.

Trasferimenti ta' plejers

[immodifika | immodifika s-sors]

Mit-trasferiment fl-1964 ta' Phil Chisnall minn ma' United għal ma' Liverpool, l-ebda plejer ma' għadda direttament bejn iż-żewġ klabbs.[4] Madanakollu, ċerti plejers lagħbu għaż-żewġ timijiet matul il-karriera tagħhom, minkejja li għamlu dan wara li lagħbu ma' timijiet oħra qabel, bħal Paul Ince (li lagħab ma' Inter bejniethom) u Peter Beardsley (Vancouver Whitecaps u Newcastle United) u riċentament Michael Owen (Real Madrid u Newcastle United). Fl-2007 kien hemm offerta mingħand Liverpool biex jiffirmaw lil Gabriel Heinze ta' United, però United irrifjutaw li l-plejer tagħhom jingħaqad ma' wieħed mill-akbar rivali tagħhom. United sostnew li kien ġie maqbul li Heinze jingħaqad ma' klabb barrani ġaladarba jiddeċiedi li jitlaq.[5] Heinze eventwalment ingħaqad ma' Real Madrid minflok.

Data[6] Isem Minn Ma' Somma[7]
Awwissu 1912 Tom Chorlton Liverpool Manchester United
Novembru 1913 Jackie Sheldon Manchester United Liverpool
Settembru 1920 Tom Miller Liverpool Manchester United £2,000
Mejju 1921 Fred Hopkin Manchester United Liverpool
Frar 1929 Tommy Reid Liverpool Manchester United
Jannar 1938 Ted Savage Liverpool Manchester United
Novembru 1938 Allenby Chilton Liverpool Manchester United
Frar 1954 Thomas McNulty Manchester United Liverpool £7,000
April 1964 Phil Chisnall Manchester United Liverpool £25,000
Rebħiet ta' Manchester UnitedDrosRebħiet ta' Liverpool
Kampjonat634353
FA Cup944
League Cup103
Oħrajn132
Total745162

L-aħħar ħames konfronti

[immodifika | immodifika s-sors]
Data Tim ġewwa daru Riżultat Tim barra minn daru Grawnd Kompetizzjoni
15 ta' Ottubru 2011Liverpool1–1Manchester UnitedAnfieldPremier League
28 ta' Jannar 2012Liverpool2–1Manchester UnitedAnfieldFA Cup
11 ta' Frar 2012Manchester United2–1LiverpoolOld TraffordPremier League
23 ta' Settembru 2012Liverpool1–2Manchester UnitedAnfieldPremier League
13 ta' Jannar 2013Manchester United2–1LiverpoolOld TraffordPremier League
  1. "Interview: Ryan Giggs" (bl-Ingliż). BBC. 2008-03-22. Miġbur 2008-03-22.
  2. Rohrer, Finlo (2007-08-21). "Scouse v Manc" (bl-Ingliż). BBC. Miġbur 2008-09-21.
  3. Mitten, Andy (2008). Mad for It (bl-Ingliż). Londra: HarperSport. pp. 6–7. ISBN 978-0-00-728080-3.
  4. "The day that Phil crossed the great divide!" (bl-Ingliż). Liverpool Echo. 2007-07-06. Miġbur 2008-08-21.
  5. "Liverpool Eyeing Heinze". thesoccerblog.org (bl-Ingliż). 2007-07-03. Arkivjat mill-orġinal fl-2007-09-28. Miġbur 2007-07-09.
  6. Mitten, Andy (2007). The Man Utd Miscellany (bl-Ingliż). Londra: Vision Sports Publishing. p. 30. ISBN 978-1-905326-27-3.
  7. Hinson, Paul. "United All-Time Transfer List". Red11.org (bl-Ingliż). Miġbur 2008-08-03.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]