Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda 68/262
Ir-Riżoluzzjoni 68/262 tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda ġiet adottata fis-27 ta' Marzu 2014 mit-tmienja u sittin sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda b'reazzjoni għall-annessjoni Russa tal-Krimea u intitolata "Integrità territorjali tal-Ukrajna". Ir-riżoluzzjoni mhux vinkolanti, li kienet appoġġjata minn mitt stat membru tal-Ġnus Magħquda, affermat l-impenn tal-Assemblea Ġenerali għall-integrità territorjali tal-Ukrajna fi ħdan il-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment tagħha u enfasizzat l-invalidità tar-referendum tal-Krimea tal-2014. Ħdax-il nazzjon ivvotaw kontra r-riżoluzzjoni, filwaqt li 58 astjenew, u 24 stati oħra kienu nieqsa meta saret il-votazzjoni.
Ir-riżoluzzjoni ġiet introdotta mill-Kanada, il-Kosta Rika, il-Ġermanja, il-Litwanja, il-Polonja u l-Ukrajna.[1] L-adozzjoni tar-riżoluzzjoni kienet preċeduta mit-tentattivi bla suċċess tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda li sejjaħ seba' sessjonijiet biex jindirizza l-kriżi tal-Krimea, biss kellu jaffaċċja l-veto Russu.[2]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "UN General Assembly adopts resolution affirming Ukraine's territorial integrity" (bl-Ingliż). Xinhua. 2014-03-28. Miġbur 2014-03-30.
- ^ "Backing Ukraine's territorial integrity, UN Assembly declares Crimea referendum invalid" (bl-Ingliż). Ġnus Magħquda. 2014-03-27. Miġbur 2014-03-30.