Paul Asciak
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Paul Asciak | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Valletta, 28 Jannar 1923 |
Nazzjonalità |
Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta Malta |
Mewt | 21 April 2015 |
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Malti |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | kantant tal-opri |
Tip ta' leħen | tenur |
Strument/i tal-mużika | vuċi |
Paul Asciak (Valletta, 28 ta' Jannar 1923 - 21 ta' April 2015) kien tenur Malti ta' fama.
Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola ta’ San Pawl, il-Belt u fis-Seminarju.
Karriera Operistika
[immodifika | immodifika s-sors]Id-debutt operistiku ta’ Asciak f’Malta kien bħala Turiddu fil-Cavalleria Rusticana ta’ Mascagni fl-1946.
Id-debutt tiegħu fl-Italja għamlu fl-1950 meta kanta l-parti ta’ Manrico f’Il Trovatore ta’ Verdi f’Catanzaro. Wara li pparteċipa f’kunċerti mal-kantanti famużi, Tito Schipa u Maria Caniglia, Asciak ġie nkoraġġit minn din tal-aħħar, biex ikompli l-istudji tiegħu u f’Marzu tal-1950 mar Ruma. L-inizjattiva ta’ Caniglia wasslet lil Asciak jiġi fdat mal-għalliem Alberto Paoletti tat-Teatro dell’Opera, ta’ Ruma.
Fl-1951 huwa rebaħ il-Concorso per Giovani Cantanti Lirici flimkien ma’ Franco Corelli, Anita Cerquetti u Gabriella Tucci. Huwa ingħata borża ta’ studju biex jitħarreġ fil-vuċi taħt il-gwida ta’ Giuseppe Bertelli, Luigi Ricci u Riccardo Picozzi fit-Teatro dell’Opera f’Ruma. Fl-1951, fl-Italja kanta il-partijiet prinċipali f’diversi opri.
Fl-1952, hu ngħaqad mar-Royal Opera Covent Garden Company bħala tenur solista. Sal-1958, huwa deher ‘il fuq minn ħamsin darba f’partijiet varji fosthom Flavio f’Norma ma’ Maria Callas. Huwa kanta mal-Welsh National Opera Company, The Dublin Grand Opera, u mal-Carl Rosa Opera Company. Huwa kanta ħafna drabi fuq il-BBC u anke fuq l-ITV (1952-59) kif ukoll kanta l-partijiet prinċipali f’diversi opri oħra fl-Ingilterra. Asciak ta ħafna kunċerti, li nkludew ukoll ir- Requiem ta’ Verdi, il-parti kbira tagħhom f’Wales.
F’Malta, huwa kanta l-partijiet prinċipali f’Ernani, Il Trovatore, Aida, Otello ta’ Verdi, Carmen u Pagliacci.
Asciak ħalla l-palk fl-1961, imma ngħaqad mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, sakemm irtira bħala Kap tad-Dipartiment tal-Mużika fl-1984. Fl-1994, Paul Asciak ingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika, u fl-2013 Membru tal-Unur.
Permezz tat-tagħlim tal-mużika u l-arti tal-kant, hu għadda l-esperjenza vasta tiegħu lil kantanti oħra Maltin, fost dawn lit-tenur ta’ fama internazzjonali Joseph Calleja.