Park Nazzjonali ta' Manovo-Gounda St Floris
Il-Park Nazzjonali ta' Manovo-Gounda St Floris (bil-Franċiż: Parc national du Manovo-Gounda St Floris) huwa park nazzjonali u Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-prefettura ta' Bamingui-Bangoran fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, qrib il-fruntiera maċ-Chad. Tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988 minħabba l-bijodiversità unika li tgħix fih.[1]
Flora u Fawna
[immodifika | immodifika s-sors]Fost l-ispeċijiet notevoli li jgħixu fil-park hemm ir-rinoċeronti suwed, l-iljunfanti, iċ-cheetah tas-Sudan, il-leopardi, il-gazzelli ta' rashom bl-aħmar, il-bufli, il-ġiraffi, l-iljuni, u firxa wiesgħa ta' speċijiet ta' għasafar tal-ilma fil-pjanuri tal-għargħar tat-Tramuntana.
Is-sit huwa mhedded minħabba li l-organiżmi selvaġġi tiegħu qed imutu u l-ispeċijiet tal-annimali qed jinqerdu. Ir-rinoċeront iswed tal-Punent li kien indiġenu għar-Repubblika Ċentru-Afrikana ġie estint fl-2011. Is-sit tniżżel fil-lista tas-siti fil-perikli wara rapporti ta' ragħa u nsib illegali minn kaċċaturi armati sa snienhom, li jaf qatlu saħansitra 80 % tal-organiżmi selvaġġi tal-park. Il-qtil b'armi tan-nar ta' erba' membri tal-persunal tal-park fil-bidu tal-1997 u l-istat ġenerali ta' deterjorament tas-sigurtà wasslu biex il-proġetti kollha tal-iżvilupp u tat-turiżmu jitwaqqfu ħesrem.[2]
Il-gvern tar-Repubblika Ċentru-Afrikana ppropona li jassenja r-responsabbiltà tal-ġestjoni tas-sit lil fondazzjoni privata. It-tħejjija ta' rapport dettaljat dwar l-istat ta' konservazzjoni u ta' pjan ta' riabilitazzjoni biex is-sit ġie rrakkomandat mill-Kumitat tal-Wirt Dinji fl-1998. Fi ħdan il-park qed isiru programmi ta' tnissil tal-organiżmi selvaġġi biex il-popolazzjonijiet jirpiljaw.
Pożizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-park jokkupa l-biċċa l-kbira tan-naħa tal-Lvant tal-provinċja ta' Bamingui-Bangoran fit-Tramuntana tal-pajjiż. Il-konfini tat-Tramuntana tal-park imiss mal-fruntiera internazzjonali maċ-Chad tul ix-xmajjar Aouk (Bahr) u Kameur. Il-fruntiera tal-Lvant hija x-xmara Vakaga, il-fruntiera tal-Punent hija x-xmara Manovo, madwar 40 kilometru (25 mil) fil-Lvant ta' N'Délé, u l-fruntiera tan-Nofsinhar huwa l-irdum tal-Massif des Bongo. It-triq bejn Ndéle u Birao tgħaddi minn ġol-park.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Park Nazzjonali ta' Manovo-Gounda St Floris ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".[1]
Iktar qari
[immodifika | immodifika s-sors]- Barber, K., Buchanan, S. & Galbreath, P. (1980). An Ecological Survey of the St Floris National Park, Central African Republic. IPAD, US National Park Service, Washington D.C.
- Buchanan, S. & Schacht, W. (1979). Ecological investigations in the Manovo-Gounda-St Floris National Park ISBN B0007AWI2G. Ministre des Eaux, Forêts, Chasses et Pêches, Bangui. CAR
- CAR (1987). Nomination of the Parc National du Manovo-Gounda-St Floris for Inscription on the World Heritage List. Ministre du Tourisme, des Eaux, Forêts, Chasses et Pêches, Bangui. Central African Republic.
- CAR (1992). Sauvegarde de Manovo-Gounda St Floris. Patrimoine Mondial. Report of the Haut Commissaire de la Zone Franche Ecologique to UNESCO.
- Douglas-Hamilton, I., Froment, J., & Doungoubé, G. (1985). Aerial survey of wildlife in the North of the Central African Republic. Report to CNPAF, WWF, IUCN, UNDP and FAO.
- IUCN, (1988). World Heritage Nomination - Technical Evaluation. Report to WWF.
- IUCN/WWF Project 3019. Elephant Research and Management, Central African Republic. Various reports.
- IUCN (1997) State of Conservation of Natural World Heritage Properties. Report prepared for the World Heritage Bureau, 21st session, UNESCO, Pariġi. 7pp.
- Loevinsohn, M. (1977). Analyse des Résultats de Survol Aérien 1969/70. CAF/72/010 Document de Travail No.7. FAO, Ruma.
- Loevinsohn, M.,Spinage, C. & Ndouté, J. (1978). Analyse des Résultats de Survol Aérien 1978. CAF/72/010 Document de Travail No.10. FAO, Ruma.
- Pfeffer, P. (1983). Un merveilleux sanctuaire de faune Centrafricain: le parc national Gounda-Manovo-St. Floris. Balafon, 58. Puteaux, Franza.
- Spinage, C. (1976). Etudes Préliminaires du Parc National de Saint-Floris. CAF/72/010. FAO, Ruma.
- Spinage, C.(1981). Résumé des Aires de Faune Protégées et Proposées pour être Protégées. CAF/78/006 Document de terrain No.2. FAO, Ruma.
- Spinage, C. (1981). Some faunal isolates of the Central African Republic. African Journal of Ecology 19(1-2): 125-132.
- Temporal, J-L. (1985). Rapport Final d'Activités dans le Parc National Manovo-Gounda-St Floris. Rapport du projet. Fonds d'Aide et Coopération.
- UNESCO World Heritage Committee (1997). Report on the 20th Session of the World Heritage Committee, Pariġi.
- UNESCO World Heritage Committee (1998). Report on the 21st Session of the World Heritage Committee, Pariġi.
- UNESCO World Heritage Committee (2001). Report on the 24th Session of the World Heritage Committee, Pariġi.
- UNESCO World Heritage Committee (2002). Report on the 25th Session of the World Heritage Committee, Pariġi.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Manovo-Gounda St Floris National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-27.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "21 COM VIII.A.4 - Decision". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-27.