Aqbeż għall-kontentut

Palazz ta' Bettina

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Palazz ta' Bettina

Il-Palazz ta' Bettina, magħruf ukoll bħala l-Palazz Dorrell[1] (bil-Franċiż: Palais d'Aurel), huwa palazz bi stil ta' Palladio[2] tas-seklu 17 fir-raħal tal-Gudja.[3] Fil-ġnien tiegħu hemm torri msejjaħ it-Torri ta' Xlejli li meta nbena l-palazz ġie mdawwar b'ħajt madwaru.[4]

Il-Palazz ta' Bettina nbena fi żmien l-Ordni ta' San Ġwann mill-Konti Ignatius Francesco Moscati Falsoni Navarra bħala dar għal familtu fl-1670.[5][6] Fl-1760 il-palazz inxtara minn Pietro Paolo Falzon d'Aurelle (bl-Ingliż: Dorell) li ta wieħed mill-ismijiet tal-palazz. L-isem li ngħata min-nies tal-madwar, "Il-Palazz ta' Bettina", ingħata minħabba li wara Falzon d'Aurelle, wirtet il-palazz bintu, il-Markiża Elisabetta Testaferrata Dorell (imlaqqma Bettina).[7][8]

It-Torri ta' Xlejli fil-ġonna tal-palazz

Il-Palazz serva ta' kwartieri taħt il-forzi Brittaniċi, taħt il-Ġeneral Graham fi żmien l-imblokk tal-Franċiżi (1798-1800).

Minn ġewwa, is-saqaf tal-palazz mimli b'affreski mpittra minn Antonio Grech (1758-1819), magħruf bħala "Naici" (Antonaci).[9]

Kien l-aħħar binja li ntużat mill-Brittaniċi, qabel ma kellhom jitilqu minn Malta f'Jum il-Ħelsien fl-1979.

Mis-seklu dsatax 'l hawn, il-post infetaħ għall-pubbliku b'mod limitat, b'permess speċjali mill-patrun Lorenzo Galea.[10]

It-Torri ta' Xlejli u kappella jinsabu ġewwa l-ġonna privati tal-proprjetà, imdawra bil-ħitan. Fil-ġnien għad hemm ċimiterju żgħir fejn indifnu xi Brittaniċi tal-armata li mietu meta Malta kienet taħt il-Franċiżi.[11] Il-ġnien huwa tassew kbir meta mqabbel mad-daqs ta' ġonna oħra lokali u għandhom stil Franċiż.[12]

Żminijiet moderni

[immodifika | immodifika s-sors]

Illum il-palazz huwa residenza privata u mhuwiex miftuħ il-ħin kollu għall-pubbliku.

Il-palazz huwa skedat bħala proprjetà skedata tal-ewwel grad mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u huwa elenkat fl-Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetajiet Kulturali tal-Gżejjer Maltin.

Residenzi oħra ta' Dorell

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-familja aristokratika Franċiża d'Aurelle kellha proprjetajiet notevoli oħra f'Malta. Il-palazz ma għandux jiġi konfuż la mal-Palazz ta' Bettina fil-Birgu, u lanqas ma' Casa Dorell fil-Belt Valletta; li t-tnejn li huma kienu proprjetajiet tal-familja fl-imgħoddi.[13][14][15][16]

  1. ^ "Palazzo Dorrell" (PDF) (bil-Malti). Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.
  2. ^ Malta - Guide Verdi Europa (bit-Taljan). Touring Editore. 2017-09-09. ISBN 9788836533176.
  3. ^ "Dorell Palace and Xlejli Tower Overview in Gudja, Malta". islandofgozo.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-07-21. Miġbur 2021-08-17.
  4. ^ "Our research - International Institute for Baroque Studies" (bl-Ingliż). L-Università ta' Malta. Miġbur 2021-08-17.
  5. ^ Gaul, Simon (2017-09-09). Malta, Gozo and Comino (bl-Ingliż). New Holland Publishers. ISBN 9781860113659.
  6. ^ "The Very Long Hiccup – The establishment of the Army Medical Services in Malta". maltaramc.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-17.
  7. ^ Piro, Nicholas De. Valletta: A City Built by Gentlemen for Gentlemen (bl-Ingliż). Miranda Publications. ISBN 9789990985009.
  8. ^ "Welcome to the Maltese Islands & Discover Cottonera". discovermalta.org. Miġbur 2021-08-17.
  9. ^ "The frescoes at 'Palazzo Paolina'" (bl-Ingliż). Times of Malta. Miġbur 2021-08-17.
  10. ^ Quintana, J. (1844). Guida dell'isola di Malta e sue dipendenze: preceduta da un breve cenno d'istoria e corredata da una carta topografica delle medesime (bit-Taljan).
  11. ^ Pullicino Orlando, Joseph (2016-04-17). "The Order of St. John in Maltese Folk-Memory" (PDF). melitensiawth.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2016-04-17. Miġbur 2021-08-17.
  12. ^ Country Life (bl-Ingliż). Country Life Limited. 1979.
  13. ^ "Bettina Palace Guesthouse". archello.com (bl-Ingliż). 2020-01-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-01-06. Miġbur 2021-08-17.
  14. ^ "Historic buildings Palazzo Bettina in Birgu". immobilien-realestate.com (bl-Ingliż). 2020-01-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-01-06. Miġbur 2021-08-17.
  15. ^ Luke, Sir Harry (1949). Malta: An Account and an Appreciation (bl-Ingliż). G. G. Harrap.
  16. ^ "Palazzo Bettina" (bl-Ingliż). Times of Malta. Miġbur 2021-08-17.