Opossum ta' denbu qasir ta' Marajó

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Opossum ta' denbu qasir ta' Marajó
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuAnimalia
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniDidelphimorphia
FamiljaDidelphidae
ĠeneruMonodelphis
speċi Monodelphis maraxina
Thomas, 1923
Distribuzzjoni ġeografika

L-Opossum ta' denbu qasir ta' Marajó, magħruf xjentifikament bħala Monodelphis maraxina, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ta' denbhom qosra, l-inqas fost l-opossumi, li huma adattati għal ħajja fis-siġar (Nowak, 1999).

Dan l-opossum ta' denbu qasir ġeneralment jippreferi jgħix f'abitat kemm ta' foresti subtropikali u tropikali umdi, kif ukoll f'artijiet bil-ħaxix subtropikali u f'artijiet tropikali baxxi xotti. Din hija speċi endemika tal-Brażil. Għandu distribuzzjoni ristretta fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel u jinsab jgħix f'lokalità waħda biss, fuq il-gżira ta' Marajó, fil-Grigal tal-Brażil.

Billi huwa huwa marsupjal omnivoru, id-dieta prinċipali tiegħu tikkonsisti minn frott, żrieragħ, insetti u annimali vertebrati żgħar oħra.

Klassifikazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]