Opossum nanu mistur ta' Agricola

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Opossum nanu mistur ta' Agricola
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill,1872)
Familja: Didelphidae
(Gray,1821)
Sottofamilja: Didelphinae
Ġeneru: Cryptonanus
(Voss et al.,2005)
Speċi: C. agricolai
Isem binominali
Cryptonanus agricolai
(Moojen,1943)
Firxa Cryptonanus agricolai.PNG
Firxa ta' Cryptonanus agricolai

L-Opossum nanu mistur ta' Agricola jew Opossum grazzjuż ta' Agricola, magħruf xjentifikament bħala Cryptonanus agricolai, huwa mammiferu marsupjal, tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi nani mistura, nattiv fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel.

Dan l-opossum nanu mistur huwa marsupjal b'abitudni notturna (attiv bil-lejl) b' attivita minima matul il-ġurnata. Cryptonanus agricolai jgħix f'abitat varjat minn foresti subtropikali u tropiklai umdi għall-foresti bl-arbuxelli tax-xewk magħrufin bħala l-"Caatinga" u artijiet tal-ħaxix b'arbuxelli u siġar imdaqsa imsejħin "Cerrado".Dan huwa mammiferu primarjament arborju (jgħix fis-siġar), għalkemm jingħzel mal-art biex jiekol xi frott u jikaċċa.

Dieta[immodifika | immodifika s-sors]

L-Opossum nanu mistur ta' Agricola huwa marsupjal b'dieta omnivora, li tikkonsisti minn frott, insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar oħra.

Distribuzzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Cryptonanus agricolai huwa speċi b'distribuzjoni vasta (l-akbar fost l-ispeċi fil-ġeneru Cryptonanus) fil-kontinent tal-Amerika t'isfel, mifruxa fil-Brażil u endemika ta' dan il-pajjiż.

Klassifikazjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Sinonimi[immodifika | immodifika s-sors]

"Marmosa emiliae agricolai" u "Gracilinanus agricolai" huma sinonimi jew l-istess bħal u jirreferu għal Cryptonanus agricolai ta' Moojen, 1943.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  • Moojen, J. 1943. Algunos mamíferos colecionados no nordeste do Brasil. Boletim do Museu Nacional (Nova Série) Zoologia 1:1-14.
  • Voss, R.S., Lunde, D.P. & Jansa, S.A. 2005. On the Contents of Gracilinanus Gardner & Creighton, 1989, with the Description of a Previously Unrecognized Clade of Small Didelphid Marsupials. American Museum Novitates 3482:1-34, 25 juli 2005. Tista tara il- fajl hawn.

Link Esterni[immodifika | immodifika s-sors]