Aqbeż għall-kontentut

Opossum bugeddum Peruvjan

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Opossum far tal-Peru)
Opossum bugeddum Peruvjan
Stat ta' konservazzjoni

Riskju minimu  (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniPaucituberculata
FamiljaCaenolestidae
ĠeneruLestoros (en) Lestoros
speċi Lestoros inca
, 1917
Distribuzzjoni ġeografika

L-opossum bugeddum Peruvjan (Lestoros inca), jew kif isibuh ukoll opossum far tal-Inka, huwa wieħed minn sitt speċi ta' opossumi bugdiedem li għadhom ħajjin illum. Huwa pjuttost uniku wkoll fost l-ispeċi tal-ordni Paucituberculata u għalhekk qiegħed fil-ġeneru Lestoros għalih waħdu.

L-opossum bugeddum Peruvjan għandu l-pil twil u ħafif li jista' jkun jew ta' lewn kannella skur ħafna uniformi (kullimkien) jew inkella ta' lewn kannella skur fuq id-dahr u jiċċara lejn in-naħa ta' taħt iż-żaqq. It-tul totali (ras, ġisem u denb) ivarja bejn 9 u 14-il ċentimetru, filwaqt il-piż totali huwa ta' madwar 40 gramma. In-nisa ta' dan il-marsupjal m'għandhomx marsupju u mgħammra b'erba' żejżiet.

L-opossum bugeddum Peruvjan huwa marsupjal b'dieta prinċipalment karnivora li tikkonsisti minn varjetà ta' insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar, għalkemm xi fungi u ħxejjex jittieklu wkoll.

Dan jgħix qalb il-muntanji fir-reġjuni tal-Andi fil-Perù u l-Bolivja, f'altitudni bejn 2,800 u 4,000 metru 'l fuq mil-livel tal-baħar. Il-popolazzjoni residenti ta' dan il-marsupjal fil-Perù hija ħafna akbar u ħafna aktar mifruxa meta mqabbla mal-popolazzjoni żgħira fil-Bolivja.

Konservazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Din l-ispeċi, għalkemm fil-Lista l-Ħamra tal-Unjoni Internazjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN Red List), qiegħdha mmniżżla bħala fi stat ta' riskju ta' estinzjoni baxx. Ħafna awturi jaħsbu li d-deforestazzjoni għaddejja fl-erja fejn huwa mifrux dan l-opossum bugeddum jista tkun ta' riskju kbir.

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Bublitz fl-1987 għadda suġġeriment li jkun hemm żewġ speċi fil-ġeneru Lestoros] (Lestoros inca u Lestoros gracilis). Madanakollu, il-biċċa l-kbira tal-mammoloġisti ma jimxux ma' din il-klassifikazzjoni ta' Bublitz u jaċċettaw speċi waħda b'żewġ sottospeċi.

  • Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
  • Nowak, Ronald W. (1999). Walker's Mammals of the World (bl-Ingliż). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-5789-9.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]